Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0627

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/13

ĠU L 131, 17.5.2019, pp. 51–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/07/2026

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/627/oj

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/627

tal-15 ta' Marzu 2019

li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. B'mod partikolari, jipprevedi kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 (2) b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019. Attwalment dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi rekwiżiti dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli.

(2)

Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw kontinwazzjoni tar-rekwiżiti biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità tal-operaturi tan-negozju tal-ikel mar-regoli għall-immaniġġar sikur ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali, b'mod partikolari kif stabbilit f'dawn li ġejjin:

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3) dwar il-miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi;

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 (4) dwar il-kontrolli fuq enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (5) dwar ir-regoli sanitarji għall-annimali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali;

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar il-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel;

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi;

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (8) dwar il-kontroll tat-tuberkulożi, tal-bruċellożi u tal-lewkożi bovina enzootika;

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar il-kontrolli tas-Salmonella;

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel;

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar ir-regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (12) dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (13) dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel;

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (14) u (KE) Nru 124/2009 (15) dwar il-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE (16) dwar il-protezzjoni tat-tiġieġ;

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) dwar ir-regoli tas-saħħa għal prodotti sekondarji tal-annimali;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (18) dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla;

Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi;

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 (20) dwar il-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa mhux imqaxxra mill-ġilda;

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 (21) dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella; kif ukoll

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) dwar ir-regoli tas-saħħa tal-annimali.

(3)

L-arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fejn ikun hemm il-ħtieġa ta' livell minimu ta' kontrolli uffiċjali sabiex jiġu indirizzati perikli u riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jiġu kkawżati minn prodotti ta' oriġini mill-annimali, li jkopru l-aspetti kollha li huma importanti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u, fejn xieraq, is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali. Dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-aktar informazzjoni rilevanti reċenti disponibbli u evidenza xjentifika mill-opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA).

(4)

Fil-31 ta' Awwissu 2011, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (il-ħnieżer) (23). Ir-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-opinjoni tqiesu fir-rekwiżiti għall-ispezzjonijiet tal-laħam tal-majjal stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u jenħtieġ li jinżammu fir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Fit-23 ta' Mejju 2012, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (il-pollam) (24). Dik l-opinjoni tidentifika l-Campylobacter spp. u s-Salmonella spp. bħala l-perikli ewlenin li jridu jkunu koperti mill-ispezzjonijiet tal-laħam tat-tjur permezz ta' sistema integrata ta' assigurazzjoni tas-sikurezza tal-ikel, li tista' tinkiseb permezz ta' titjib tal-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel (FCI) u interventi bbażati fuq ir-riskju.

(6)

Fis-6 ta' Ġunju 2013, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (l-annimali bovini) (25). Dik l-opinjoni tidentifika s-Salmonella spp. u l-Escherichia coli (E. Coli) li tipproduċi l-veroċitotossina patoġenika bħala l-aktar perikli rilevanti għall-ispezzjonijiet tal-laħam f'annimali bovini. Tirrakkomanda l-ommissjoni ta' palpazzjoni u ta' inċiżjoni waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' annimali soġġetti għal tbiċċir ta' rutina, peress li dan jista' jnaqqas it-tixrid u l-kontaminazzjoni kroċjata mal-perikoli bijoloġiċi ta' prijorità għolja. Madankollu, jenħtieġ li jinżammu l-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet waqt l-ispezzjoni post-mortem, li huma meħtieġa biex tiġi mistħarrġa l-okkorrenza tat-tuberkulożi u taċ-ċistiċerkożi kkawżata mit-Taenia saginata (id-duda).

(7)

Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (26). Dik l-opinjoni tidentifika l-E. coli li tipproduċi l-veroċitotossina patoġenika bħala l-aktar periklu rilevanti għall-ispezzjonijiet tal-laħam fin-nagħaġ u fil-mogħoż. Tirrakkomanda wkoll, sakemm ikun possibbli, l-ommissjoni ta' palpazzjonijiet u inċiżjonijiet waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' nagħaġ u mogħoż soġġetti għal tbiċċir ta' rutina. Madankollu, għal raġunijiet ta' sorveljanza tas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, jenħtieġ li jinżammu l-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet għas-sorveljanza tat-tuberkulożi u tal-fascioliasis fil-każ ta' annimali akbar fl-età.

(8)

Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa tal-bniedem li jridu jkunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (is-solipedi) (27). Dik l-opinjoni tirrakkomanda l-użu ta' spezzjoni viżwali biss fis-solipedi, li jista' jkollha effett favorevoli sinifikanti fuq l-istatus mikrobijoloġiku tal-laħam tal-karkassi tas-solipedi. Din l-ispezzjoni x'aktarx li ma taffettwax is-sorveljanza globali tal-mard tal-annimali.

(9)

Fis-6 ta' Ġunju 2013 ukoll, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar l-ispezzjoni tal-laħam tal-kaċċa mrobbija. Dik l-opinjoni tirrakkomanda l-ommissjoni ta' palpazzjoni u inċiżjoni sakemm ma jinstabux anormalitajiet, filwaqt li fl-istess ħin tenfasizza li tali ommissjoni jista' jkollha konsegwenzi għas-sorveljanza globali tat-tuberkulożi.

(10)

Ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dawn l-opinjonijiet tal-EFSA jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Jenħtieġ li jitqies ukoll l-impatt possibbli fuq il-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Fl-istess waqt, jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti attwali, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004.

(11)

Dawn l-arranġamenti prattiċi jenħtieġ li japplikaw għall-kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/625 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (28). Dawn l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jkunu uniformi u jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, b'kont meħud tad-daqs tan-negozji ż-żgħar kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/625 bl-użu ta' livell limitu b'mod nondiskriminatorju.

(12)

Billi l-istruttura tal-biċċeriji u tal-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa tvarja fost l-Istati Membri, il-livell limitu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għadd ta' annimali mbiċċra jew ipproċessati, jew jekk jintwera li dan jirrappreżenta perċentwal limitat u fiss tal-laħam imqiegħed fis-suq. L-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jiddefinixxi unitajiet ta' bhejjem u jistabbilixxi rati ta' konverżjoni biex l-għadd ta' annimali ta' ċerti speċijiet jiġi espress f'dawn l-unitajiet ta' bhejjem. Dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jintużaw biex, sa fejn ikun possibbli, jiġu stabbiliti livelli limiti u jiġu armonizzati derogi minn ċerti rekwiżiti abbażi tad-daqs ta' biċċerija.

(13)

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinżammu wkoll biex jiġi żgurat l-awditjar prattiku uniformi tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali. L-awditjar huwa ta' interess partikolari għall-verifika tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi marbuta mal-iġjene u l-applikazzjoni ta' proċeduri bbażati fuq analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP).

(14)

Il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti dwar il-marki ta' identifikazzjoni fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif attwalment stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li tinżamm sabiex ikun jista' jsir traċċar b'lura tal-annimali.

(15)

L-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem huma essenzjali biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali. Sabiex jiġi żgurat tal-anqas l-istess livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll il-benessri tal-annimali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u l-kummerċ ġust f'suq miftuħ, hemm bżonn li jiġu stabbiliti rekwiżiti prattiċi uniformi għal dawn l-ispezzjonijiet, inklużi każijiet fejn il-kontrolli uffiċjali jsiru taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk, dawn l-ispezzjonijiet jenħtieġ li jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji adegwati, kontrolli fuq ir-rimi mingħajr periklu ta' materjal speċifikat riskjuż, kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u fuq prodotti sekondarji oħra mill-annimali, u ttestjar fil-laboratorju fejn xieraq.

(16)

Huwa importanti li jiġu identifikati każijiet ta' nonkonformità suspettata u stabbilita fejn l-awtoritajiet kompetenti jridu jieħdu miżuri fir-rigward ta' ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali. In-nonkonformità mal-prattiki ta' iġjene tajba jenħtieġ li twassal ukoll għal azzjoni korrettiva mill-awtoritajiet kompetenti.

(17)

Il-marka tas-saħħa definita fil-punt 51 fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tkopri l-laħam ta' ċerti speċijiet u tiċċertifika li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Ir-rekwiżiti tekniċi tal-marka tas-saħħa u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tagħha jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod speċifiku u uniformi sabiex jindikaw li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ.

