Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0306

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/306 tal-24 ta’ Frar 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ST/10411/2021/INIT

    ĠU L 46, 25.2.2022, p. 95–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/306/oj

    25.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 46/95


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/306

    tal-24 ta’ Frar 2022

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (2)

    L-entrata għal persuna deċeduta waħda jenħtieġ li titħassar.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. PANNIER-RUNACHER


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


    ANNESS

    L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (‘Persuni’) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

    32.

    Mohammed Makhlouf.


    Top