This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1245
Commission Implementing Decision (EU) 2022/1245 of 15 July 2022 laying down rules and procedures for the application of Regulation (EU) 2021/696 of the European Parliament and of the Council as regards the participation of Member States in the SST sub-component, the establishment of the SST Partnership and the development of the initial key performance indicators
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1245 tal-15 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent SST, l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST u l-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inizjali
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1245 tal-15 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent SST, l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST u l-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inizjali
C/2022/4914
ĠU L 190, 19.7.2022, p. 166–190
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/166 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1245
tal-15 ta’ Lulju 2022
li tistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-subkomponent SST, l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST u l-iżvilupp tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni inizjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 57(4), 58(3) u 58(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbiliet Qafas għall-Appoġġ ta’ Sorveljanza u ta’ Insegwiment fl-Ispazju (SST). Abbażi ta’ dik id-Deċiżjoni, grupp ta’ Stati Membri ħoloq il-Konsorzju tal-SST bl-objettiv li jipprovdi s-servizzi tal-SST li ġejjin: il-valutazzjoni tar-riskji ta’ kolliżjoni, l-individwazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-frammentazzjonijiet fl-orbita, u l-valutazzjoni tar-riskji tad-dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat ta’ oġġetti spazjali fl-atmosfera tad-Dinja. |
(2) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/696, fost l-objettivi ġenerali tal-programm spazjali tal-Unjoni, hemm it-titjib tas-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali kollha lil hinn mill-atmosfera li jappartjenu għal oġġetti spazjali u l-proliferazzjoni tar-residwi, kif ukoll l-ambjent spazjali, billi jiġu implimentati miżuri xierqa, inkluż l-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji għar-rimi tal-inġenji spazjali fi tmiem il-ħajja operazzjonali tagħhom u għar-rimi tar-residwi spazjali. |
(3) |
Is-sħubija tal-SST imsemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 jenħtieġ li tieħu f’idejha l-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-SST fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u l-kontinwità tal-forniment ta’ servizzi tal-SST. |
(4) |
Skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/696, kull Stat Membru għandu jkun jista’ jipparteċipa fis-subkomponent SST, filwaqt li jqis kif xieraq il-kriterji stabbiliti għall-parteċipazzjoni fiha. Sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, il-passi tal-proċedura jenħtieġ li jiġu ddettaljati b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
(5) |
Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-Sħubija tal-SST hija volontarja u soġġetta għall-valutazzjoni tal-kriterji ta’ konformità. Għalhekk huwa importanti li l-proċedura tal-għażla tiġi ddefinita b’mod ċar u ssimplifikata. |
(6) |
Skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw proposta konġunta unika li tinkludi lill-Istati Membri kollha li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fis-Sħubija tal-SST. Madankollu, skont l-Artikolu 57(3), jekk ma tiġi sottomessa l-ebda proposta konġunta lill-Kummissjoni jew jekk il-proposta konġunta ma tikkonformax mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1), tal-anqas ħames Stati Membri jistgħu jissottomettu proposta konġunta lill-Kummissjoni. |
(7) |
Skont l-Artikolu 57(3), l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw offerti f’kompetizzjoni. Fil-każ fejn jiġu ppreżentati offerti f’kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħżel waħda. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/696, iridu jiġu żviluppati regoli għall-użu u għall-iskambju tad-data tal-SST. |
(9) |
Il-proposta tal-Istati Membri trid tikkonforma mal-kriterji u mal-ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 57(1) u f’din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Il-kundizzjonijiet individwali, il-kundizzjonijiet kollettivi u r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prattiki żviluppati mill-Konsorzju tal-SST u għandu jkollhom l-għan li jiżguraw il-provvediment tal-aktar servizzi tal-SST effiċjenti u bl-aħjar valur għall-flus. |
(11) |
Ġew żviluppati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST matul l-aħħar sitt snin. Dawn għandhom l-għan li jiżguraw il-kontroll tal-kwalità tas-servizzi tal-SST. |
(12) |
Sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, huwa meħtieġ li tiġi implimentata proċedura trasparenti u bla xkiel għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jiġi ppreżentat kull pass tal-proċedura u l-kriterji, li fuqhom tkun ibbażata l-għażla jenħtieġ li jiġu enumerati u dettaljati. |
(13) |
Wara l-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, huwa meħtieġ li jiġu żviluppati indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ Sħubija tal-SST ikunu ssorveljati b’mod korrett. |
(14) |
Sabiex is-Sħubija tal-SST issir operazzjonali, jenħtieġ li tiġi stabbilita tranżizzjoni bla xkiel bejn l-attivitajiet imwettqa mill-Konsorzju tal-SST stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u s-Sħubija tal-SST, u s-Sħubija tal-SST jenħtieġ li tikkollabora mal-front desk tal-SST magħżul mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/696. Il-Kummissjoni li għandha responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm Spazjali kif indikat fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, jenħtieġ li tiġi infurmata bil-progress magħmul mis-Sħubija tal-SST fir-rigward tat-tlestija tal-kapaċità operazzjonali tagħha sabiex tipprovdi servizzi tal-SST tal-anqas tliet xhur wara l-iffirmar tas-Sħubija tal-SST. |
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-SSA, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
TAQSIMA I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fis-Sħubija dwar is-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST), kif imsemmi fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.
2. Din id-Deċiżjoni tispeċifika l-elementi meħtieġa sabiex l-Istati Membri jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 għall-istabbiliment tas-Sħubija tal-SST, kif imsemmi fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) 2021/696.
3. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin inizjali tal-prestazzjoni u r-regoli dwar il-funzjonament tas-Sħubija tal-SST, kif imsemmi f’58(3) tar-Regolament (UE) 2021/696.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV u d-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“Konsorzju tal-SST” tfisser il-Konsorzju ta’ entitajiet nazzjonali maħtura stabbilit fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE; |
2. |
“il-proposta” tfisser l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST u d-dokumentazzjoni kollha elenkata fl-Anness III li trid tintbagħat mill-Istati Membri applikanti bħala parti mill-proposta tagħhom lill-Kummissjoni; |
3. |
“Stati Membri Applikanti” tfisser l-Istati Membri li jkunu ppreżentaw proposta konġunta rigward il-parteċipazzjoni fis-Sħubija tal-SST; |
4. |
“Rieżamijiet Operazzjonali Annwali (YOR)” L-attivitajiet tat-tħaddim, inkluż it-tħaddim tal-funzjoni tal-forniment tas-servizz, it-tħaddim tal-funzjoni tal-ipproċessar u t-tħaddim tal-funzjoni tas-sensur, għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ “Rieżami operazzjonali” annwali sabiex tiġi rieżaminata l-imġiba globali tas-sistema tal-SST tal-UE, sabiex jiġu maniġġjati l-prestazzjoni u d-disponibbiltà ġenerali tagħha; |
5. |
“Stati Membri Parteċipanti” tfisser l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-Sħubija tal-SST. |
Artikolu 3
Informazzjoni klassifikata
1. Meta l-proposta jkun fiha informazzjoni klassifikata, għandhom japplikaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3) kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (4). Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni ma għandux ikun ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED.
2. Meta l-proposta jkun fiha informazzjoni klassifikata, għandha tinkludi sommarju eżekuttiv li ma għandu jinkludi l-ebda informazzjoni klassifikata.
TAQSIMA II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PROĊEDURI GĦALL-ISTABBILIMENT TAS-SĦUBIJA TAL-SST
Artikolu 4
Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposta konġunta skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696
1. L-Istati Membri applikanti għandhom jabbozzaw proposta konġunta u għandhom jippreżentawha lill-Kummissjoni. Il-proposta għandha tikkonforma mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta. Il-Kummissjoni tista’ tikkomunika mal-Istati Membri applikanti billi tibgħat mistoqsijiet u kummenti dwar il-proposta lill-punt ta’ kuntatt tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 7(1). L-Istati Membri applikanti għandhom iwieġbu fi żmien erba’ ġimgħat u, jekk xieraq, għandhom jaġġornaw il-proposta. It-tweġibiet għandhom jintbagħtu mill-Istat Membru maħtur sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt fl-iskambji mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1).
