This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1304
Council Decision (CFSP) 2021/1304 of 5 August 2021 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1304 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1304 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ST/10909/2021/INIT
ĠU L 283, 6.8.2021, pp. 13–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1304
tal-5 ta’ Awwissu 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati li jinsabu fl-Annessi II, III, V u VI għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li jinżammu, u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal għaxar persuni u entità waħda, u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ erba’ persuni, jenħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ persuna waħda fil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
|
(1) |
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “A. Persuni”, l-entrata 77 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, is-subintestatura “A. Persuni”, l-entrati 6, 7, 10, 11, 15, 16, 17, 18, 19, 24, u 25 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, is-subintestatura “B. Entitajiet”, l-entrata 4 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment ta’ assi jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn ta’ qerda massiva”, is-subintestatura “A. Persuni”, l-entrata 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)", is-subintestatura “A. Persuni”, l-entrata 6 hija sostitwita b’dan li ġej:
|