Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2086

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2086 tas-27 ta' Ottubru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    ST/11830/2022/INIT

    ĠU L 280, 28.10.2022, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2086/oj

    28.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 280/47


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2086

    tas-27 ta' Ottubru 2022

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, jenħtieġ li l-entrati għal seba' persuni u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jitħassru.

    (3)

    Għalhekk l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.


    ANNESS

    Fit-taqsimiet A u B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

    “4.

    Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI”;

    “36.

    Kaïs Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

    “37.

    Hamda Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

    “38.

    Najmeddine Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

    “39.

    Najet Bent Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI”;

    “43.

    Imed Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”;

    “44.

    Naoufel Ben Habib Ben Bouali LTAIEF”.


    Top