3. L-Istati Membri applikanti għandhom jiġu infurmati bl-eżitu tal-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni kemm bil-posta rreġistrata kif ukoll f’format elettroniku.
4. Il-proposta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/696. Fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Kummissjoni, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.
Artikolu 5
Passi proċedurali għall-preżentazzjoni ta’ proposta skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696
Meta ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 jew meta l-Kummissjoni tqis li proposta konġunta kif ippreżentata ma tikkonformax mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, għandha tinfetaħ it-tieni fażi. Dik il-fażi għandha tinkludi l-passi li ġejjin:
1. |
Mill-inqas ħames Stati Membri applikanti għandhom jabbozzaw proposta waħda jew aktar u għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru jista’ jkun parti minn proposta waħda biss. Il-proposta/i għandha/għandhom tikkonforma/jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta/i. Il-Kummissjoni tista’ tikkomunika mal-Istati Membri applikanti billi tibgħat mistoqsijiet u kummenti dwar il-proposta lill-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7. L-Istati Membri applikanti għandhom iwieġbu fi żmien erba’ ġimgħat u, jekk ikun xieraq, għandhom jaġġornaw il-proposta. It-tweġibiet għandhom jintbagħtu mill-Istat Membru maħtur sabiex iservi bħala punt ta’ kuntatt fl-iskambji mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1). |
3. |
Fil-każ ta’ proposta waħda, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ġewx issodisfati l-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni. |
4. |
Fil-każ ta’ diversi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-offerta li tiżgura l-aħjar prestazzjoni filwaqt li tqis is-sodisfazzjon tal-kriterji tal-għażla. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji elenkati fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kwalitattivi li ġejjin:
|
5. |
Il-proposta/i msemmija fil-paragrafu 1 għandha/għandhom tiġi/jiġu ppreżentata/i fi żmien xahrejn wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696 li tiġi miċħuda proposta konġunta jew xahrejn wara t-tmiem tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(4) f’każ li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696. |
Artikolu 6
Firma, pubblikazzjoni tal-informazzjoni u arranġamenti oħra
1. L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jiffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST fi żmien sitt ġimgħat wara l-aċċettazzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni. Jekk ma jiġi ffirmat l-ebda ftehim bħal dan, għandha tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2021/696.
2. Il-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST għandu jintbagħat lill-Kummissjoni permezz ta’ posta rreġistrata jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jagħti xhieda tad-data effettiva tal-konsenja u l-validità tad-dokument, inkluż permezz ta’ firma elettronika.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-lista tal-Istati Membri Parteċipanti.
4. Is-Sħubija tal-SST għandha tistabbilixxi kuntatt dirett mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) fir-rigward tal-attivitajiet tal-Front Desk tal-SST sabiex jiġu konklużi l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni meħtieġa stabbiliti fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/696.
TAQSIMA III
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ELEMENTI SOSTANZJALI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA TAL-SST
Artikolu 7
Kundizzjonijiet dettaljati sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2021/696
1. L-Istati Membri applikanti għandhom jaħtru minn fosthom Stat Membru li għandu jservi bħala punt ta’ kuntatt għall-finijiet tal-komunikazzjoni mal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikoli 4(2) u 5(2).
2. Il-proposta għandu jkun fiha:
(a) |
l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST u d-dokumentazzjoni kollha elenkata fl-Anness III. |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Istat Membru applikant li jkun inħatar f’konformità mal-paragrafu 1. |
3. Il-proposta u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet oħra
Il-proposta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
SST – Unità B1 |
Il-Kummissjoni Ewropea |
DĠ DEFIS |
BREYDEL |
Avenue d'Auderghem 45 |
B-1049 Brussell |
IL-BELĠJU |
TAQSIMA IV
REGOLI DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-QAFAS ORGANIZZAZZJONALI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FIS-SUBKOMPONENT SST U L-INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI
Artikolu 9
Il-funzjonament tal-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-qafas organizzazzjonali tal-parteċipazzjoni tagħhom jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 10
L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
1. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżviluppaw il-mekkaniżmi meħtieġa sabiex jistabbilixxu u jimmonitorjaw l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni elenkati fl-Anness II.
2. Is-Sħubija tal-SST għandha tirrapporta lill-Kummissjoni kull sena matul ir-Rieżami Operazzjonali Annwali dwar ir-riżultati tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.
TAQSIMA V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
It-tranżizzjoni mill-Konsorzju tal-SST għas-Sħubija tal-SST
1. L-istabbiliment tal-attivitajiet tas-Sħubija tal-SST għandu jibda immedjatament wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST.
2. Is-Sħubija tal-SST għandha tistabbilixxi kuntatt mal-Konsorzju tal-SST imsemmi fl-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE sabiex tiżgura t-trasferiment bla xkiel tal-attivitajiet.
3. Il-Front Desk għandu jitqies operazzjonali ladarba l-attivitajiet kollha jkunu ġew mgħoddija lilu u ladarba jkunu ġew iffirmati l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni bejn l-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti u l-Front Desk.
4. Is-Sħubija tal-SST għandha tkun lesta li tibda tipprovdi servizzi tal-SST tliet xhur wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE, (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
ANNESS I
IL-KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI, IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4 U 5
1. KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI
1.1. Is-sjieda ta’ sensur tal-SST adegwat disponibbli għas-subkomponent SST, jew l-aċċess għalih, u r-riżorsi umani sabiex joperawh:
1.1.1 Is-sjieda tas-sensurtal-SST, jew l-aċċess għalih
1.1.1.1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2021/696tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), Stat Membru għandu jitqies li jkollu sjieda ta’ sensur tal-SST meta jkollu t-titolu legali adegwat u l-pussess, f’konfomità mal-liġi nazzjonali tiegħu, fir-rigward tas-sensur u tad-data li jipproduċi. |
1.1.1.2. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li għandu aċċess għal sensur tal-SST jekk id-data meħtieġa prodotta minn dak is-sensur ma tkunx tista’ tiġi miċħuda minn parti terza u, fil-każ ta’ sensur ta’ insegwiment, l-Istat Membru jew l-Entità Nazzjonali Kostitwenti tista’ tordna talba għal insegwiment. |
1.1.2. Sensur tal-SST adegwat
1.1.2.1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Sensur tal-SST għandu jitqies bħala operazzjonalment adegwat jekk is-sensur ikun fil-kategorija A (kif definit f’2.2.1.1). |
1.1.2.2. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Sensur tal-SST għandu jitqies bħala adegwat fuq livell mhux operazzjonali jekk ikun inkluż fil-kategorija B jew C, kif definit f’2.2.1.1). |
1.1.3. Sensur disponibbli għall-SST
Għall-finijiet tal-Artikoli 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696:
1.1.3.1. |
Sensur tal-SST għandu jitqies disponibbli għall-SST b’mod operazzjonali: meta dak is-sensur ikun fil-kategorija A, kif definit f’2.2.1.1 u tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
1.1.3.2. |
Sensur tal-SST għandu jitqies bħala disponibbli għal SST fuq livell mhux operazzjonali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
1.1.4. Riżorsi tekniċi u umani sabiex jitħaddem is-sensur
Informazzjoni, sabiex turi li r-riżorsi tekniċi u umani huma u se jkunu disponibbli għall-operar tas-sensur, għandha tifforma parti mill-proposta.
