This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1016
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1016 of 21 June 2021 amending for the 321st time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaeda organisations
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1016 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jemenda għat-321 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1016 tal-21 ta’ Ġunju 2021 li jemenda għat-321 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
C/2021/4723
ĠU L 222I, 22.6.2021, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 222/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1016
tal-21 ta’ Ġunju 2021
li jemenda għat-321 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
1. “Mohammad Ali Al Habbo (kitba oriġinali: محمد علي الحبو) (psewdonomu affidabbli: (a) Mohamad Abdulkarim; (b) Muhammad Abd-al-Karim; Psewdonimu inqas affidabbli: (a) Al-Hebo; (b) Al-Habu; (c) Alhobo; (d) Habo; (e) Hebbo; (f) Habu). Id-data tat-twelid: (a) 1.10.1983; (b) 15.3.1983; (c) 1.1.1980. Il-post tat-twelid: Raqqa, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: Sirjan Nru tal-Passport 00814L001424 (passaport Sirjan). Nru tal-Identità Nazzjonali: (a) 10716775 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana); (b) 2020316097 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana); (c) 2020409266 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana). L-indirizz: (a) Gaziantep, it-Turkija (mill-2016); (b) Raqqa, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Informazzjoni oħra: Il-faċilitatur ibbażat fit-Turkija li jipprovdi servizzi finanzjarji lill-Istat Islamiku fl-Iraq u fil-Levant, jew b’appoġġ għaliha, huwa kkwotat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Id-data tad-deskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 17.6.2021.”