(18)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (29) jistabbilixxi inter alia miżuri ta' implimentazzjoni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 fir-rigward ta' metodi tal-ittestjar rikonoxxuti għall-bijotossini tal-baħar fil-molluski bivalvi ħajjin, il-metodi ta' ttestjar għall-ħalib mhux ipproċessat u għall-ħalib ittrattat bis-sħana, il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd u l-ispezzjoni tal-laħam. Huwa xieraq li l-miżuri ta' implimentazzjoni kollha għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali jinġiebu kollha flimkien f'dan ir-Regolament u jiġu inklużi dawk mir-Regolament (KE) Nru 2074/2005. Dawn jenħtieġ li jitħassru fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005.

(19)

Il-kundizzjonijiet attwali għall-klassifikazzjoni u għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma ta' molluski bivalvi ħajjin urew li huma effettivi u jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi. Għalhekk jenħtieġ li jinżammu.

(20)

Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli fil-molluski bivalvi ħajjin, kif attwalment stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004, jenħtieġ li jinżamm.

(21)

Il-limiti għall-bijotossini marini huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. B'mod partikolari, il-punt 2 fil-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III ta' dak ir-Regolament jipprevedi li l-kwantitajiet totali (imkejla fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament) ta' bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin ma jridux jaqbżu l-limiti stabbiliti f'dak il-Kapitolu.

(22)

Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi għal dawn il-kontrolli fuq il-ħalib mhux ipproċessat u fuq il-prodotti tal-ħalib jenħtieġ li jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel.

(23)

Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi għal dawn il-kontrolli fuq il-prodotti tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel. Dawk il-kontrolli jenħtieġ li talanqas jinkludu kontrolli regolari fuq il-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt il-ħatt u l-ewwel bejgħ, spezzjonijiet regolari tal-bastimenti u tal-istabbilimenti, inkluż tal-irkantijiet u tas-swieq bl-ingrossa tal-ħut, kif ukoll kontrolli fuq il-ħżin u t-trasport. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċifiċi għall-kontroll tal-bastimenti.

(24)

Dawk il-kontrolli jenħtieġ li jinkludu wkoll arranġamenti prattiċi fir rigward ta' eżamijiet organolettiċi, indikaturi tal-freskezza, kontrolli fuq l-istamina, ir-residwi u l-kontaminanti u kontrolli mikrobijoloġiċi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-kontrolli tal-parassiti u lill-prodotti tas-sajd velenużi. Il-prodotti tas-sajd li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti ta' iġjene jenħtieġ li jiġu ddikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

(25)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċjali li jikkonċernaw il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri li jidħlu fl-Unjoni wara li jkunu ġew trasferiti f'pajjiżi terzi bil-faċilitajiet ta' ħżin jew mingħajrhom.

(26)

L-interess fil-produzzjoni u fit-tqegħid fis-suq ta' laħam tar-rettili aktar ma jmur qiegħed jikber. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam tar-rettili, huwa rilevanti li, minbarra r-regoli ġenerali eżistenti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-kontrolli għat-Trichinella stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1375, jiġu introdotti kontrolli uffiċjali speċifiċi waqt it-tbiċċir.

(27)

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(28)

Billi r-Regolament (UE) 2017/625 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, dan ir-Regolament għandu japplikaw wkoll minn dik id-data.

(29)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u azzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-kontrolli u l-azzjonijiet uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(2), (3) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/625 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624.

Ir-regoli speċifiċi jkopru:

(a)

ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq kwalunkwe prodott li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta' awditjar u marki ta' identifikazzjoni;

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk, inklużi rekwiżiti speċifiċi għall-awditjar u l-kompiti speċifiċi fir-rigward tal-kontrolli fuq il-laħam frisk;

(c)

il-miżuri li jridu jittieħdu f'każijiet ta' nonkonformità tal-laħam frisk mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;

(d)

ir-rekwiżiti tekniċi u l-arranġamenti prattiċi dwar il-marka tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e)

ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-ħalib, fuq il-kolostru, fuq il-prodotti tal-ħalib u fuq prodotti li fihom il-kolostru;

(f)

il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma ta' molluski bivalvi ħajjin, inklużi d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu wara l-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u ta' żamma;

(g)

ir-rekwiżiti speċifiċi u l-frekwenza minima uniformi ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(2)

“kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(3)

“prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definit fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(4)

“prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definit fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(5)

“żona ta' produzzjoni” tfisser arja ta' produzzjoni kif definit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(6)

“żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser arja ta' ripożizzjoni kif definit fil-punt 2.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(7)

“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(8)

“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definit fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(9)

“stabbiliment” tfisser stabbiliment kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(10)

“operatur tan-negozju tal-ikel” tfisser operatur ta' negozju tal-ikel kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

(11)

“kriterju mikrobijoloġiku” tfisser kriterju mikrobijoloġiku kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005;

(12)

“biċċerija” tfisser biċċerija kif definit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(13)

“traċċabbiltà” tfisser traċċabbiltà kif definit fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(14)

“materjal speċifikat riskjuż” tfisser materjal speċifikat riskjuż kif definit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(15)

“kontaminazzjoni” tfisser kontaminazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(16)

“azjenda ta' provenjenza” tfisser azjenda ta' provenjenza kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;

(17)

“produzzjoni primarja” tfisser produzzjoni primarja kif definit fl-Artikolu 3(17) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(18)

“ungulati domestiċi” tfisser ungulati domestiċi kif definit fil-punt 1.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(19)

“stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif definit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(20)

“kaċċa salvaġġa kbira” tfisser kaċċa salvaġġa kbira kif definit fil-punt 1.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(21)

“qatgħa” tfisser qatgħa kif definit fl-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003;

(22)

“lagomorfi” tfisser lagomorfi kif definit fil-punt 1.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(23)

“karkassa” tfisser karkassa kif definit fil-punt 1.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(24)

“ġewwieni” tfisser ġewwieni kif definit fil-punt 1.11 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(25)

“biċċerija b'kapaċità baxxa” tfisser biċċerija b'kapaċità baxxa kif definit fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;

(26)

“biċċerija b'kapaċità baxxa li tipproċessa l-kaċċa” tfisser biċċerija b'kapaċità baxxa li tipproċessa l-kaċċa kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;

(27)

“unità ta' bhejjem” tfisser unità ta' bhejjem kif definit fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009;

(28)

“kaċċa salvaġġa żgħira” tfisser kaċċa salvaġġa żgħira kif definit fil-punt 1.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(29)

“pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(30)

“impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif definit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(31)

“vixxri” tfisser interjuri kif definit fil-punt 1.12 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(32)

“laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(33)

“kaċċa mrobbija” tfisser kaċċa mrobbija kif definit fil-punt 1.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(34)

“kaċċa salvaġġa” tfisser kaċċa salvaġġa kif definit fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(35)

“azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib” tfisser azjenda ta' produzzjoni tal-ħalib kif definit fil-punt 4.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(36)

“ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(37)

“ċentru ta' purifikazzjoni” tfisser ċentru ta' purifikazzjoni kif definit fil-punt 2.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(38)

“bijotossini tal-baħar” tfisser bijotossini marini kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(39)

“stadji ta' produzzjoni, ipproċessar u tqassim” tfisser l-istadji ta' produzzjoni, ipproċessar u tqassim kif definit fl-Artikolu 3(16) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(40)

“ċentru ta' spedizzjoni” tfisser ċentru ta' spedizzjoni kif definit fil-punt 2.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(41)

“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(42)

“bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif definit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(43)

“bastiment friża” tfisser bastiment friża kif definit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(44)

“rettili” tfisser rettili kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (31);

(45)

“laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;

(46)

“prodotti tas-sajd friski” tfisser prodotti tas-sajd friski kif definit fil-punt 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(47)

“prodotti tas-sajd preparati” tfisser prodotti tas-sajd preparati kif definit fil-punt 3.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(48)

“prodotti tas-sajd ipproċessati” tfisser prodotti tas-sajd ipproċessati kif definit fil-punt 7.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

TITOLU II

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODOTTI TA' ORIĠINI MILL-ANNIMALI

KAPITOLU I

Rekwiżiti speċifiċi għall-awditjar mill-awtoritajiet kompetenti fi stabbilimenti li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali

Artikolu 3

Rekwiżiti soġġetti għal awditjar

1.   Meta jwettqu awditi tal-prattiki tal-iġjene tajba fl-istabbilimenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali japplikaw kontinwament u kif suppost il-proċeduri dwar talanqas dawn li ġejjin:

(a)

id-disinn u l-manutenzjoni tal-post u tat-tagħmir;

(b)

l-iġjene preoperazzjonali, operazzjonali u postoperazzjonali;

(c)

l-iġjene personali;

(d)

it-taħriġ fl-iġjene u fil-proċeduri tax-xogħol;

(e)

il-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara;

(f)

il-kwalità tal-ilma;

(g)

il-kontroll tat-temperatura;

(h)

il-kontrolli fuq l-annimali jew fuq l-ikel li jidħol jew li jitlaq mill-istabbiliment, u kwalunkwe dokumentazzjoni ta' akkumpanjament.

