Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1255R(01)

    Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1255 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013 fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà li għandhom jitqiesu minn Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-2 ta’ Awwissu 2021)

    C/2021/6775

    ĠU L 336, 23.9.2021, p. 47–47 (BG, EL, EN, GA, MT, SL, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1255/corrigendum/2021-09-23/oj

    23.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 336/47


    Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1255 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013 fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà li għandhom jitqiesu minn Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-2 ta’ Awwissu 2021 )

    F’paġna 12, fl-Artikolu 1(2), fl-emenda tal-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013,

    minflok:

    “(2)

    fl-Artikolu 18, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

    ‘5.   L-AIFMs għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.

    6.   Fejn l-AIFMs iqisu l-impatti avversi prinċipali tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà kif deskritt fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/2088, jew kif meħtieġ mill-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, dawk l-AIFMs għandhom iqisu l-impatti negattivi prinċipali bħal dawn meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.’;”,

    aqra:

    “(2)

    fl-Artikolu 18, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

    ‘5.   L-AIFMs għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3.

    6.   Fejn l-AIFMs iqisu l-impatti avversi prinċipali tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà kif deskritt fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2019/2088, jew kif meħtieġ mill-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, dawk l-AIFMs għandhom iqisu l-impatti negattivi prinċipali bħal dawn meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.’;”.


    Top