1.1.5. Is-sigurtà tas-sensuri tal-SST
1.1.5.1. |
L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-aspetti tas-sigurtà tas-sensur tal-SST propost. |
1.1.5.2. |
L-Istat Membru għandu jwettaq u jipprovdi valutazzjoni tar-riskju inizjali għas-sensur tal-SST propost. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi:
|
1.2. Is-sjieda ta’ kapaċità ta’ analiżi operazzjonali adegwata u kapaċità ta’ pproċessar tad-data disinjata speċifikament għall-finijiet tal-SST u disponibbli għall-SST, jew l-aċċess għalihom:
1.2.1. Is-sjieda ta’l-analiżi operazzjonali tal-SST u l-kapaċità tal-ipproċessar tad-data jew l-aċċess għalihom
1.2.1.1. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li jkollu sjieda ta’ kapaċità ta’ analiżi operazzjonali u ta’ kapaċità ta’ proċessar ta’ data tal-SST meta jkollu titolu legali adegwat u pussess, skont il-liġi domestika tiegħu, fir-rigward tal-kapaċità u tad-datau l-informazzjoni li tipproduċi. |
1.2.1.2. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/696, Stat Membru għandu jitqies li għandu aċċess għal kapaċità tal-SST jekk id-data u l-informazzjoni prodotti minn dik il-kapaċità ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda minn parti terza. |
1.2.1.3. |
Kapaċità tal-SST għandha titqies li qiegħda tiġi żviluppata fil-kuntest tal-kontribut għas-Sħubija tal-SST meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
1.2.2. Kapaċità adegwata ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data tal-SST
1.2.2.1. |
Il-kapaċità tal-ipproċessar tad-data għandha titqies bħala “adegwata” jekk tinkludi s-soluzzjonijiet meħtieġa tal-hardware u tas-software għall-ipproċessar tad-data tal-SST u għall-produzzjoni tal-informazzjoni rilevanti tal-SST u/jew għall-forniment ta’ servizzi tal-SST. Din għandha tinkludi l-karatteristiċi neċessarji sabiex topera fi kwalunkwe ħin. |
1.2.2.2. |
Il-kapaċità tal-analiżi operazzjonali għandha titqies bħala “adegwata” jekk tinkludi kemm is-soluzzjonijiet tal-hardware kif ukoll tas-software u l-analisti mħarrġa sabiex tiġi ġġenerata l-informazzjoni tal-SST u jiġu pprovduti servizzi tal-SST. |
1.2.3. Is-sigurtà tal-kapaċitajiet
Sabiex tinkiseb konformità mal-obbligu relatat mal-Artikolu 57(1)(b) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu ġġustifikati fil-proposta.
1.2.3.1. |
L-Istat Membru applikant għandu jkun responsabbli għall-aspetti tas-sigurtà tal-kapaċitajiet proposti tal-SST. |
1.2.3.2. |
Stat Membru applikant għandu jwettaq u jipprovdi l-valutazzjoni tar-riskju inizjali tal-kapaċitajiet proposti tal-SST. Il-valutazzjoni tar-riskju inizjali għandha tinkludi b’mod partikolari:
|
2. IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U R-REGOLI DETTALJATI DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-QAFAS ORGANIZZAZZJONALI TAL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FL-SST
Sabiex jikkonformaw mal-obbligu relatat mal-pjan ta’ azzjoni tal-Artikolu 57(1)(c) tar-Regolament (UE) 2021/696, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti fil-proposta.
2.1. L-arkitettura tas-sistema tal-Unjoni
2.1.1 Il-forniment ta’ arkitettura teknika u funzjonali
Is-Sħubija tal-SST għandha tipprovdi proposta li jkun fiha arkitettura teknika u arkitettura funzjonali tas-sistema tal-SST.
L-arkitettura teknika proposta għandha tkun ibbażata fuq studji tal-arkitettura u għandha tkun ġustifikata minnhom.
2.1.1.1
Is-Sħubija tal-SST għandha tipproponi sistema tal-SST ibbażata fuq studji tal-arkitettura u għandha tkun iġġustifikata minnhom.
Għall-arkitettura tas-Sistema tal-SST operazzjonali, hija għandha tipprovdi l-istudju tal-arkitettura inkluż is-sensuri elenkati fil-kategorija A (kif definit f’2.2.1.1).
Għall-arkitettura tal-“Evoluzzjoni pjanata tas-Sistema tal-SST”, hija għandha tipprovdi l-istudju tal-arkitettura inkluż is-sensuri elenkati fil-kategorija A u fil-kategoriji B u/jew C, (kif definit fil-punt 2.2.1.1), sa fejn tkun disponibbli d-data meħtieġa dwar is-sensuri ppjanati.
L-istudji tal-arkitettura għandhom jitwettqu mill-inqas kull tliet snin sabiex jitqiesu l-iżvilupp potenzjali tas-sistema tal-SST, il-ħtiġijiet tal-utenti, l-evoluzzjoni teknika, iż-żieda ta’ sensuri ġodda (filwaqt li jitqies il-pakkett tal-baġit tal-SST), u d-delimitazzjoni tas-sensuri.
2.1.1.2
L-arkitettura teknika ġenerali għandha tippreżenta l-elementi dettaljati li jiffurmaw is-Sistema tal-SST:
— |
Funzjoni tas-sensur, |
— |
Funzjoni tal-ipproċessar, inkluż: id-data u l-informazzjoni, il-bażi tad-data u l-katalgu, |
— |
Funzjoni ta’ servizz, sabiex jiġi żgurat il-forniment ta’ servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/696. |
L-arkitettura teknika ġenerali għandha tinkludi aspetti ta’ sigurtà, inkluż mill-inqas l-elementi li ġejjin:
— |
Il-protezzjoni tal-infrastrutturi u tal-forniment ta’ servizzi |
— |
Il-protezzjoni ta’ data u informazzjoni klassifikata |
— |
Ġestjoni tal-assi u identifikazzjoni tal-vulnerabbiltà |
— |
Il-protezzjoni kontra attakki fiżiċi, ċibernetiċi, u t-tbagħbis tal-flussi tad-data. |
— |
Detezzjoni tal-intrużjoni, ġestjoni u kontinwità tan-negozju |
— |
Adegwatezza għall-konformità mal-istruzzjonijiet maħruġa f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 (2). |
2.1.1.3
Arkitettura funzjonali hija bbażata fuq Analiżi Funzjonali (kif definit fl-Anness IV) u Deskrizzjoni Funzjonali.
L-arkitettura funzjonali ġenerali għandha tinkludi wkoll it-tqassim mill-ġdid tal-attivitajiet fost it-Timijiet differenti ta’ Esperti bl-għan li jiġi żgurat it-tqassim mill-ġdid tal-attivitajiet bejn il-membri differenti tas-Sħubija tal-SST, sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
L-arkitettura funzjonali ġenerali għandha tinkludi l-aspetti ta’ sigurtà li ġejjin:
— |
Definizzjoni tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà, inkluż il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-istabbiliment ta’ politiki, u kontrolli, |
— |
Organizzazzjoni operazzjonali għall-immaniġġjar tal-inċidenti inkluża l-komunikazzjoni lejn il-komunitajiet tal-utenti għal inċidenti li jkollhom impatt fuq il-forniment tas-servizz. |
L-arkitetturi tekniċi u funzjonali għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull tliet snin sabiex jitqies l-iżvilupp potenzjali tas-sistema tal-SST, il-ħtiġijiet tal-utenti, l-evoluzzjoni teknika ta’ sensuri ġodda, u d-delimitazzjoni tas-sensuri.
2.1.2 Il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn
Is-sistema tal-SST proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn. L-evitar ta’ duplikazzjoni bla bżonn għandu jinftiehem li jinkludi l-elementi kollha meħtieġa sabiex jiġu żgurati u mtejba l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li ma jiżdidux assi li jirriżultaw f’ridondanza tas-sistema ’l fuq mil-livell meħtieġ għall-forniment f’waqtu u affidabbli tas-servizzi tal-SST.