2.   Meta jwettqu awditi fuq il-proċeduri abbażi ta' analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP), kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproċessaw il-prodotti ta' oriġini mill-annimali japplikaw dawn il-proċeduri kontinwament u kif suppost.

3.   Dawn għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu jekk il-proċeduri jiggarantixxux, sa fejn hu possibbli, li prodotti ta' oriġini mill-annimali:

(a)

jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji mikrobijoloġiċi;

(b)

jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar:

il-monitoraġġ tar-residwi ta' sustanzi kimiċi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE (32);

il-limiti massimi ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (33) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/470 (34);

is-sustanzi pprojbiti u mhux awtorizzati, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010, id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (35), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE (36);

il-kontaminanti, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1881/2006 u (KE) Nru 124/2009 li jistabbilixxu livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel;

ir-residwi ta' pestiċidi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(c)

ma jkunx fihom perikli fiżiċi, bħal oġġetti minn barra.

4.   Meta operatur tan-negozju tal-ikel juża l-proċeduri stabbiliti fil-gwidi għall-applikazzjoni tal-prinċipji bbażati fuq l-HACCP, skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awditjar għandu jkopri l-użu korrett ta' dawk il-gwidi.

5.   Meta jwettqu kompiti ta' awditjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni speċjali:

(a)

biex jiddeterminaw jekk il-persunal u l-attivitajiet tal-persunal fl-istabbiliment f'kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni humiex konformi mar-rekwiżiti, fir-rigward tal-prattiċi tal-iġjene u tal-HACCP stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Biex jikkomplimentaw l-awditjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu testijiet tal-prestazzjoni, sabiex jiġi aċċertat li l-persunal huwa mħarreġ biżżejjed;

(b)

biex jivverifikaw ir-rekords rilevanti tal-operatur tan-negozju tal-ikel;

(c)

biex jieħdu kampjuni għall-analiżi fil-laboratorju fejn meħtieġ;

(d)

biex jiddokumentaw l-elementi li jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni u s-sejbiet tal-awditjar.

Artikolu 4

Natura u frekwenza tal-awditjar

1.   In-natura u l-frekwenza tal-kompiti ta' awditjar fir-rigward ta' stabbilimenti individwali għandhom jiddependu fuq ir-riskju vvalutat. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni regolari:

(a)

tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, u fejn xieraq, tal-annimali;

(b)

fil-każ ta' biċċeriji, l-aspetti ta' trattament xieraq tal-annimali;

(c)

it-tip u l-ammont ta' materjal ipproċessat u l-proċessi mwettqa;

(d)

ir-rekord tal-passat tal-operatur tan-negozju tal-ikel fir-rigward tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel.

2.   Fejn l-operaturi tan-negozju tal-ikel fil-katina tal-ikel jieħdu miżuri addizzjonali biex jiggarantixxu s-sikurezza tal-ikel billi jimplimentaw sistemi integrati, sistemi privati ta' kontroll jew ċertifikazzjoni indipendenti minn partijiet terzi, jew b'xi mezzi oħra, u fejn dawn il-miżuri jkunu dokumentati u l-annimali koperti b'dawn l-iskemi jkunu identifikabbli b'mod ċar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu dawn il-miżuri inkunsiderazzjoni meta jwettqu l-awditjar sabiex jirrevedu l-prattiki ta' iġjene tajba u l-proċeduri bbażati fuq l-HACCP.

KAPITOLU II

Rekwiżiti speċifiċi dwar il-marki ta' identifikazzjoni

Artikolu 5

Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-applikazzjoni ta' marki ta' identifikazzjoni għandha tiġi verifikata fl-istabbilimenti kollha approvati skont dak ir-Regolament, b'żieda mal-verifika ta' konformità ma' rekwiżiti oħra ta' traċċabilità skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

KAPITOLU III

Żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 għal kunsiderazzjoni u azzjoni ulterjuri skont kif xieraq.

TITOLU III

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-LAĦAM FRISK

KAPITOLU I

Awditjar

Artikolu 7

Rekwiżiti addizzjonali għall-awditjar fi stabbilimenti li jipproċessaw il-laħam frisk

1.   Minbarra r-rekwiżiti għall-awditjar stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jwettqu awditjar fl-istabbilimenti li jipproċessaw il-laħam frisk, jivverifikaw il-konformità kontinwa mal-proċeduri proprji tal-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar il-ġbir, it-trasport, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk, u l-użu jew ir-rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali, inkluż il-materjal speċifikat riskjuż, li għalihom huma responsabbli.

2.   Waqt it-twettiq ta' awditjar f'biċċeriji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari, kif stabbilit fit-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

3.   Meta jwettqu awditjar tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li qed tingħata attenzjoni xierqa lill-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li l-proċeduri tal-operaturi tan-negozji tal-ikel jiggarantixxu, sakemm ikun possibbli, li l-laħam frisk:

(a)

ma fihx anormalitajiet jew tibdil patoloġiċi;

(b)

ma fihx

(i)

kontaminazzjoni fekali; jew,

(ii)

xi kontaminazzjoni oħra li hija meqjusa li tippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem;

(c)

jikkonforma mal-kriterji mikrobijoloġiċi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005;

(d)

ma fihx materjal speċifikat riskjuż, skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

KAPITOLU II

Kontrolli uffiċjali fuq il-laħam frisk

Artikolu 8

Rilevanza tar-riżultati tal-awditjar

Meta jwettaq il-kontrolli uffiċjali skont dan il-Kapitolu, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-awditjar li sar skont il-Kapitolu I. Fejn xieraq, il-veterinarju uffiċjali għandu jiffoka l-kontrolli uffiċjali fuq nuqqasijiet li jkunu ġew identifikati waqt l-awditjar preċedenti.

Taqsima 1

Kontrolli tad-dokumenti

Artikolu 9

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kontrolli tad-dokumenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' provenjenza dwar l-elementi minimi ta' informazzjoni dwar il-katina alimentari li trid tingħata lill-operatur tal-biċċerija skont it-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa tad-dokumenti biex jivverifikaw li:

(a)

l-informazzjoni dwar il-katina alimentari tiġi kkomunikata b'mod konsistenti u effettiv bejn l-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba jew żamm l-annimali qabel l-ispedizzjoni u l-operatur tal-biċċerija;

(b)

l-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel hija valida u affidabbli;

(c)

il-feedback tal-informazzjoni rilevanti lill-azjenda ta' provenjenza, jekk applikabbli, jingħata skont l-Artikolu 39(5).

3.   Meta l-annimali jintbagħtu għat-tbiċċir fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti fl-azjenda ta' provenjenza u fil-post tat-tbiċċir għandhom jikkooperaw biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-katina alimentari pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' provenjenza hija faċilment aċċessibbli għall-operatur tal-biċċerija li jirċieviha.

Artikolu 10

Obbligi tal-veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-kontrolli tad-dokumenti

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika r-riżultati tal-kontrolli u tal-evalwazzjonijiet tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari ipprovduta mill-operatur tal-biċċerija skont is-Sezzjoni III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni dawk il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mir-rekords tal-azjenda ta' provenjenza tal-annimali.

2.   Meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċertifikati uffiċjali previsti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (38), u kwalunkwe dikjarazzjoni mill-veterinarji li jkunu wettqu l-kontrolli uffiċjali jew kontrolli oħra fil-livell tal-produzzjoni primarja.

3.   Fil-każ tat-tbiċċir b'emerġenza ta' ungulati domestiċi barra l-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jeżamina ċ-ċertifikazzjoni prevista skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628 u li tkun inħarġet mill-veterinarju uffiċjali li jkun wettaq l-ispezzjoni ante-mortem skont il-punt 6 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel.

