Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0385

Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/385 tat-2 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis), l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi u l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni ta’ din il-marda (notifikata bid-dokument C(2021) 1064) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/1064

ĠU L 76, 4.3.2021, pp. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/385/oj

4.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/385

tat-2 ta’ Marzu 2021

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis), l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi u l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ta’ ċerti reġjuni bħala ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni ta’ din il-marda

(notifikata bid-dokument C(2021) 1064)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tiegħu, u l-paragrafu 4 tal-Anness A.I u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b’mod partikolari l-Anness A, il-Kapitolu 1.II tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u tal-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (3) tipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fl-Anness II tagħha huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Franza ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għad-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques fir-reġjun ta’ Nouvelle-Aquitaine mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE sabiex ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(4)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għar-reġjun tal- Abruzzo, il-provinċji ta’ Catanzaro u Cosenza fir-reġjun tal-Calabria, il-provinċja ta’ Benevento fir-reġjun tal- Campania u l-provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani u Taranto fir-reġjun tal-Puglia mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE sabiex ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(5)

Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għall-provinċji ta’ Almeria, Granada, Jaén u Málaga fil-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE sabiex ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(6)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, id-dipartimenti tal-Pyrénées-Atlantiques fir-reġjun ta’ Nouvelle-Aquitaine fi Franza, ir-reġjun tal-Abruzzo, il-provinċji ta’ Catanzaro u Cosenza fir-reġjun tal-Calabria, il-provinċja ta’ Benevento fir-reġjun tal-Campania u l-provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani u Taranto fir-reġjun tal-Puglia fl-Italja u l-provinċji ta’ Almeria, Granada, Jaén u Málaga fil-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija fi Spanja jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jiġi emendat skont dan.

(8)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u porċini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom Stat Membru jew ir-reġjuni tiegħu jistgħu jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(9)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(10)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li konformità għar-reġjuni ta’ Molise, il-provinċja ta’ Matera fir-reġjun tal-Basilicata u l-provinċja ta’ Sardenja t’Isfel mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(11)

Wara li saret l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, ir-reġjun tal-Molise, il-provinċja ta’ Matera fir-reġjun tal-Basilicata u l-provinċja ta’ Sardenja t’Isfel fir-reġjun ta’ Sardenja jenħtieġ li jkunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan.

(13)

L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jipprevedi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini.

(14)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għall-provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani u Lecce fir-reġjun tal-Puglia u l-provinċji ta’ Avellino, Benevento u Napoli fir-reġjun tal-Campania mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(15)

Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għall-provinċji ta’ Cádiz, Córdoba, Huelva, Málaga u Sevilla fil-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija u l-provinċji ta’ Ávila, Palencia u Segovia fil-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja u León mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(16)

Wara li saret l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, il-provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani u Lecce fir-reġjun tal-Puglia u l-provinċji ta’ Avellino, Benevento u Napoli fir-reġjun tal-Campania fl-Italja u l-provinċji ta’ Cádiz, Córdoba, Huelva, Málaga u Sevilla fil-Komunità Awtonoma ta’ Andalusija u tal-provinċji Ávila, Palencia u Segovia fil-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja León fi Spanja jenħtieġ li jkunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet tal-annimali bovini.

(17)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġi emendat skont dan.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (5) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-moviment tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom skont l-istatus tal-mard tagħhom għall-marda ta’ Aujeszky. L-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky.

(19)

L-Estonja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità għat-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/185/KE sabiex jiġi rikonoxxut bħala ħieles mill-marda ta’ Aujeszky.

(20)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, jenħtieġ li l-Estonja tiġi rikonoxxuta bħala ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky.

(21)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan.

(22)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li għandhom fis-seħħ programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky.

(23)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky għal 13-il reġjun u biex dawn ir-reġjuni jiġu elenkati kif xieraq fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(24)

Il-Portugall ippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ kontroll tiegħu għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky għat-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru biex jiġi elenkat kif dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE.