2.1.3 Turija tal-prestazzjoni tas-sistema tal-SST
Il-prestazzjoni tas-sistema tal-SST għandha tintwera b’mod kollettiv skont il-kriterji/l-oqsma li ġejjin:
— |
L-għadd ta’ oġġetti li n-network ta’ sensuri jkun kapaċi jindividwa f’kull reġim orbitali; |
— |
Il-katalogar ta’ oġġetti spazjali; |
— |
Servizz ta’ Evitar ta’ Kolliżjonijiet; |
— |
Servizz ta’ dħul mill-ġdid; |
— |
Servizz ta’ frammentazzjoni u |
— |
Il-ħila li jiġu żviluppati servizzi ġodda (mitigazzjoni u rimedju). |
Il-lista tas-sensuri tal-SST tal-Unjoni taż-Żoni Kbar Ħafna (VLA) differenti u l-valur miżjud assoċjat għandha tintwera permezz ta’ studji tal-arkitettura u għandha tiġi żgurata mill-arkitettura teknika.
Għandha tintwera l-kwalità tal-kompromess bejn il-prestazzjoni (il-kwalità tas-servizzi; id-daqs tal-katalgu tal-Unjoni …) u l-kost miksub għas-sistema tal-SST li tirriżulta.
2.2 Regoli ġenerali dwar l-għażla tas-sensuri li jipparteċipaw fis-sistema tal-SST
2.2.1 Listi u kategoriji ta’ sensuri
Għandha tiġi pprovduta l-lista ta’ sensuri nazzjonali magħżula mis-Sħubija tal-SST sabiex jiġu pprovduti s-servizzi tal-SST elenkati fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/696.
Is-sensuri għandhom jiġu assenjati lil kategorija A, B jew C.
Il-proċedura ta’ kategorizzazzjoni għas-sensuri tista’ tiġi aġġornata sabiex tinżamm f’konformità mal-aħħar ħtiġijiet tan-network ta’ sensuri tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jkunu:
— |
iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura |
— |
approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettati mill-Kummissjoni. |
2.2.1.1
:
— |
Kategorija A: Sensuri operazzjonali li jwasslu data operazzjonali: Sensuri adegwati b’mod operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.1) li jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST kemm jekk iffinanzjati parzjalment mill-Kummissjoni, kif ukoll jekk mhux iffinanzjati mill-Kummissjoni. Għas-sensuri operazzjonali, elenkati fil-kategorija A, l-Istat Membru għandu jimpenja ruħu għal kull sensur skont il-perċentwal ta’ dedikazzjoni għall-attivitajiet tal-SST. F’każ li d-dedikazzjoni eżatta ma tkunx magħrufa minħabba negozjati baġitarji pendenti, għandha tiġi indikata dedikazzjoni mistennija. Madankollu, id-dedikazzjoni eżatta se jkollha tiġi speċifikata fil-proposta tal-għotja. Id-dedikazzjoni ddikjarata għandha tiġi espressa f’numru minimu ta’ jiem fix-xahar, jew f’numru ta’ sigħat kuljum, jew f’numru ta’ talbiet għal insegwiment disponibbli u għandha tkun valida għal kwalunkwe xahar tul l-għotjiet kollha attribwiti skont ir-Regolament (UE) 2021/696 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni. |
— |
Kategorija B: Sensuri pre-operazzjonali li jipprovdu d-data tat-test: Is-sensuri adegwati fuq livell mhux operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.2) li għadhom ma humiex qegħdin jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST u li qegħdin jistennew li jgħaddu b’suċċess mill-kampanji ta’ valutazzjoni (kif deskritti f’2.3) qabel ma jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-għoti tas-servizzi tal-SST. Is-sensuri inklużi fil-kategorija B ma għandhomx jirċievu finanzjament għal attivitajiet operazzjonali iżda jistgħu jirċievu finanzjament għat-tħejjija tal-kampanji ta’ valutazzjoni. |
— |
Kategorija C: Sensuri ta’ nuqqas ta’ sottożvilupp: Is-sensuri adegwati mhux b’mod operazzjonali tal-Istati Membri (kif definiti f’1.1.2.2) li jistgħu jintużaw għas-servizzi tal-SST fil-futur ladarba jiġu ffinalizzati, operazzjonali u jkunu għaddew mill-kampanja ta’ valutazzjoni. Is-sensuri inklużi fil-kategorija C ma għandhomx jirċievu finanzjament għal attivitajiet operazzjonali iżda jistgħu jirċievu finanzjament minn attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp abbażi tal-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-istudji tal-arkitettura. |
2.2.1.2
Il-passaġġ mill-kategorija A għal B għandu jiġi skattat meta ma jgħaddix minn:
— |
kampanja ta’ kalibrazzjoni jew |
— |
żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi. |
Għandu jkun akkumpanjat:
— |
b’approvazzjoni b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
b’informazzjoni lill-Kummissjoni. |
Il-passaġġ mill-kategorija B għal A għandu jiġi skattat minn:
— |
is-suċċess ta’ kampanja ta’ valutazzjoni (kampanja ta’ kalibrazzjoni u kampanja operazzjonali). |
Għandu jkun akkumpanjat minn:
— |
approvazzjoni b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
approvazzjoni tal-Kummissjoni. |
— |
l-analiżi tal-valur miżjud tas-sensur skont l-istudji tal-arkitettura. |
Il-passaġġ mill-kategorija B għal C għandu jiġi skattat meta ma jgħaddix minn:
— |
kampanja ta’ kalibrazzjoni jew |
— |
iż-żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi, ħlief jekk is-sensur ikun ġie dimoss mill-kategorija A għall-kategorija B minħabba li ma jgħaddix f’żewġ kampanji operazzjonali konsekuttivi, f’liema każ il-fatt li ma jgħaddix f’kampanja operazzjonali waħda għandu jiskatta d-deklassifikazzjoni tas-sensur mill-kategorija B għal C. |
Għandu jkun akkumpanjat minn:
— |
approvazzjoni mis-Sħubija tal-SST, |
— |
informazzjoni lill-Kummissjoni. |
Il-passaġġ mill-kategorija C sa B għandu jkun:
— |
iġġustifikat skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST. |
— |
approvat b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettat mill-Kummissjoni. |
2.2.2 Għażla tas-sensuri
Is-sensuri magħżula sabiex jipparteċipaw fil-forniment tas-servizzi tal-SST (Kategorija A) għandhom jintgħażlu bl-użu ta’ kriterji oġġettivi, bħal: il-parametri tekniċi, il-prestazzjoni, il-post u l-parteċipazzjoni regolari b’suċċess għall-kampanji ta’ valutazzjoni skont il-perjodiċità mitluba fl-2.3.
L-ebda Stat Membru ma jista’ jikseb xi dritt li jiġi kkunsidrat fl-SST bl-assi eżistenti tiegħu jew dawk li qegħdin jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jeħtieġ li jkunu debitament:
— |
iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST, |
— |
approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettati mill-Kummissjoni. |
Is-sensuri tal-Unjoni operati fil-livell nazzjonali mhux se jkollhom id-dritt li jitqiesu bħala sensuri li jikkontribwixxu għas-Sħubija tal-SST sakemm ma jkunux:
— |
iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST, |
— |
approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettati mill-Kummissjoni. |
2.3. Kontroll regolari tas-sensuri magħżula permezz ta’ kampanja ta’ Valutazzjoni
Il-kampanja ta’ valutazzjoni għandha tkun magħmula minn żewġ elementi:
— |
Valutazzjoni tal-prestazzjoni teknika (“kampanja ta’ kalibrazzjoni”) |
— |
Valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali (“analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali”) |
2.3.1 Valutazzjoni tal-prestazzjoni teknika: kampanji ta’ kalibrazzjoni
2.3.1.1
Kull sensur magħżul sabiex ikun parti mis-sistema tal-SST għandu jkollu l-obbligu li jipparteċipa fil-kampanji ta’ kalibrazzjoni mwettqa mis-Sħubija tal-SST sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta.
Il-perjodiċità tal-kampanja ta’ kalibrazzjoni tista’ tvarja skont it-tip ta’ sensur, kif ġej:
— |
ir-radars magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull 12-il xahar. |
— |
it-teleskopji magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull sitt xhur. |
— |
il-lasers magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn kampanja ta’ kalibrazzjoni kull 12-il xahar. |
2.3.1.2
Il-kampanji ta’ kalibrazzjoni għandhom isegwu kriterji oġġettivi speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja tar-riżultati u l-effiċjenza ġenerali tas-sistema tal-SST.