4.   Fil-każ ta' kaċċa salvaġġa kbira, il-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa għandu jeżamina u jieħu inkunsiderazzjoni d-dikjarazzjoni li takkumpanja l-karkassa tal-annimal, kif maħruġa minn persuna mħarrġa skont il-punt 4(a) tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Taqsima 2

Spezzjoni ante-mortem

Artikolu 11

Rekwiżiti fir-rigward tal-ispezzjoni ante-mortem fil-biċċerija

1.   L-annimali kollha għandhom jiġu sottoposti għal spezzjoni ante-mortem qabel it-tbiċċir. Madankollu, l-ispezzjoni tista' tkun limitata għal kampjun rappreżentattiv ta' għasafar minn kull qatgħa u għal kampjun rappreżentattiv ta' lagomorfi minn kull azjenda ta' provenjenza ta' lagomorfi.

2.   L-ispezzjoni ante-mortem għandha ssir fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-annimali fil-biċċerija u f'inqas minn 24 siegħa qabel it-tbiċċir. Il-veterinarju uffiċjali jista' jitlob li ssir spezzjoni ante-mortem addizzjonali fi kwalunkwe ħin ieħor.

3.   L-ispezzjoni ante-mortem għandha tiddetermina jekk, fir-rigward tal-annimal partikolari spezzjonat, ikunx hemm xi sinjal:

(a)

li s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimal jkunu ġew kompromessi;

(b)

ta' xi kundizzjoni, anormalità jew marda li jwasslu biex il-laħam frisk ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew jista' jaffettwa ħażin is-saħħa tal-annimali, b'attenzjoni partikolari għad-detezzjoni ta' mard żoonotiku u ta' mard tal-annimali li dwaru hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429;

(c)

tal-użu ta' sustanzi pprojbiti jew mhux awtorizzati, tal-użu ħażin ta' prodotti mediċinali veterinarji jew tal-preżenza ta' residwi kimiċi jew kontaminanti.

4.   L-ispezzjoni ante-mortem għandha tinkludi verifika tal-konformità tal-operaturi tan-negozju tal-ikel mal-obbligu tagħhom li jiżguraw li l-annimali jkollhom ġilda jew suf nadif, sabiex jiġi evitat kull riskju mhux aċċettabbli ta' kontaminazzjoni tal-laħam frisk waqt it-tbiċċir.

5.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni klinika tal-annimali kollha li l-operatur tan-negozju tal-ikel jew l-awżiljarju uffiċjali jista' jkun warrab għal spezzjoni ante-mortem aktar bir-reqqa.

6.   Meta l-ispezzjoni ante-mortem issir fl-azjenda ta' provenjenza skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jwettaq spezzjoni ante-mortem biss meta u sal-limitu speċifikat.

Taqsima 3

Spezzjoni post-mortem

Artikolu 12

Rekwiżiti għall-ispezzjoni post-mortem

1.   Soġġett għad-deroga stabbilita fil-Punt 4 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-karkassi u l-ġewwieni li jakkumpanjahom, għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni post-mortem:

(a)

mingħajr dewmien wara t-tbiċċir, jew

(b)

kemm jista' jkun malajr wara l-wasla fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur tan-negozju tal-ikel jipprovdi faċilitajiet tekniċi speċjali u biżżejjed spazju biex jiċċekkjaw il-ġewwieni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jiċċekkjaw l-uċuh esterni kollha, inklużi dawk tal-kavitajiet tal-ġisem tal-karkassi kif ukoll il-ġewwieni;

(b)

jagħtu attenzjoni partikolari għad-detezzjoni ta' mard żoonotiku u mard tal-annimali li dwaru hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429.

4.   Il-ħeffa tal-linja għat-tbiċċir u l-għadd ta' persunal preżenti li jwettaq l-ispezzjonijiet, għandhom ikunu tali li jippermettu spezzjoni xierqa.

Artikolu 13

Deroga dwar il-ħin li fih titwettaq l-ispezzjoni post-mortem

1.   B'deroga mill-Artikolu 12(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li, f'każ li la l-veterinarju uffiċjali u lanqas l-uffiċjal awżiljarju ma jkunu preżenti fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa jew fil-biċċerija waqt it-tbiċċir u t-tlestija, l-ispezzjoni post-mortem tittardja b'perjodu massimu ta' 24 siegħa mit-tbiċċir jew mill-wasla fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, sakemm:

(a)

l-annimali kkonċernati jkunu tbiċċru f'biċċerija b'kapaċità baxxa jew ikunu ġew ipproċessati fi stabbiliment b'kapaċità baxxa li jipproċessa l-kaċċa li jbiċċer jew li jipproċessa:

(i)

inqas minn 1 000 unità ta' bhejjem fis-sena; jew

(ii)

inqas minn 150 000 pollam, lagomorfi u kaċċa salvaġġa żgħira fis-sena;

(b)

jeżistu biżżejjed faċilitajiet fi stabbiliment sabiex il-laħam frisk u l-ġewwieni jkunu jistgħu jinħażnu sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati;

(c)

l-ispezzjoni post-mortem issir mill-veterinarju uffiċjali.

(2)   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-limiti stabbiliti fil-punt (a)(i) u (ii) tal-paragrafu 1 filwaqt li jiżguraw li d-deroga tiġi applikata fl-iżgħar biċċeriji u stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa li jikkonformaw mad-definizzjoni ta' biċċerija b'kapaċità baxxa jew ta' stabbiliment b'kapaċità baxxa li jipproċessa l-kaċċa u sakemm il-produzzjoni annwali kkombinata ta' dawn l-istabbilimenti ma taqbiżx il-5 % tal-ammont totali ta' laħam frisk prodott fi Stat Membru:

(a)

għall-ispeċijiet ikkonċernati;

(b)

jew għall-ungulati kollha flimkien;

(c)

tal-pollam kollu flimkien; jew,

(d)

tal-għasafar u tal-lagomorfi kollha flimkien.

F'tali każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw din id-deroga u l-evidenza li ssostniha skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39);

3.   Għall-fini tal-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandhom jintużaw ir-rati ta' konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009. Madankollu fil-każ ta' annimali ovini u kaprini u ta' Cervidae żgħar (< 100 kg ta' piż ħaj) għandha tintuża r-rata ta' konverżjoni ta' 0,05 unità ta' bhejjem, u fil-każ ta' selvaġġina kbira oħra għandha tintuża r-rata ta' konverżjoni ta' 0,2 unità ta' bhejjem.

Artikolu 14

Rekwiżiti ta' eżamijiet addizzjonali għall-ispezzjoni post-mortem

1.   Eżamijiet addizzjonali, bħal palpazzjoni u inċiżjoni ta' partijiet tal-karkassa u tal-ġewwieni, u testijiet tal-laboratorju, għandhom isiru jekk dan ikun meħtieġ biex:

(a)

tinkiseb dijanjożi definittiva ta' periklu suspettat; jew

(b)

tiġi skoperta l-preżenza ta':

(i)

marda tal-annimali li dwarha hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429;

(ii)

residwi kimiċi jew kontaminanti kif imsemmi fid-Direttiva 96/23/KE u fid-Deċiżjoni 97/747/KE, speċjalment:

residwi kimiċi li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010 u (KE) Nru 396/2005;

kontaminanti li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1881/2006 u (KE) Nru 124/2009; jew

residwi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew mhux awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jew id-Direttiva 96/22/KE;

(iii)

in-nuqqas ta' konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jew il-preżenza possibbli ta' perikli mikrobijoloġiċi oħra li jwasslu biex il-laħam frisk ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem;

(iv)

fatturi oħra li jistgħu jeħtieġu li l-laħam frisk jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew li jitqegħdu restrizzjonijiet dwar l-użu tiegħu.

2.   Matul l-ispezzjoni post-mortem, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kontaminazzjoni tal-laħam minħabba azzjonijiet bħal palpazzjoni, qtugħ jew inċiżjoni tinżamm għall-minimu possibbli.

Artikolu 15

Rekwiżiti għall-ispezzjoni post-mortem ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat, u ta' kaċċa salvaġġa kbira

1.   Ir-rekwiżiti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw b'żieda mar-rekwiżiti fl-Artikolu 12 u 14.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jirrikjedi li l-karkassi ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat jintbagħtu għal spezzjoni post-mortem maqsuma mit-tul f'nofs karkassi tul il-kolonna tad-dahar.

3.   Jekk l-ispezzjoni post-mortem titlob dan, il-veterinarju uffiċjali jista' jitlob li xi ras jew karkassa tinqasam mit-tul. Iżda, biex jieħu inkunsiderazzjoni drawwiet partikolari ta' tmigħ, żviluppi teknoloġiċi jew sitwazzjonijiet sanitarji speċifiċi, il-veterinarju uffiċjali jista' jawtorizza s-sottomissjoni għall-ispezzjoni post-mortem ta' karkassi ta' solipedi domestiċi, ta' annimali bovini ta' aktar minn tmien xhur u ta' ħnieżer domestiċi ta' aktar minn ħames ġimgħat li ma jkunux maqsuma min-nofs.

