Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0646

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/646 tat-13 ta’ Mejju 2020 li japprova s-sustanza attiva Lavandulyl senecioate, bħala sustanza b’risku baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/2994

ĠU L 151, 14.5.2020, pp. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/646/oj

14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/646

tat-13 ta’ Mejju 2020

li japprova s-sustanza attiva Lavandulyl senecioate, bħala sustanza b’risku baxx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) flimkien mal-Artikolu 22(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-17 ta’ Lulju 2015, Suterra Europe Biocontrol ippreżentat lill-Italja applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Lavandulyl senecioate.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 9(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Italja, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fid-29 ta’ Diċembru 2016.

(3)

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Fid-9 ta’ Ottubru 2018 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali ġiet ippreżentata mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta’ abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Fl-4 ta’ Jannar 2019, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk is-sustanza attiva Lavandulyl senecioate jistax jiġi mistenni li tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha.

(6)

Fit-22 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ir-rapport ta’ reviżjoni għal-Lavandulyl senecioate u fit-23 ta’ Marzu 2020 abbozz ta’ Regolament li jipprevedi li l-Lavandulyl senecioate huwa approvat.

(7)

L-applikant ingħata l-opportunità li jressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta’ reviżjoni.

(8)

Ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b’mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Lavandulyl senecioate huwa sustanza attiva b’riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-Lavandulyl senecioate mhuwiex sustanza ta’ tħassib, u jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.1.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Għalhekk huwa xieraq li l-Lavandulyl senecioate jiġi approvat bħala sustanza b’riskju baxx.

(11)

Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kondizzjonijiet.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva Lavandulyl senecioate, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)   EFSA Journal 2020;18(3):5588.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità  (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Lavandulyl senecioate

Nru CAS: 23960-07-8

Nru CIPAC: mhux applikabbli

(RS)-5-metil-2-(prop-1-en-2-il)eż-4-en-1-yl 3-metilbut-2-enoat

≥ 894 g/kg

it-3 ta’ Ġunju 2020

it-3 ta’ Ġunju 2035

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-Lavandulyl senecioate, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

L-Istat Membru għandu jivvaluta kwalunkwe estensjoni tad-disinn tal-użu lil hinn mid-dispensers passivi, sabiex jiġi stabbilit jekk l-estensjonijiet proposti tal-użu jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tal-prinċipji uniformi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011  (2).


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127).


ANNESS II

Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“19

Lavandulyl senecioate

Nru CAS: 23960-07-8

Nru CIPAC: mhux applikabbli

(RS)-5-metil-2-(prop-1-en-2-il)eż-4-en-1-yl 3-metilbut-2-enoat

≥ 894 g/kg

it-3 ta’ Ġunju 2020

it-3 ta’ Ġunju 2035

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-Lavandulyl senecioate, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

L-Istat Membru għandu jivvaluta kwalunkwe estensjoni tad-disinn tal-użu lil hinn mid-dispensers passivi, sabiex jiġi stabbilit jekk l-estensjonijiet proposti tal-użu jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tal-prinċipji uniformi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 (*1).


(*1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127).”


Top