Il-kriterji għandhom ikunu li ġejjin:
|
Prestazzjoni teknika |
|
[N] – Storbju |
Radars tal-Istħarriġ |
Medda ≤ 100 m Rata tal-Medda ≤ 4 m/s |
Radars għall-Insegwiment |
Medda ≤ 50 m Rata tal-Medda ≤ 2 m/s |
Teleskopji tal-istħarriġ (MEO/GEO) |
Akkuratezza angolari ≤ 2 arcsec |
Teleskopji għall-insegwiment MEO/GEO |
Akkuratezza angolari ≤ 2 arcsec |
Teleskopji għall-insegwiment LEO |
Akkuratezza angolari ≤ 7,2 arsec |
Lasers |
Akkuratezza tal-medda ≤ 5 m |
Il-limitu li għandu jiġi applikat għall-parteċipazzjoni ta’ sensuri huwa soġġett għal evoluzzjoni bbażata fuq il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valuri f’dan l-Anness jistgħu jiġu aġġornati sabiex jinżammu f’konformità mal-aktar ħtiġijiet reċenti tan-network tas-sensur tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jiġu ppreżentati u ġġustifikati fir-Rieżami Operazzjonali Annwali.
2.3.2 Valutazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali: Analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali
2.3.2.1
Kull sensur magħżul sabiex ikun parti mis-sistema tal-SST għandu jkollu l-obbligu li jikkondividi d-data sabiex is-Sħubija tal-SST tkun tista’ twettaq analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni operazzjonali tad-data prodotta.
Is-sensuri inklużi fil-kategorija A għandhom jittrażmettu data lill-Entità Nazzjonali Kostitwenti tagħhom, jew lill-Entità Nazzjonali Kostitwenti ta’ Stati Membri oħra li magħhom l-Istat għandu ftehim speċifiku. L-Entità Nazzjonali Kostitwenti għandha tibgħat id-data b’tempestività u b’regolarità adegwati lill-bażi tad-data permezz ta’ mezzi elettroniċi bil-miżuri ta’ sigurtà xierqa.
Il-perjodiċità tal-analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali tista’ tvarja skont it-tip ta’ assi, kif ġej:
— |
Ir-radars magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull 12-il xahar. |
— |
It-teleskopji magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull sitt xhur. |
— |
Il-lasers magħżula sabiex ikunu parti mis-sistema tal-SST għandhom jgħaddu, mill-inqas, minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali kull 12-il xahar. |
Sensur, li ma jkunx għadda minn analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali, huwa intitolat li jibqa’ fil-kategorija A matul l-istennija tal-analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali li jmiss.
Sensur li ma jgħaddix minn żewġ analiżijiet tal-prestazzjoni operazzjonali konsekuttivi għandu jitneħħa mill-kategorija A, u għandu jiġi inkluż fil-kategorija B, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jeħtieġ li jkunu debitament:
— |
iġġustifikati skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST. |
— |
approvati b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettati mill-Kummissjoni. |
2.3.2.2
|
Prestazzjoni operazzjonali |
||
|
Oġġetti/siegħa operazzjonali |
Kejl/siegħa effettiva |
Tempestività (tal-kondiviżjoni tad-data) |
Radars tal-Istħarriġ |
≥ 65 |
≥ 250 kejl/siegħa |
> 90 % tal-insegwimenti f’anqas minn 48 siegħa U > 75 % tal-insegwimenti f’anqas minn 24 siegħa |
Radars għall-Insegwiment |
Mhux Applikabbli |
≥ 12 kejl/siegħa |
|
Teleskopji tal-istħarriġ |
≥7 |
≥24 kejl/siegħa |
|
Teleskopji għall-insegwiment |
Mhux Applikabbli |
≥21 kejl/siegħa |
|
Lasers |
Mhux Applikabbli |
≥19 kejl/siegħa |
Il-limitu li għandu jiġi applikat għall-parteċipazzjoni ta’ sensuri huwa soġġett għal evoluzzjoni bbażata fuq il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-valuri f’dan l-anness jistgħu jiġu aġġornati sabiex jinżammu f’konformità mal-aħħar ħtiġijiet tan-network tas-sensur tal-SST. F’każ ta’ bidliet, dawn iridu jiġu ppreżentati u ġġustifikati fir-Rieżami Operazzjonali Annwali.
Ħin effettiv tfisser valur dikjarattiv ikkomunikat kull xahar mill-Istat Membru responsabbli għas-sensur. Jintuża għall-komputazzjoni tar-Rata ta’ Kejl.
Il-ħin operazzjonali jfisser il-ħin meta l-kejl kondiviż tas-sensur jiġi kkomputat bħala d-durata totali tal-insegwimenti kondiviżi permezz tal-bażi tad-data tal-SST.
2.4. Regoli speċifiċi għat-teleskopji, ir-radars, il-laser u tipi oħra ta’ sensuri
2.4.1 Teleskopji
Is-Sħubija tal-SST għandha tiżgura, kemm jista’ jkun, distribuzzjoni ġeografika ideali tat-teleskopji abbażi tal-ħtiġijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kopertura, ikkatalogar u tal-SST, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn.
Id-diviżjoni ġeografika mill-ġdid tat-teleskopji u l-aħjar valur għall-flus għandhom jiġu ġġustifikati u vvalidati permezz ta’ studji tal-arkitettura.
L-għadd globali ta’ teleskopji (sorveljanza u insegwiment) għandu jiġi vvalutat skont il-ħtieġa murija mill-istudji tal-arkitettura u l-ħtiġijiet għal kull VLA. L-istudju dwar l-arkitettura għandu juri l-valur miżjud ta’ kull assi u għandu jindika kif ġie rrispettat il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ duplikazzjoni.
2.4.1.1
In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ sorveljanza fil-VLA tal-Ewropa għandu jkun ristrett għal Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time wieħed (3) għal kull Stat Membru.
In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ sorveljanza madwar id-dinja (inklużi l-VLA tal-Ewropa) għandu jkun ristrett għal żewġ Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time għal kull Stat Membru.
F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi ta’ teleskopji fi Stat Membru wieħed, din trid tkun:
— |
iġġustifikata minn studji tal-arkitettura. |
— |
approvata b’vot s-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettata mill-Kummissjoni. |
2.4.1.2
In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ insegwiment fil-VLA tal-Ewropa għandu jkun limitat għal ekwivalenti wieħed ta’ ingaġġ full-time għal kull Stat Membru.
In-numru ta’ sensuri ottiċi ta’ insegwiment madwar id-dinja (inkluża l-VLA tal-Ewropa) għandu jkun ristrett għal żewġ Ekwivalenti ta’ Ingaġġ Full-Time għal kull Stat Membru.
F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi ta’ teleskopji fi Stat Membru wieħed, din trid tkun:
— |
iġġustifikata minn studji tal-arkitettura. |
— |
approvata mis-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettata mill-Kummissjoni. |
2.4.1.3
Is-sensuri li kapaċi jaħdmu kemm fil-modalità ta’ sorveljanza kif ukoll f’dik ta’ insegwiment għandhom jiddikjaraw liema hija l-modalità operazzjonali ewlenija tagħhom meta jikkontribwixxu għall-SST. Il-valutazzjoni tas-sensur għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-modalità operazzjonali ewlenija; minkejja dan, is-sensur jopera wkoll fil-modalità l-oħra, jekk ikun meħtieġ.
Għall-prestazzjoni teknika u operazzjonali, is-sensur għandu jikkonforma mal-aktar rekwiżit restrittiv, sabiex tiġi żgurata l-konformità tiegħu fl-agħar xenarju possibbli. Pereżempju, teleskopju li kapaċi jaħdem bħala sensur tal-istħarriġ u tal-insegwiment u li jiddikjara l-istħarriġ bħala l-iskop ewlieni tiegħu għandu jkollu l-ħila josserva mill-inqas seba’ oġġetti fis-siegħa u juri akkuratezza angolari aħjar minn żewġ arcsec RMS (Għerq tal-Medja tal-Kwadrati).