4.   F'biċċeriji b'kapaċità baxxa jew fi stabbilimenti b'kapaċità baxxa li jipproċessaw il-kaċċa li jipproċessaw inqas minn 1 000 unità ta' bhejjem fis-sena, il-veterinarju uffiċjali jista', għal raġunijiet ta' saħħa, jawtorizza li l-karkassi ta' solipedi domestiċi adulti, ta' annimali bovini adulti u ta' kaċċa salvaġġa kbira adulta jitqattgħu fi kwarti qabel l-ispezzjoni post-mortem.

Artikolu 16

Rekwiżiti addizzjonali għall-ispezzjoni post-mortem f'każijiet ta' tbiċċir b'emerġenza

Fil-każ ta' tbiċċir b'emerġenza, il-karkassa għandha tkun soġġetta għal spezzjoni post-mortem malajr kemm jista' jkun skont l-Artikolu 12, 13, 14 u 15 qabel tiġi rilaxxata għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 17

Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' annimali bovini domestiċi, ta' nagħaġ u ta' mogħoż domestiċi, ta' solipedi domestiċi u ta' ħnieżer domestiċi

Meta l-ispezzjoni post-mortem issir minn veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali jew, fejn ikun hemm biżżejjed garanziji fis-seħħ, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali skont l-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2019/624, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12, 14 u 15, l-arranġamenti prattiċi stabbiliti fis-segwenti Artikoli 18 sa 24 jiġu mħarsa fil-każ ta' annimali bovini domestiċi, ta' nagħaġ u ta' mogħoż domestiċi, ta' solipedi domestiċi u ta' ħnieżer domestiċi.

Artikolu 18

Annimali bovini żgħar

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni tal-annimali bovini li ġejjin għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem stabbiliti fil-paragrafu 2:

(a)

annimali taħt it-tmien xhur; kif ukoll,

(b)

annimali taħt l-20 xahar jekk tul ħajjithom kollha jkunu ġew imrobbija mingħajr aċċess għal mergħat fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru uffiċjalment rikonoxxut bħala ħieles mit-tuberkulożi skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/467/KE.

2.   Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem għandhom jinkludu talanqas spezzjoni viżwali ta' dawn li ġejjin:

(a)

ir-ras u l-gerżuma; flimkien ma' palpazzjoni u eżami tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. Retropharyngiales), madankollu, sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza tal-istatus ta' uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu investigazzjonijiet addizzjonali; spezzjoni tal-ħalq u tal-fawċi;

(b)

il-pulmuni, it-trakea u l-esofagu; palpazzjoni tal-pulmuni; palpazzjoni u eżami tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales);

(c)

il-perikardju u l-qalb;

(d)

id-dijaframma;

(e)

il-fwied u n-nodi limfatiċi tal-fwied u tal-pankreas (Lnn. portales);

(f)

il-passaġġ gastrointestinali, il-meżenterju, u n-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g)

il-milsa;

(h)

il-kliewi;

(i)

il-plewra u l-peritonew;

(j)

ir-reġjun ombelikali u l-ġogi ta' annimali żgħar.

3.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. retropharyngiales); palpazzjoni tal-ilsien;

(b)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); ftuħ lonġitudinali tat-trakea u tal-fergħat prinċipali tal-bronki; l-inċiżjoni tal-pulmuni għandha ssir fil-parti terza posterjuri tagħhom, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(c)

inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari;

(d)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi;

(e)

palpazzjoni tal-milsa;

(f)

inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales);

(g)

palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi. Għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi għandhom jinfetħu; il-fluwidu sinovjali jrid jiġi eżaminat.

Artikolu 19

Annimali bovini oħra

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni ta' annimali bovini minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali tar-ras u tal-gerżuma; inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi retrofarinġali (Lnn. retropharyngiales); eżami tal-masseters esterni, li fihom għandhom isiru żewġ inċiżjonijiet paralleli mal-mandibula, u tal-masseters interni (il-muskoli interni pterigojdi), fejn l-inċiżjoni għandha ssir fuq pjan wieħed. L-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u tal-fawċi;

(b)

spezzjoni tat-trakea u tal-esofagu; spezzjoni viżwali u palpazzjoni tal-pulmuni; inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales);

(c)

spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb, fejn, f'din tal-aħħar, l-inċiżjoni ssir b'mod lonġitudinali sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari;

(d)

spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

(e)

spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales);

(f)

spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju, tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales); palpazzjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi;

(g)

spezzjoni viżwali tal-milsa;

(h)

spezzjoni viżwali tal-kliewi;

(i)

spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(j)

spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema);

(k)

spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii).

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi submaxillari u tal-parotidu (Lnn. mandibulares u parotidei); palpazzjoni tal-ilsien u tal-fawċi;

(b)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales); ftuħ lonġitudinali tat-trakea u tal-fergħat prinċipali tal-bronki; l-inċiżjoni tal-pulmuni għandha ssir fil-parti terza posterjuri tagħhom, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(c)

palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied u fil-bażi tal-lobu tad-denb biex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili;

(d)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi;

(e)

palpazzjoni tal-milsa;

(f)

inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales);

(g)

palpazzjoni u inċiżjoni tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. Supramammarii) fil-baqar. Kull nofs tad-driegħ għandu jinfetaħ b'inċiżjoni twila u fonda sas-sinuses lattiferużi (sinus lactiferes) u għandha ssir inċiżjoni fin-nodi limfatiċi tad-driegħ, ħlief meta d-driegħ ikun eskluż mill-konsum mill-bniedem.

Artikolu 20

Nagħaġ u mogħoż domestiċi żgħar u nagħaġ li ma għandhom l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni ta' nagħaġ li ma għandhom l-ebda inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek jew li ma għandhomx aktar minn 12-il xahar, u mogħoż ta' inqas minn sitt xhur, għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali tar-ras, inklużi l-gerżuma, il-ħalq, l-ilsien, in-nodi limfatiċi tal-parotidu u dawk retrofarinġali. Dawn l-eżamijiet mhumiex neċessarji jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(b)

spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales);

(c)

spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb;

(d)

spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

(e)

spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales);

(f)

spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g)

spezzjoni viżwali tal-milsa;

(h)

spezzjoni viżwali tal-kliewi;

(i)

spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(j)

spezzjoni viżwali tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

palpazzjoni tal-gerżuma, tal-ħalq, tal-ilsien u tan-nodi limfatiċi tal-parotidu. Sakemm ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-eżamijiet mhumiex meħtieġa jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(b)

palpazzjoni tal-pulmuni; inċiżjoni tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu, tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali;

(c)

inċiżjoni tal-qalb;

(d)

palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu; inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied sabiex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili;

(e)

palpazzjoni tal-milsa;

(f)

inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales);

(g)

palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi; għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi għandhom jinfetħu; il-fluwidu sinovjali għandu jiġi eżaminat.

Artikolu 21

Nagħaġ u mogħoż domestiċi oħra

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni ta' nagħaġ li jkollhom inċiżur permanenti ħiereġ mill-ħanek jew ta' 12-il xahar jew aktar, u mogħoż ta' sitt xhur jew aktar, għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali tar-ras, inklużi l-gerżuma, il-ħalq, l-ilsien u n-nodi limfatiċi tal-parotidu u palpazzjoni tan-nodi limfatiċi retrofarinġali. Dawn l-eżamijiet mhumiex neċessarji jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(b)

spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu; palpazzjoni tal-pulmuni, tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales);

(c)

spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb;

(d)

spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

(e)

spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu; inċiżjoni tas-superfiċje gastrika tal-fwied sabiex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili;

(f)

spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g)

spezzjoni viżwali tal-milsa;

(h)

spezzjoni viżwali tal-kliewi;

(i)

spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(j)

spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema);

(k)

spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

palpazzjoni tal-gerżuma, tal-ħalq, tal-ilsien u tan-nodi limfatiċi tal-parotidu. Sakemm ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-eżamijiet mhumiex meħtieġa jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiggarantixxu li r-ras, inklużi l-ilsien u l-moħħ, se jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(b)

inċiżjoni tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali;

(c)

inċiżjoni tal-qalb;

(d)

palpazzjoni tal-milsa;

(e)

inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales).

