This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1756
Regulation (EU) 2021/1756 of the European Parliament and of the Council of 6 October 2021 amending Regulation (EU) 2017/625 as regards official controls on animals and products of animal origin exported from third countries to the Union in order to ensure compliance with the prohibition of certain uses of antimicrobials and Regulation (EC) No 853/2004 as regards the direct supply of meat from poultry and lagomorphs (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2021/1756 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
PE/46/2021/REV/1
ĠU L 357, 8.10.2021, p. 27–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 357/27 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1756 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Ottubru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta’ ċerti użi ta’ antimikrobiċi u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-provvista diretta ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-punt (b) tal-Artikolu 168(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi r-regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità, inter alia, mar-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli għal, inter alia, il-kontroll u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji, b’attenzjoni partikolari fuq ir-reżistenza għall-antimikrobiċi. |
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6, l-użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali huwa żgurat, inter alia, permezz ta’ projbizzjonijiet fuq l-użu tal-antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u fuq l-użu ta’ antimikrobiċi riżervati għall-kura ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin. Skont l-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6, operaturi f’pajjiżi terzi huma meħtieġa li josservaw dawk il-projbizzjonijiet meta jesportaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni. Kif enfasizzat fil-premessa (49) ta’ dak ir-Regolament, huwa importanti li titqies id-dimensjoni internazzjonali tal-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi billi jittieħdu miżuri mhux diskriminatorji u proporzjonati, filwaqt li jiġu rrispettati l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali. |
(4) |
L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 jibni fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2017 intitolata ‘Pjan ta’ Azzjoni Ewropew “Saħħa Waħda” kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (“AMR”)’, billi jtejjeb il-prevenzjoni u l-kontroll tar-reżistenza għall-antimikrobiċi u jippromwovi użu aktar prudenti u responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-projbizzjoni tal-użu ta’ antimikrobiċi għall-promozzjoni tat-tkabbir u ż-żieda fir-rendiment u tal-użu ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità tal-annimali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali esportati lejn l-Unjoni mal-Artikolu 118(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625, għal darb’oħra filwaqt li jiġu rrispettati l-obbligi tal-Unjoni skont il-ftehimiet internazzjonali. |
(6) |
Skont l-Artikolu 18(7), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kriterji u l-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, fir-rigward tal-Pectinidae, il-gasteropodi tal-baħar u l-Holothuroidea, meta ż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma ma għandhomx jiġu kklassifikati. Il-Holothuroidea huma klassi tal-phylum Ekinodermata. L-Ekinodermi ġeneralment mhumiex organiżmi filtraturi. Għaldaqstant, ir-riskju li tali organiżmi jakkumulaw mikroorganiżmi marbuta mal-kontaminazzjoni fekali huwa remot. Barra minn hekk, ma ġiet irrappurtata l-ebda informazzjoni epidemjoloġika li tista’ torbot ir-riskji għas-saħħa pubblika ma’ ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. Għal dik ir-raġuni, il-possibbiltà stabbilita fl-Artikolu 18(7), il-punt (g), tar-Regolament (UE) 2017/625 li ssir deroga mir-rekwiżit ta’ klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ żamma jenħtieġ li tiġi estiża għall-ekinodermi kollha li mhumiex organiżmi filtraturi, pereżempju għal dawk li jappartjenu għall-klassi Echinoidea, u ma tkunx limitata għall-Holothuroidea. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta’ produzzjoni u ta’ żamma li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni japplikaw għall-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikat u l-gasteropodi tal-baħar, ħlief dawk il-gasteropodi tal-baħar u l-ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi. It-terminoloġija użata fl-Artikolu 18(6), (7) u (8) tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li tiġi allinjata skont dan. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-forniment dirett mill-produtturi lill-konsumaturi aħħarin jew lil stabbilimenti tal-imnut lokali li jfornu direttament lill-konsumaturi aħħarin, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-lagomorfi li jinqatlu fl-irziezet. Mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2006, l-esklużjoni kienet ġiet estiża diversi drabi għal-laħam kollu mit-tjur u mil-lagomorfi bħala miżura tranżizzjonali. L-aħħar estensjoni tal-perjodu tranżitorju, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 (6), kienet sal-31 ta’ Diċembru 2020. Matul il-15-il sena tal-perjodu tranżitorju, ma ġie osservat, l-ebda tħassib sinifikanti fir-rigward tas-sikurezza alimentari minħabba l-attivitajiet imwettqa b’mod konformi ma’ dik l-estensjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” tenfasizza l-importanza ta’ ktajjen tal-provvista aktar qosra bil-ħsieb li tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel reġjonali u lokali. L-estensjoni tad-deroga għal-laħam kollu tat-tjur u tal-lagomorfi jenħtieġ li tiġi introdotta fuq bażi permanenti. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 47(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti jridu jwettqu kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni fuq kull kunsinna ta’ annimali u oġġetti soġġetti, inter alia, għall-miżuri ta’ emerġenza previsti fl-atti adottati f’konformità mal-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Madankollu, l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) 2016/429 ma jikkonċernax il-miżuri ta’ emerġenza tal-Kummissjoni. Dak l-iżball jenħtieġ li jiġi kkoreġut u jenħtieġ li ssir referenza għall-Artikolu 261 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
(9) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti li jsiru kontrolli uffiċjali dwar l-użu ta’ antimikrobiċi fl-annimali u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
Minħabba li r-Regolament (UE) 2019/6 japplika mit-28 ta’ Jannar 2022, id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibdew japplikaw mill-istess data, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/625 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(4), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).’;" |
(2) |
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 47(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(d) |
il-provvista diretta mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam tal-pollam u tal-lagomorfi, maqtula fir-razzett, lill-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut lokali li jissuplixxu dan il-laħam lill-konsumatur finali;” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Ottubru 2021.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (1) għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. LOGAR
(1) ĠU C 341, 24.8.2021, p. 107.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2021 ta’ (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2021.
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali), (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 tat-2 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 29, 3.2.2017, p. 21).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).