2.4.2 Radars
Is-Sħubija tal-SST għandha tiżgura, kemm jista’ jkun, distribuzzjoni ġeografika ideali tar-radars abbażi tal-ħtiġijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ kopertura, ikkatalogar u tal-SST, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ duplikazzjoni bla bżonn.
In-numru ta’ radars li jipparteċipaw fil-forniment ta’ servizzi tal-SST (kategorija A) għandu jkun limitat.
L-inklużjoni ta’ radar addizzjonali, fil-kategorija A, għandha tkun:
— |
iġġustifikata minn studji tal-arkitettura. |
— |
approvata mis-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettata mill-Kummissjoni. |
Id-diviżjoni ġeografika mill-ġdid tar-radars u l-aħjar valur għall-flus għandhom jiġu ġġustifikati u vvalidati permezz ta’ studji tal-arkitettura.
2.4.3 Lasers
Il-laser li jipparteċipa fil-forniment tas-Servizzi tal-SST għandu jkun jista’ jikseb u jsegwi mira mhux kooperattiva sabiex jiġi inkluż fil-kategorija A.
In-numru ta’ lasers għandu jkun limitat għal ħames sensuri madwar id-dinja.
F’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jkun hemm aktar riżorsi tal-laser jew lasers li jkunu kapaċi jagħmlu insegwiment biss ta’ oġġetti kooperattivi, din għandha tkun:
— |
iġġustifikata minn studji tal-arkitettura. |
— |
approvata b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettata mill-Kummissjoni. |
2.4.4 Tipi oħra ta’ sensuri
Is-Sħubija tal-SST tista’ żżid tipi oħra ta’ sensuri (bħal sensuri bbażati fuq l-ispazju, tekniki passivi għall-kejl tal-meded …).
L-inklużjoni ta’ tipi oħra addizzjonali ta’ sensuri għandha tkun:
— |
iġġustifikata minn studji tal-arkitettura. |
— |
approvata b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettata mill-Kummissjoni. |
2.5. Regoli ta’ finanzjament għall-aġġornament u l-operazzjoni tal-assi
Kull aġġornament u żvilupp li jirċievi finanzjament mill-Unjoni għandu jkun iġġustifikat taħt l-arkitetturi tal-SST żviluppati mis-Sħubija tal-SST. Il-ġustifikazzjoni trid tenfasizza l-prestazzjoni tal-bidu tal-assi, il-prestazzjoni finali maħsuba u l-valur miżjud korrispondenti għall-prestazzjonijiet tas-sistema tal-SST.
Is-subkomponent SST għandu jiffoka fuq l-aġġornament tal-assi nazzjonali eżistenti.
2.5.1 Nefqa kapitali (CAPEX)
Minħabba n-natura tal-attivitajiet tal-Unjoni fl-SST, il-livell ta’ finanzjament tal-Unjoni tal-aġġornament ta’ kull assi għandu jkun ibbażat fuq il-ġustifikazzjoni għan-nefqa kapitali totali (CAPEX) tas-somma tal-aġġornamenti kollha impenjati fuq dak l-assi fil-perjodu ta’ kull għotja tal-SST mas-Sħubija tal-SST, u għandu jkun limitat għal 45 % tal-CAPEX totali. Il-prova finanzjarja tal-investimenti nazzjonali għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.
Jista’ jiġi aċċettat perċentwal ogħla jekk:
— |
ikun iġġustifikat skont l-istudji tal-arkitettura mill-valur miżjud għas-sistema ġenerali tal-SST. |
— |
approvat b’vot tas-Sħubija tal-SST, |
— |
aċċettat mill-Kummissjoni. |
Investimenti taħt EUR 75 000 jistgħu jirċievu perċentwal ogħla ta’ finanzjament.
2.5.2 Nefqa operazzjonali (OPEX)
Il-perċentwal iffinanzjat mill-Unjoni għandu jkun konsistenti mad-dedikazzjoni lis-subkomponent SST u l-OPEX totali tal-assi. Pereżempju, il-kost tal-OPEX għal sensur b’dedikazzjoni għall-SST ta’ X % ma jistax ikun akbar minn X % tat-total (100 %) tal-OPEX li għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni.
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698 tad-30 ta’ April 2021 dwar is-sigurtà tas-sistemi u s-servizzi skjerati, operati u użati taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/496/PESK (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 178).
(*1) jistgħu jiġu żviluppati kriterji addizzjonali tal-prestazzjoni tat-tempestività fuq talba tal-Kummissjoni mis-Sħubija tal-UE għall-SST
(3) Teleskopju FTE wieħed ifisser teleskopju wieħed b’dedikazzjoni ta’ 100 %, jew N teleskopji li s-somma tad-dedikazzjonijiet tagħhom tkun ekwivalenti għal 100 %
ANNESS II
Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 10
Il-kunċetti li ġejjin għandhom jintużaw fil-proposta:
— |
Metriki: xi ħaġa li titkejjel u tiġi rrapportata sabiex tgħin fil-ġestjoni ta’ proċess jew attività. |
— |
Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni (KPI): Metrika li tintuża sabiex titkejjel il-kisba tal-Fatturi Kritiċi ta’ Suċċess u sabiex tgħin fil-ġestjoni ta’ proċess/pjan/proġett jew attività oħra. |
Konvenzjoni tat-tismija
Il-konvenzjoni tat-tismija għall-indikaturi għandha l-għan li tiffaċilita l-immappjar bejn l-indikaturi u l-kategoriji li jappartjenu għalihom.
Kull indikatur għandu jkun assoċjat ma’ kodiċi li jidentifikah b’mod uniku skont in-nomenklatura li ġejja: [T][CC]-[n]
Fejn:
— |
T: tip ta’ indikatur. Jista’ jkun KPI (K) jew metrika (M). |
— |
CC: kategorija. It-tieni kolonna tindika l-akronimi użati għal kull waħda mill-KPI jew mill-kategoriji tal-Metrika.
|
— |
n: sekwenza. In-numru li jidentifika l-indikatur f’kull kategorija. |
Lista ta’ metriki u KPI li għandhom jintużaw u miri assoċjati
Il-valuri fil-mira għandhom jiġu proposti mis-Sħubija tal-SST fil-proposta għal għotja.
Il-proposta tas-Sħubija tal-SST għandha turi kif dawk il-metriki/KPIs se jitkejlu u jiġu mmonitorjati matul il-proġett.