Artikolu 22

Solipedi domestiċi

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni ta' solipedi domestiċi għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali tar-ras u, wara li jitneħħa l-ilsien, tal-gerżuma; l-ilsien għandu jitneħħa biex jippermetti spezzjoni viżwali dettaljata tal-ħalq u tal-fawċi u huwa stess irid jiġi eżaminat viżwalment;

(b)

spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea, tal-esofagu u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales);

(c)

spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb;

(d)

spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

(e)

spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales);

(f)

spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju u tan-nodi limfatiċi gastriċi u meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g)

spezzjoni viżwali tal-milsa;

(h)

spezzjoni viżwali tal-kliewi;

(i)

spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(j)

spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali ta' żwiemel mhux imsewwija (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà tneħħa) u ta' dwieb;

(k)

spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii);

(l)

spezzjoni viżwali tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar;

(m)

eżami tal-muskoli u tan-nodi limfatiċi (Lnn. subrhomboidei) tal-ispallejn taħt il-qarquċa skapulari wara li jiġi llaxkat l-attakkament ta' spalla waħda, fil-każ ta' żwiemel griżi, sabiex issir spezzjoni għall-melanosi u għall-melanomata. Il-kliewi għandhom jiġu esposti.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

palpazzjoni u inċiżjoni tan-nodi limfatiċi sub-maxillari, retrofarinġali u tal-parotidu (Lnn. retropharyngiales, mandibulares u parotidei); palpazzjoni tal-ilsien;

(b)

palpazzjoni tal-pulmuni; palpazzjoni u inċiżjoni tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali. It-trakea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu b'mod lonġitudinali u għandha ssir inċiżjoni fit-tielet posterjuri tal-pulmuni, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; madankollu, dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(c)

inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb, sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari;

(d)

palpazzjoni u inċiżjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi, (Lnn. portales);

(e)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi;

(f)

palpazzjoni tal-milsa;

(g)

palpazzjoni tal-kliewi u inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales);

(h)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi supramammarji;

(i)

palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar. F'każijiet ta' dubju, għandha ssir inċiżjoni fir-reġjun ombelikali u l-ġogi jinfetħu; il-fluwidu sinovjali għandu jiġi eżaminat;

(j)

inċiżjoni fil-kilwa kollha fiż-żwiemel griżi.

Artikolu 23

Ħnieżer domestiċi

1.   Il-karkassi u l-ġewwieni ta' ħnieżer domestiċi għandhom jiġu sottoposti għall-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali tar-ras u tal-gerżuma;

(b)

spezzjoni viżwali tal-ħalq, tal-fawċi u tal-ilsien;

(c)

spezzjoni viżwali tal-pulmuni, tat-trakea u tal-esofagu;

(d)

spezzjoni viżwali tal-perikardju u tal-qalb;

(e)

spezzjoni viżwali tad-dijaframma;

(f)

spezzjoni viżwali tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tal-fwied u dawk pankreatiċi (Lnn. portales); spezzjoni viżwali tal-passaġġ gastrointestinali, tal-meżenterju, tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi (Lnn. gastrici, mesenterici, craniales u caudales);

(g)

spezzjoni viżwali tal-milsa; spezzjoni viżwali tal-kliewi; spezzjoni viżwali tal-plewra u tal-peritonew;

(h)

spezzjoni viżwali tal-organi ġenitali (ħlief għall-pene, jekk ikun diġà ntrema);

(i)

spezzjoni viżwali tad-driegħ u tan-nodi limfatiċi tiegħu (Lnn. supramammarii);

(j)

spezzjoni viżwali tar-reġjun umbilikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 24:

(a)

inċiżjoni u eżami tan-nodi limfatiċi submassillari (Lnn. mandibulares);

(b)

palpazzjoni tal-pulmuni u tan-nodi limfatiċi tal-bronki u dawk medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales). It-trakea u l-fergħat prinċipali tal-bronki għandhom jinfetħu b'mod lonġitudinali u għandha ssir inċiżjoni fit-tielet posterjuri tal-pulmuni, b'mod perpendikolari għall-assi prinċipali tagħhom; dawn l-inċiżjonijiet mhumiex neċessarji meta l-pulmuni jkunu esklużi mill-konsum mill-bniedem;

(c)

inċiżjoni lonġitudinali tal-qalb, sabiex jinfetħu l-ventrikoli u jinqata' s-septum interventrikolari;

(d)

palpazzjoni tal-fwied u tan-nodi limfatiċi tiegħu;

(e)

palpazzjoni u, jekk meħtieġ, inċiżjoni tan-nodi limfatiċi gastriċi u dawk meżenteriċi;

(f)

palpazzjoni tal-milsa;

(g)

inċiżjoni tal-kliewi u tan-nodi limfatiċi tal-kliewi (Lnn. renales);

(h)

inċiżjoni tan-nodi limfatiċi supramammarji;

(i)

palpazzjoni tar-reġjun ombelikali u tal-ġogi ta' annimali żgħar u, jekk meħtieġ inċiżjoni tar-reġjun ombelikali u l-ftuħ tal-ġogi.

Artikolu 24

Indikazzjonijiet ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f'annimali bovini domestiċi, nagħaġ u mogħoż domestiċi, solipedi domestiċi u ħnieżer domestiċi

Il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi bil-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem addizzjonali msemmija fl-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) permezz ta' inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni, fejn, fl-opinjoni tiegħu, waħda minn dawn li ġejjin tindika riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali:

(a)

il-kontrolli u l-analiżi tal-kontrolli tad-dokumenti mwettqa skont l-Artikolu 9 u 10;

(b)

is-sejbiet tal-ispezzjoni ante-mortem imwettqa skont l-Artikolu 11;

(c)

ir-riżultati tal-verifiki tal-konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali mwettqa skont l-Artikolu 38;

(d)

is-sejbiet tal-ispezzjoni post-mortem imwettqa skont l-Artikolu 12 sa 24;

(e)

data epidemjoloġika addizzjonali jew data oħra mill-azjenda ta' provenjenza tal-annimali.

Artikolu 25

Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem tal-pollam

1.   Il-pollam kollu għandu jiġi sottopost għal spezzjoni post-mortem li tista' tinkludi l-assistenza tal-persunal tal-biċċerija skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-veterinarju uffiċjali jew l-awżiljarju uffiċjali, skont l-Artikolu 18(2)(c) ta' dak ir-Regolament għandu jwettaq huwa stess il-kontrolli li ġejjin:

(a)

spezzjoni kuljum tal-vixxri u tal-kavitajiet tal-ġisem ta' kampjun rappreżentattiv ta' kull qatgħa;

(b)

spezzjoni dettaljata ta' kampjun aleatorju ta' partijiet mill-għasafar jew tal-għasafar kollha ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni post-mortem minn kull qatgħa;

(c)

kwalunkwe investigazzjoni ulterjuri meħtieġa fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jissuspetta li l-laħam mill-għasafar ikkonċernati jista' ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-ispezzjoni post-mortem issir biss fuq kampjun rappreżentattiv ta' pollam minn kull qatgħa jekk:

(a)

l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom sistema fis-seħħ għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, li tippermetti d-detezzjoni u s-separazzjoni ta' għasafar b'anormalitajiet, b'kontaminazzjoni jew b'difetti;

(b)

il-biċċerija għandha storja twila ta' konformità mar-rekwiżiti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(i)

rekwiżiti ġenerali u speċifiċi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, inklużi l-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-Punt 1.28 u 2.1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005;

(ii)

proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; kif ukoll

(iii)

regoli speċifiċi dwar l-iġjene skont l-Artikolu 5 u s-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

matul l-ispezzjoni ante-mortem jew il-verifika tal-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel ma tkun instabet l-ebda anormalità li tista' tindika problema serja għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li tista' tindika l-ħtieġa għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 40 sa 44.

3.   Fil-każ ta' pollam imrobbi għall-produzzjoni tal-foie gras u l-pollam illi t-tneħħija tal-ġewwieni tħalliet għall-wara li jkun inkiseb mill-azjenda ta' provenjenza skont il-Punti 8 u 9 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-ispezzjoni post-mortem għandha ssir fl-impjant tat-tqattigħ fejn dawn il-karkassi jkunu ġew trasportati direttament mill-azjenda ta' provenjenza.

