Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R2311

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2311 tat-22 ta’ Diċembru 2021 li jemenda għat-324 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

C/2021/9973

ĠU L 458I, 23.12.2021, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2311/oj

23.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 458/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2311

tat-22 ta’ Diċembru 2021

li jemenda għat-324 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Diċembru 2021 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiżdied l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

‘Sanaullah Ghafari (kitba oriġinali: ثناء اللہ غفاری) (psewdonimu affidabbli: (a) Dr. Shahab al Muhajir; (b) Shahab Muhajer; (c) Shahab Mohajir; (d) Shahab Mahajar; (e) Shihab al Muhajir; (f) Shihab Muhajer; (g) Shihab Mohajir; (h) Shihab Mahajar). Data tat-twelid: 28.10.1994. Post tat-twelid: L-Afganistan. Nazzjonalità: L-Afganistan. Indirizz: (a) L-Afganistan (2021); (b) Kunduz, l-Afganistan (qabel). Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levant-Khorasan (ISIL-K). Espert tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 21.12.2021.”


Top