Kategorija |
ID |
Titolu |
Mira mistennija |
|
2022 |
2027 |
|||
Sensuri |
MS-1 |
Numru ta’ sensuri |
TBD |
TBD |
KS-1 |
Is-sensuri li ma jikkondividux id-data |
0 |
0 |
|
MS-2 |
Dedikazzjoni ddikjarata tas-sensuri |
|
|
|
KS-2 |
Dedikazzjoni reali tas-sensuri |
=MS-2 |
=MS-2 |
|
MS-3 |
Ħin ta’ rkupru tas-sensuri |
|
|
|
KS-3 |
Il-konformità tal-kampanji ta’ kalibrazzjoni tas-sensuri |
100 % |
100 % |
|
MS-4 |
Sensuri fil-kampanja ta’ kalibrazzjoni |
|
|
|
KS-4 |
Sensuri li jikkondividu d-data fil-kampanja ta’ kalibrazzjoni |
100 % |
100 % |
|
Katalgu tal-SST |
KCAT-1 |
In-numru tal-oġġetti katalogati b’mod awtonomu; |
TBD |
TBD |
MCAT-1 |
% tal-oġġetti katalogati b’mod awtonomu fir-rigward tal-katalogu pubbliku tal-Istati Uniti; |
TBD |
TBD |
|
|
|
|
|
|
K-CAT 2 |
L-akkuratezza tal-iskart spazjali tal-katalgu |
TBD |
TBD |
|
K-CAT 3 |
L-età orbitali tal-oġġetti fil-katalgu |
TBD |
TBD |
|
K-CAT 4 |
Numru ta’ oġġetti ġodda miżjuda |
TBD |
TBD |
|
Bażi tad-data tal-SST |
MDB-1 |
Popolazzjoni ta’ oġġetti spazjali |
|
|
KDB-1 |
Kopertura tar-reġimi tal-orbita |
|
|
|
MDB-2 |
L-età tal-orbiti |
|
|
|
Kondiviżjoni tad-data |
MDS-1 |
Ir-regolarità ddikjarata tal-kondiviżjoni tad-data |
|
|
KDS-1 |
Ir-regolarità effettiva tal-kondiviżjoni tad-data |
=MSD-1 |
=MSD-1 |
|
MDS-2 |
Numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl |
|
|
|
MDS-3 |
Numru ta’ insegwimenti |
|
|
|
MDS-4 |
In-numru ta’ orbiti |
|
|
|
Forniment ta’ Servizz |
MSP-1 |
Numru ta’ avvenimenti rrapportati |
|
|
KSP-1 |
Avvenimenti awtonomi |
|
|
|
MSP-2 |
Numru ta’ prodotti |
|
|
|
KSP-2 |
Prodotti awtonomi |
|
|
|
KSP-3 |
Tempestività tal-forniment tal-prodotti |
tliet sigħat (TBC) |
siegħa (TBC) |
|
MSP-3 |
Talbiet speċifiċi għas-servizz |
|
|
|
KSP-4 |
Il-ħin ta’ riżoluzzjoni għal talbiet speċifiċi għas-servizz |
jum wieħed (TBC) |
nofs jum (TBC) |
|
KSP-5 |
Devjazzjonijiet fil-format tal-prodotti |
0 % |
0 % |
|
KSP-6 |
Konformità tal-konfigurazzjoni tas-servizz tas-CA |
100 % |
100 % |
|
KSP-8 |
Il-kontribut ta’ sensuri għal prodotti awtonomi |
|
|
|
Talbiet għall-insegwiment |
MTR-1 |
Numru ta’ talbiet għal insegwiment |
|
|
MTR-2 |
Risponsi għal insegwiment skont it-tipi |
|
|
|
KTR-1 |
Talbiet għal insegwiment ta’ suċċess |
|
|
|
KTR-2 |
Ħin ta’ riżoluzzjoni għal-talbiet għal insegwiment |
|
|
|
KTR-3 |
Kapaċità ta’ rispons għat-Talbiet għal Insegwiment għal kull sensur |
|
|
|
Front Desk |
MFD-1 |
Numru ta’ talbiet għal appoġġ |
|
|
MFD-2 |
Numru ta’ inċidenti |
|
|
|
KFD-1 |
Il-ħin ta’ riżoluzzjoni għat-talbiet għal appoġġ |
|
|
|
KFD-2 |
Ħin ta’ riżoluzzjoni għall-inċidenti |
|
|
|
KFD-3 |
Tniżżil ta’ prodotti |
|
|
|
KFD-4 |
Tniżżil ta’ prodotti awtonomi |
|
|
|
KFD-5 |
Disponibbiltà tal-portal |
|
|
|
Involviment u sensibilizzazzjoni tal-utenti |
MU-1 |
In-numru ta’ utenti/organizzazzjonijiet potenzjali |
|
|
KU-1 |
Adozzjoni mill-utent / Numru ta’ utenti |
|
|
|
MU-2 |
Għadd ta’ utenti ġodda |
|
|
|
KU-2 |
L-utenti li jniżżlu l-prodotti b’download |
|
|
|
KU-3 |
L-utenti li jaċċessaw il-Portal |
|
|
|
MU-3 |
Upload min-naħa tal-utenti |
|
|
|
MU-4 |
Status ta’ inġenju spazjali |
|
|
ANNESS III
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MAS-SOTTOMISSJONI TAL-PROPOSTA, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7
1. DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAL-KUNDIZZJONIJIET INDIVIDWALI
L-applikazzjoni għandha turi konformità mal-kriterji stabbilit fl-Anness I:
1.1. Jekk l-assi jkun sensur l-applikazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
1.1.1. Sjieda tas-sensur tal-SST jew aċċess għalih
Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1- Sjieda ta’ sensuri tal-SST jew aċċess għalihom.
1.1.2. Sensur tal-SST adegwat
Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 – Sensur tal-SST adegwat.
1.1.3. Sensur disponibbli għall-SST
Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 - Sensur tal-SST disponibbli jew li qiegħed jiġi żviluppat.
1.1.4. Riżorsi tekniċi u umani sabiex jitħaddem is-sensur
Informazzjoni li turi li r-riżorsi tekniċi u umani huma disponibbli u se jibqgħu disponibbli sabiex jopera s-sensur.
1.1.5. Is-sigurtà tas-sensuri tal-SST
Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1 – Aspetti tas-sigurtà.
1.2. Jekk l-assi jkun kapaċità operazzjonali ta’ analiżi u pproċessar tad-data iddiżinjata speċifikament għall-SST, l-applikazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
1.2.1. Is-sjieda tal-analiżi operazzjonali u l-kapaċità tal-ipproċessar tad-data tal-SST, jew l-aċċess għalihom
Informazzjoni li turi l-konformità tal-kapaċità tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2- Sjieda ta’ kapaċitajiet tal-SST jew aċċess għalihom.
1.2.2. Kapaċità adegwata ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data tal-SST
Informazzjoni li turi l-konformità tas-sensur tal-SST mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2 – Kapaċitajiet adegwati ta’ analiżi operazzjonali u ta’ pproċessar tad-data.
1.2.3. Is-sigurtà tal-kapaċitajiet
Informazzjoni sabiex tintwera l-konformità tal-kapaċità tal-SST mal-kriterji stabbiliti f’1.2.3 – Aspetti ta’ sigurtà, inklużi aspetti ta’ sigurtà tad-data u tal-informazzjoni, li tirrifletti d-disinn eżistenti tal-SST żviluppat mill-Konsorzju u l-impenn ta’ kontribuzzjoni għal sforz miftiehem mal-Istati Membri l-oħra
2. IL-KUNDIZZJONIJIET KOLLETTIVI U L-PJAN TA’ AZZJONI
2.1. Dokumenti ġenerali
Lista tal-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti.
It-test tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-SST, li għandu jinkludi: Informazzjoni dwar id-disinn ġenerali tal-SST fil-livell tal-Unjoni, inkluża: il-governanza tas-Sħubija tal-SST bir-rwol tal-korpi tekniċi differenti u l-mekkaniżmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom.
2.2. Konfigurazzjoni tas-sistema
— |
Arkitettura Funzjonali |
— |
Arkitettura teknika |
— |
Studji tal-arkitettura għall-kategorija A u għall-kategoriji B u/jew C, kif definiti f’2.2.1.1, sa fejn tkun disponibbli d-data meħtieġa dwar is-sensuri ppjanati. |
— |
Lista tas-sensuri inkorporati fis-sistema għal kull kategorija A, B jew C, kif iddefinita f’2.2.1.1. |
— |
Lista ta’ kapaċitajiet inkorporati fis-sistema |
— |
Kriterji oġġettivi użati sabiex titwettaq il-kampanja ta’ valutazzjoni |
— |
Lista ta’ kampanji ta’ valutazzjoni li diġà saru għal kull sensur. |
2.3. Id-distribuzzjoni tal-attivitajiet u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet
Deskrizzjoni tad-distribuzzjoni tal-attivitajiet fost it-Timijiet ta’ Esperti.
Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-Front Desk tal-SST.
Deskrizzjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.4. Regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data
Informazzjoni sabiex jiġu deskritti l-modalitajiet ġenerali tal-kondiviżjoni tad-data bejn il-membri tas-Sħubija tal-SST.
