Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1368

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368 tal-1 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 318, 1.10.2020, pp. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1368/oj

1.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1368

tal-1 ta’ Ottubru 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2019, il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, ħabbar il-ftuħ ta’ pont ferrovjarju fuq l-Istrett ta’ Kerch, li indika l-implimentazzjoni tal-proġett usa’ tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-peninżola tal-Krimea annessa illegalment u dawk tar-Russja.

(3)

L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. Il-kostruzzjoni tal-pont u l-linji ferrovjarji li jgħaqqduh mal-infrastruttura preeżistenti tat-trasport għandhom l-għan li jikkonsolidaw il-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment u li jiżolaw aktar il-peniżola mill-Ukrajna.

(4)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżiedu erba’ entitajiet u żewġ individwi mal-lista’ ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fit-tfassil, il-bini u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja li tgħaqqad lir-Russja u l-peniżola tal-Krimea annessa illegalment.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


Anness

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“191.

Alexander Nikolaevich Ganov

(Александр Николаевич ГАНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 24.10.1974

Post tat-twelid: Voronezh (Federazzjoni Russa)

Direttur Ġenerali tal-JSC TC Grand Service Express, li jopera servizz ferrovjarju bejn ir-Russja u l-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

192.

Leonid Kronidovich RYZHENKIN

(Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.11.1967

Post tat-twelid: mhux magħruf

Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015)

Id-Deputat Direttur Ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura f’Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluża l-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

48.

Joint-stock company "Lenpromtransproyekt" (АО «Ленпромтранспроект»)

Indirizz: Kondrat’yevskiy Prospekt, 15, building 5/1, 223 St. Petersburg 195197, Russian Federation

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1027809210054

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 7825064262

Sit web: https://lptp.ru/

Indirizz elettroniku: ptp@sp.ru

ll-kumpannija b’ishma konġunti Lenpromtransproyekt ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi fasslet l-approċċi ferrovjarji għall-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch u billi aġixxiet bħala superviżur arkitettoniku waqt il-kostruzzjoni tal-pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

49.

Joint-stock company "The Berkakit-Tommot-Yakutsk Railway Line’s Construction Directorate" (АО «Дирекция по строительству железной дороги Беркакит-Томмот-Якутск»)

Indirizz: Mayakovskogo St. 14, city of Aldan 678900, Aldansky District, Russian Federation

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1121402000213

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 1402015986

Sit web: https://dsgd.ru/

Indirizz elettroniku: info@dsgd.ru; gmn@dsgd.ru

Il-kumpannija b’ishma konġunti The Berkakit-Tommot-Yakutsk Railway Line’s Construction Directorate ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi pprovdiet servizzi ta’ inġinerija waqt il-kostruzzjoni ta’ approċċi ferrovjarji għall-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

50.

Federal State Unitary Enterprise "Crimea Railway" (Федеральное государственное унитарное предприятие «Крымская железная дорога»)

Indirizz: 34 Pavlenko St., Simferopol 95006, Ukraine

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1159102022738

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 9102157783

Sit web: https://crimearw.ru

Indirizz elettroniku: ngkkjd@mail.ru

Il-Federal State Unitary Enterprise Crimea Railway ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi kienet is-sid u l-operatur tal-linji ferrovjarji fuq il-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch, li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020

51.

First Crimean Insurance Company

(Крымская первая страховая компания)

Indirizz: Butakova Ln, 4, Sevastopol, Ukraine

Numru tal-Identità tar-Reġistrazzjoni (nru OGRN): 1149102007933

Numru ta’ identifikazzjoni fiskali (nru INN) 9102006047

Sit web: https://kpsk-ins.ru/about

Indirizz elettroniku: info@kspk-ins.ru

Il-First Crimean Insurance Company ipparteċipat fil-proġett tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-Krimea annessa illegalment u tar-Russja billi żgurat il-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch. Għaldaqstant, qiegħda tappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

1.10.2020”


Top