(25)

Wara l-evalwazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni ta’ sostenn, jenħtieġ li l-programmi ta’ kontroll għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky fi 13-il reġjun tal-Italja u fil-Portugall jiġu approvati.

(26)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jiġi emendat skont dan.

(27)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 93/52/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(2)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istatus ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet ta’ annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


ANNESS I

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għal Franza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fi Franza:

Id-Dipartimenti ta’:

Ain, Aisne, Allier, Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Corse-du-Sud, Haute-Corse, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Dordogne, Doubs, Drôme, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loir-et-Cher, Loire, Haute-Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Haute-Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Pyrénées-Orientales, Bas-Rhin, Haut-Rhin, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Savoie, Haute-Savoie, Ville de Paris, Seine-Maritime, Seine-et-Marne, Yvelines, Deux-Sèvres, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Haute-Vienne, Vosges, Yonne, Territoire de Belfort, Essonne, Hauts-de-Seine, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d’Oise.”

(2)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Calabria: Il-Provinċji ta’ Catanzaro u Cosenza,

Ir-Reġjun tal-Campania: Il-Provinċja ta’ Benevento,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardia,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise,

Ir-Reġjun tal-Piemonte,

Ir-Reġjun tal-Puglia: Il-provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi u Taranto,

Ir-Reġjun ta’ Sardenja,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria,

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(3)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona,

Il-Komunità Awtonoma tal-Andalusija: Il-provinċji ta’ Almeria, Cadiz, Cordoba, Granada, Huelva, Jaén, Málaga u Sevilla,

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Cantabria,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja u León,

Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura,

Il-Komunità Awtonoma tal-Galicia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.”


ANNESS II

Fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Ir-Reġjun tal-Basilikata: Il-Provinċja ta’ Matera,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta’ Frosinone, Rieti, Viterbo,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardia,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Pesaro-Urbino,

Ir-Reġjun tal-Molise,

Ir-Reġjun tal-Piemonte,

Ir-Reġjun ta’ Sardenja: Il-Belt Metropolitana ta’ Cagliari, il-Provinċji ta’ Oristano, Sardenja t’Isfel,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria,

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”


ANNESS III

Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Campania: Il-Provinċji ta’ Avellino, Benevento, Napli,

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardia,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta’ Campobasso,

Ir-Reġjun tal-Piemonte,

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċji ta’ Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce,

Ir-Reġjun ta’ Sardenja,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbria,

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma ta’ Andalucia: Il-provinċji ta’ Almeria, Cádiz, Córdoba, Granada, Huelva, Jaén, Málaga u Sevilla,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Aragona,

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja u León: Il-Provinċji ta’ Ávila, Burgos, León, Soria, Valladolid u Zamora,

Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Galicia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Madrid,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Murcia,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask,

Il-Komunità Awtonoma ta’ Valenzja.”


ANNESS IV

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, tiżdied il-linja li ġejja wara l-entrata għall-Ġermanja:

“EE

L-Estonja

Ir-reġjuni kollha”


ANNESS V

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“IT

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Abruzzo

Ir-Reġjun tal-Puglia

Ir-Reġjun tal-Basilicata

Ir-Reġjun tal-Calabria

Ir-Reġjun tal-Campania

Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna

Ir-Reġjun tal-Lazio

Ir-Reġjun tal-Liguria

Ir-Reġjun tal-Lombardia

Ir-Reġjun tal-Marche

Ir-Reġjun tal-Molise

Ir-Reġjun tal-Piemonte

Ir-Reġjun ta’ Sqallija

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento

Ir-Reġjun tat-Toskana

Ir-Reġjun ta’ Valle d’Aosta

Ir-Reġjun tal-Umbria

Ir-Reġjun tal-Veneto”

(2)

il-linja li ġejja tiżdied wara l-entrata tal-Polonja:

“PT

Il-Portugall

Ir-reġjuni kollha”


Top