2.5. Miżuri ta’ tranżizzjoni
Deskrizzjoni tal-miżuri ta’ tranżizzjonijiet previsti għall-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel bejn il-Konsorzju tal-SST u s-Sħubija tal-SST.
ANNESS IV
DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ANNESS I SA III
1. Żona Kbira Ħafna (VLA)
Il-kunċett tal-VLA jikkonsisti f’reġjuni ġeografiċi definiti li jippermettu r-ragruppament ta’ sensuri. L-ewwel nett, l-istess sensur imqiegħed f’postijiet f’VLAs differenti se juri prestazzjoni u valur miżjud differenti. Illum qegħdin jitqiesu ż-“Żoni Kbar Ħafna” li ġejjin:
— |
VLA “L-Asja” |
— |
VLA “L-Ewropa” |
— |
VLA “L-Amerika ta’ Fuq” |
— |
VLA “L-Oċeanja” |
— |
VLA “L-Oċean Paċifiku” |
— |
VLA “In-Nofsinhar tal-Afrika” |
— |
VLA “L-Amerika t’Isfel” |
Il-post approssimattiv tal-VLAs huwa muri f’din l-illustrazzjoni:
2. Studji tal-arkitettura
It-terminu “studji tal-arkitettura” jiġbor sett ta’ attivitajiet tal-inġinerija tas-sistema. Dan jinkludi l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-valur miżjud ta’ assi partikolari, aġġornament partikolari, network sħiħ ta’ sensur jew l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ disinn alternattivi u l-ġustifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tagħhom. L-istudji tal-arkitettura huma konsistenti ma’ approċċ axxendenti mmirat lejn l-aħjar valur għall-flus, li jevita duplikazzjoni bla bżonn filwaqt li jissorvelja li s-sistema tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti ta’ livell għoli. L-istudji tal-arkitettura jkopru l-funzjonijiet kollha tas-sistema: Funzjoni tas-sensur, funzjoni tal-ipproċessar tad-Data u funzjoni tas-Servizz.
3. Data mhux ipproċessata
Data fil-livell tas-sensur li ma għaddiet mill-ebda post-proċessar (bħad-data għal kull impuls tar-radar, immaġini, u detezzjoni tal-foton)
4. Osservabbli
Kwantità unika li tista’ titkejjel mhux ikkronogrammata ta’ oġġett spazjali miksub wara l-ipproċessar ta’ data mhux ipproċessata (bħal ażimut, elevazzjoni, RA, DEC, il-medda, Doppler, RCS, u MAG)
5. Kejl
Sett ta’ elementi osservabbli ġeometriċi pproċessati (bħal angoli, medda, u differenzjali tal-ħinijiet tal-wasla) u/jew fiżiċi (bħad-daqs u l-RCS) ta’ sensur wieħed li kollha jappartjenu għal oġġett wieħed u għall-istess epoka.
6. Insegwiment
Sett ta’ kejl konsekuttiv ta’ sensur wieħed għal oġġett wieħed b’lakuni bejn il-kejl li ma jaqbżux durata medja tal-insegwiment li għandha tiġi ddefinita għal kull sensur.
7. Storbju
ID tal-Parametru |
[N] |
Isem |
Storbju |
Deskrizzjoni/Definizzjoni |
L-istorbju tal-kejl huwa ddefinit bħala l-għerq tal-medja tal-kwadrati (RMS) tar-residwi ta’ osservazzjoni. L-istorbju tal-kejl huwa ġeneralment assimilat ma’ distribuzzjoni (normali) Gaussjana. B’dan il-mod, l-intervall iċċentrat fuq il-medja b’semi-amplitudni ta’ 1-σ jinkludi 68,27 % tad-data tar-residwi. Dan l-istorbju jista’ jitqies ukoll bħala d-devjazzjoni standard li tisforza li l-medja tkun żero (se tiġi vverifikata l-konsistenza bejn iż-żewġ approċċi). |
Metriki |
Angolari: peress li l-osservazzjonijiet angolari huma definiti f’koordinati sferiċi, id-devjazzjoni standard tiġi kkalkolata għal: , jew b’mod ekwivalenti, fejn ra=axxenzjoni tal-lemin, dec=deklinazzjoni, az=ażimut u el=elevazzjoni dec jew l-ekwivalenti el Medda: Miksuba bħala riżultati diretti mill-osservazzjonijiet Rata tal-medda: Miksuba bħala riżultati diretti mill-osservazzjonijiet |
Unità tal-kejl |
Arcsec, m, m/s (angoli, medda u rata ta’ medda rispettivament) |
8. Definizzjonijiet ta’ analiżi operazzjonali
ID tal-Parametru |
[TL] |
Isem |
Tempestività |
Deskrizzjoni/Definizzjoni |
Dewmien tal-forniment tal-kejl |
Metriki |
Il-ħin bejn it-tmiem tal-insegwimenti kondiviżi u l-kondiviżjoni. Valur ta’ limitu ta’ 90 % tad-data kondiviża fil-bażi tad-data tal-SST, dan huwa “Ħin imdaħħal” – “Ħin tat-tmiem” f’anqas minn 48 siegħa, u 75 % f’anqas minn 24 siegħa. Dan huwa ssupplimentat bl-ammont ta’ data kondiviża fi żmien 48 siegħa u 24 siegħa |
Unità tal-kejl |
Sigħat |
ID tal-Parametru |
[O2] |
Isem |
Oġġetti/siegħa operazzjonali |
Deskrizzjoni/Definizzjoni |
L-għadd medju ta’ oġġetti differenti osservati minn sensur fis-siegħa |
Metriki |
Medja tal-għadd ta’ oġġetti differenti osservati għal kull intervall ta’ siegħa. Il-perjodu operattiv kollu huwa diviż f’intervalli N ta’ siegħa. Għal kull intervall i, jiġi kkomputat in-numru ta’ oġġetti differenti osservati mis-sensur
|
Unità tal-kejl |
Oġġetti/h |
ID tal-Parametru |
[MR] |
Isem |
Rata tal-kejl |
Deskrizzjoni/Definizzjoni |
Numru ta’ kemm-il darba jsir il-kejl |
Metriki |
Kejl / Ħin iddikjarat tad-dedikazzjoni effettiva (sigħat) |
Unità tal-kejl |
kejl/siegħa |
9. Definizzjonijiet oħra
Dedikazzjoni |
|
Dedikazzjoni ddikjarata |
Il-ħin massimu li assi jiġi ddikjarat li jikkontribwixxi għall-SST f’perjodu ta’ rapportar skont l-impenji tal-Għotja. |
Dedikazzjoni Effettiva |
Il-ħin li assi jikkontribwixxi għall-SST f’perjodu ta’ rapportar. |
Dedikazzjoni Ineffettiva |
Il-ħin li sensur ma jkunx jista’ jikkontribwixxi għall-SST minħabba manutenzjoni jew minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà (temp, manutenzjoni mhux ippjanata, eċċ.). |
Analiżi Funzjonali |
Id-definizzjoni u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet ewlenin tal-SST, kif ukoll l-interazzjonijiet tagħhom f’termini ta’ flussi tax-xogħol, inputs, outputs, u skambju ta’ informazzjoni. Id-diżaggregazzjoni f’funzjonijiet issir fuq bażi kunċettwali, u ma hijiex marbuta mal-implimentazzjoni fiżika fl-arkitettura tas-sistema tal-SST. Xi funzjonijiet jistgħu jitqassmu fost diversi elementi fiżiċi. |
Sensur operazzjonali |
Sensur, li għadda b’suċċess il-kriterji kollha ta’ kwalità u kontribuzzjoni tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni operazzjonali. |
Dedikazzjoni Potenzjali |
Ħin massimu li sensur jista’ ipotetikament ikun qed jaħdem għall-SST. |
Assi tal-SST |
Il-kapaċitajiet tas-Sensur u tal-Ipproċessar tad-Data tal-SST. |
Talba għal insegwiment |
Talba lis-sensuri li jikkontribwixxu għall-SST sabiex jipprovdu data relatata ma’ oġġett jew ma’ avveniment speċifiku. |