Artikolu 26

Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' lagomorfi mrobbija

L-arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem tal-pollam skont l-Artikolu 25, għandhom japplikaw għal-lagomorfi mrobbija. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal qatgħa unika ta' pollam fl-Artikolu 25 għandhom japplikaw għal-lagomorfi mrobbija li jitbiċċru fl-istess jum minn azjenda ta' provenjenza unika.

Artikolu 27

Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' kaċċa mrobbija

1.   Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-kaċċa mrobbija:

(a)

fil-każ ta' Cervidae żgħar (< 100 kg), il-proċeduri post-mortem għall-annimali ovini stabbiliti fl-Artikolu 21, madankollu, fil-każ ta' renni għandhom jintużaw il-proċeduri post-mortem għall-annimali ovini stabbiliti fl-Artikolu 20 u l-ilsien jista' jintuża għall-konsum mill-bniedem mingħajr spezzjoni tar-ras;

(b)

fil-każ ta' kaċċa tal-familja Suidae, il-proċeduri post-mortem għall-ħnieżer domestiċi stabbiliti fl-Artikolu 23;

(c)

fil-każ ta' kaċċa kbira tal-familja Cervidae u kaċċa kbira oħra, li mhumiex koperti mill-paragrafu (a) u fil-każ ta' kaċċa kbira tal-familja Suidae li mhijiex koperta mill-paragrafu (b), il-proċeduri post-mortem għall-annimali bovini stabbiliti fl-Artikolu 19;

(d)

fil-każ ta' ratiti, il-proċeduri post-mortem għall-pollam stabbiliti fl-Artikolu 25(1).

2.   Fejn l-annimali jkunu tbiċċru barra mill-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija għandu jivverifika ċ-ċertifikat.

Artikolu 28

Arranġamenti prattiċi għall-ispezzjoni post-mortem ta' kaċċa salvaġġa

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-kaċċa salvaġġa kbira li ma tkunx tneħħitilha l-ġilda li tiġi ttrasportata lejn l-istabbiliment li jittratta l-kaċċa salvaġġa mit-territorju ta' Stat Membru ieħor tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 636/2014, jew mad-dikjarazzjoni(jiet) skont il-punt 8(b) tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni(jiet).

2.   Matul l-ispezzjoni post-mortem, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:

(a)

spezzjoni viżwali tal-karkassa, tal-kavitajiet tagħha u, fejn xieraq, tal-organi bil-għan li:

(i)

tiġi skoperta kwalunkwe anormalità li mhijiex riżultat tal-proċess tal-kaċċa. Għal dan il-għan, id-dijanjożi tista' tkun ibbażata fuq kwalunkwe informazzjoni li l-persuna mħarrġa tkun ipprovdiet dwar il-komportament tal-annimal qabel il-qatla;

(ii)

jiġi vverifikat li l-mewt ma kinitx dovuta għal raġunijiet oħra minbarra l-kaċċa;

(b)

investigazzjoni ta' anormalitajiet organolettiċi;

(c)

palpazzjoni u inċiżjonijiet tal-organi, fejn xieraq;

(d)

fejn ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jissuspetta l-preżenza ta' residwi jew ta' kontaminanti, analiżi permezz ta' kampjunar tar-residwi li ma jkunux ikkawżati mill-proċess tal-kaċċa, inklużi kontaminanti ambjentali. Fejn issir spezzjoni aktar estensiva abbażi ta' dawk is-suspetti, il-veterinarju għandu jistenna sakemm dik l-ispezzjoni tkun ġiet konkluża qabel ma jivvaluta l-kaċċa salvaġġa kollha maqtula matul kaċċa speċifika, jew dawk il-partijiet suspettati bl-istess anormalitajiet;

(e)

eżami għal karatteristiċi li jindikaw li l-laħam jippreżenta riskju għas-saħħa, inkluż:

(i)

aġir abnormali jew disturb tal-kundizzjoni ġenerali tal-annimal ħaj, kif irrapportat mill-kaċċatur;

(ii)

il-preżenza ġeneralizzata ta' tumuri jew ta' axxessi li jeffettwaw organi interni jew muskoli differenti;

(iii)

artrite, orkite, tibdil patoloġiku fil-fwied jew fil-milsa, infjammazzjoni tal-intestini jew tar-reġjun ombelikali;

(iv)

il-preżenza ta' partikuli barranin li mhumiex riżultat tal-proċess tal-kaċċa fil-kavitajiet tal-ġisem, fl-istonku, fl-intestini jew fl-awrina, fejn ikun hemm skulurament tal-plewra jew tal-peritonew (meta jkun hemm il-vixxri rilevanti preżenti);

(v)

il-preżenza ta' parassiti;

(vi)

il-formazzjoni ta' ammont sinifikanti ta' gass fil-passaġġ gastrointestinali bi skulurament tal-organi interni (meta din il-vixxri tkun preżenti);

(vii)

anormalitajiet sinifikanti fil-kulur, fil-konsistenza jew fir-riħa tat-tessuti tal-muskoli jew tal-organi;

(viii)

fratturi antiki miftuħa;

(ix)

għelubija kbira u/jew edema ġenerali jew lokalizzata;

(x)

aderenzi plewrali jew peritoneali reċenti;

(xi)

tibdil estensiv ovvju ieħor, bħal putrifikazzjoni.

3.   Fejn il-veterinarju uffiċjali hekk jeħtieġ, il-kolonna vertebrali u r-ras għandhom jinqasmu b'mod lonġitudinali.

4.   Fil-każ ta' kaċċa salvaġġa żgħira li ma jkunux tneħħewla l-interjuri immedjatament wara l-qatla, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq spezzjoni post-mortem fuq kampjun rappreżentattiv ta' annimali mill-istess sors. Fejn l-ispezzjoni tiżvela marda trażmissibbli lill-bniedem jew xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fil-punt (e) fil-paragrafu 2, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kontrolli addizzjonali fuq il-lott sħiħ biex jistabbilixxi jekk għandux jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew jekk kull karkassa għandhiex tkun spezzjonata individwalment.

5.   Il-veterinarju uffiċjali jista' jagħmel aktar qatgħat u spezzjonijiet tal-partijiet rilevanti tal-annimali li huma meħtieġa biex issir dijanjożi finali. Jekk ma tkunx tista' ssir valutazzjoni abbażi tal-arranġamenti prattiċi fil-paragrafu 2, għandhom isiru investigazzjonijiet addizzjonali f'laboratorju.

6.   Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikolu 45, il-laħam li matul l-ispezzjoni post-mortem jippreżenta xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fil-punt (e) fil-paragrafu 2 għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Taqsima 4

Kontrolli uffiċjali għal perikli speċifiċi u ttestjar fil-laboratorju

Artikolu 29

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għal enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)

1.   Minbarra r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 dwar il-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fir-rigward tat-TSEs, il-veterinarju uffiċjali għandu jiċċekkja li t-tneħħija, is-separazzjoni u, fejn xieraq, l-immarkar ta' materjal speċifikat riskjuż isiru wkoll skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 dwar prodotti sekondarji tal-annimali.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-operatur tan-negozju tal-ikel jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi evitat li waqt it-tbiċċir il-laħam jiġi kkontaminat bil-materjal speċifikat riskjuż, inkluż waqt l-istordiment. Dan jinkludi t-tneħħija ta' materjal speċifikat riskjuż.

Artikolu 30

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għaċ-ċistiċerkożi waqt l-ispezzjoni post-mortem ta' annimali bovini domestiċi u ta' Suidae

1.   Il-proċeduri ta' spezzjoni post-mortem deskritti fl-Artikolu 18, 19 u 23 għandhom ikunu r-rekwiżiti minimi għall-eżami għaċ-ċistiċerkożi f'annimali bovini u fi Suidae (ħnieżer domestiċi, kaċċa mrobbija u kaċċa salvaġġa). Fil-każ tal-annimali bovini msemmija fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-inċiżjoni tal-masseters waqt l-ispezzjoni post-mortem mhijiex obbligatorja jekk:

(a)

jintuża test seroloġiku speċifiku;

(b)

l-annimali jkunu ġew imrobbija f'azjenda ta' provenjenza uffiċjalment iċċertifikata bħala ħielsa miċ-ċistiċerkożi; jew,

(c)

ikun intwera b'ċertezza ta' 95 % li l-prevalenza fil-popolazzjoni sors jew f'subpopolazzjoni definita tajjeb hija ta' inqas minn waħda minn kull miljun jew ma jkun instab l-ebda każ fl-annimali kollha mbiċċra fil-ħames snin preċedenti (jew sentejn fejn appoġġjat u ġustifikat mill-analiżi tar-riskju tal-awtoritajiet kompetenti) abbażi ta' data ta' rapportar li jkun sar skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.

2.   Laħam infettat biċ-ċistiċerċi għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Iżda, fejn l-annimal ma jkunx ġeneralment infettat biċ-ċistiċerku, il-partijiet li ma jkunux infettati jistgħu jiġu ddikjarati tajbin għall-konsum mill-bniedem wara li jkunu għaddew minn trattament kiesaħ.

Artikolu 31

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella waqt l-ispezzjoni post-mortem

1.   Il-karkassi tas-Suidae, tas-solipedi u ta' speċijiet oħra suxxettibbli għat-Trichinella għandhom jiġu eżaminati għat-Trichinella skont ir-Regolament (UE) 2015/1375 sakemm ma tkunx tapplika waħda mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.

2.   Il-laħam minn annimali infettati bit-trichinae għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 32

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-glanders waqt l-ispezzjoni post-mortem tas-solipedi

1.   Il-laħam frisk tas-solipedi għandu jitqiegħed fis-suq biss jekk kien prodott minn solipedi miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tat-tbiċċir tagħhom fi Stat Membru jew f'pajjiż terz jew f'reġjun tiegħu li minnu hija awtorizzata l-importazzjoni tas-solipedi fl-Unjoni.

2.   Fil-każ ta' solipedi li joriġinaw minn Stat Membru jew minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa tal-Annimali għal pajjiż ħieles mill-glanders, is-solipedi għandhom jiġu spezzjonati għall-glanders permezz ta' eżami bir-reqqa tal-membrani mukużi tat-trakea, tal-larinġi, tal-kavitajiet nażali u tas-sinus u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, wara li r-ras tinqasam fil-pjan medjan u jkun inqata' barra s-septum nażali.

3.   Il-laħam minn solipedi li jkunu ġew dijanjostikati bil-glanders għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 33

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għat-tuberkulożi waqt l-ispezzjoni post-mortem

1.   Fejn annimali jkunu rreaġixxew b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għat-tuberkulina, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tat-tbiċċir u tal-persunal preżenti fil-biċċerija.

2.   Il-laħam kollu minn annimali li l-ispezzjoni post-mortem tagħhom tkun żvelat leżjonijiet lokalizzati simili għal-leżjonijiet tat-tuberkulożi f'għadd ta' organi jew f'għadd ta' partijiet tal-karkassa għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Iżda, fejn il-leżjoni tat-tuberkulożi tkun instabet fin-nodi limfatiċi ta' organu wieħed biss jew f'parti mill-karkassa, l-organu affettwat biss jew il-parti tal-karkassa affettwata u n-nodi limfatiċi assoċjati biss għandhom jiġu ddikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 34

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-bruċellożi waqt l-ispezzjoni post-mortem

1.   Fejn annimali jkunu rreaġixxew b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għal test tal-bruċellożi, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tat-tbiċċir u tal-persunal preżenti fil-biċċerija.

2.   Il-laħam minn annimali li l-ispezzjoni post-mortem tagħhom tkun kixfet leżjonijiet li jindikaw bruċellożi akuta għandu jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Fil-każ li l-annimali jirreaġixxu b'mod pożittiv jew b'mod inkonklussiv għal test tal-bruċellożi, id-driegħ, il-kanal ġenitali u d-demm għandhom jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem anke jekk ma tinstab l-ebda leżjoni.

Artikolu 35

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għas-Salmonella

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jimplimentaw b'mod korrett il-punti 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 billi japplikaw miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

it-teħid uffiċjali ta' kampjuni bl-użu tal-istess metodu u żona tal-kampjunar bħall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Mill-inqas 49 kampjun aleatorju (40) għandhom jittieħdu f'kull biċċerija fis-sena. Dan in-numru ta' kampjuni jista' jitnaqqas għall-biċċeriji żgħar abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskju;

(b)

il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella meħuda mill-operaturi tan-negozji tal-ikel skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, fil-qafas tal-punt 2.1.3, 2.1.4 u 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tiegħu;

(c)

il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella meħuda fil-qafas tal-programmi ta' kontroll nazzjonali fi Stati Membri jew f'reġjuni ta' Stati Membri li għalihom ġew approvati garanziji speċjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-produzzjoni ta' ruminanti, ta' ekwini, ta' ħnieżer u ta' pollam.

2.   Fejn f'diversi okkażjonijiet l-operatur tan-negozju tal-ikel jonqos milli jikkonforma mal-kriterju tal-proċess tal-iġjene, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li dan jissottometti pjan ta' azzjoni u għandhom jissorveljaw strettament l-eżitu tiegħu.

3.   L-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għas-Salmonella-, b'divrenzjar bejn kampjuni meħuda skont il-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 1, meta applikat, għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.

Artikolu 36

Arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali għall-Campylobacter

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jimplimentaw b'mod korrett il-punt 2.1.9 (il-kriterju tal-iġjene tal-proċess għall-Campylobacter fuq karkassi ta' tiġieġ tas-simna) tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 billi japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

it-teħid uffiċjali ta' kampjuni bl-użu tal-istess metodu u żona tal-kampjunar bħall-operaturi tan-negozju tal-ikel. Mill-inqas 49 kampjun każwali għandhom jittieħdu f'kull biċċerija kull sena. Dan in-numru ta' kampjuni jista' jitnaqqas għall-biċċeriji żgħar abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskju; jew

(b)

il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar l-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għall-Campylobacter b'aktar minn 1 000 cfu/g meħuda mill-operaturi tan-negozji tal-ikel skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, fil-qafas tal-punt 2.1.9 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tiegħu.

2.   Fejn f'diversi okkażjonijiet l-operatur tan-negozju tal-ikel jonqos milli jikkonforma mal-kriterju tal-proċess tal-iġjene, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li dan jissottometti pjan ta' azzjoni u għandhom jissorveljaw strettament l-eżitu tiegħu.

3.   L-għadd totali u l-għadd ta' kampjuni pożittivi għall-Campylobacter b'aktar minn 1 000 cfu/g, b'divrenzjar bejn il-kampjuni meħuda skont il-punti (a) u (b) fil-paragrafu 1, meta applikat, għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.

Artikolu 37

Rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' testijiet fil-laboratorju

1.   Meta jwettaq testijiet fil-laboratorju skont l-Artikolu 18(2)(d)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li, meta jittieħdu l-kampjuni, il-kampjuni jiġu identifikati u mmaniġġjati kif xieraq u jintbagħtu lil-laboratorju xieraq fil-qafas ta':

(a)

il-monitoraġġ u l-kontroll taż-żoonożi u ta' aġenti żoonotiċi;

(b)

il-programm annwali għall-monitoraġġ tat-TSE skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

id-detezzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi jew ta' prodotti li jew huma pprojbiti jew mhux awtorizzati, u l-kontrolli għal sustanzi farmakoloġikament attivi regolati, pestiċidi, addittivi fl-għalf u kontaminanti li jaqbżu l-limiti massimi applikabbli tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali għad-detezzjoni tar-residwi jew tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/23/KE;

(d)

id-detezzjoni ta' mard tal-annimali li dwaru hemm regoli sanitarji għall-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li kull test addizzjonali li jsir fil-laboratorju li jitqies meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 isir kif meħtieġ.

Taqsima 5

Kontrolli uffiċjali fuq it-trattament xieraq tal-annimali

Artikolu 38

Kontrolli uffiċjali fuq it-trattament xieraq tal-annimali waqt it-trasport u t-tbiċċir

Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 u fil-ħin tal-qatla skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 u mar-regoli nazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

KAPITOLU III

Komunikazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjoni u miżuri li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti f'każijiet ta' nonkonformità speċifika mar-rekwiżiti għal-laħam frisk u għat-trattament xieraq tal-annimali

Artikolu 39

Miżuri dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord u jivvaluta r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa skont l-Artikolu 7 sal-Artikolu 38.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin meta l-ispezzjonijiet jikxfu l-preżenza ta' xi marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew tikkomprometti t-trattament xieraq tal-annimali:

(a)

il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-operatur tal-biċċerija;

(b)

fejn il-problema msemmija f'dan il-paragrafu tkun tfaċċat matul il-produzzjoni primarja u tirrigwarda s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali jew ir-residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji, sustanzi mhux awtorizzati jew ipprojbiti, residwi tal-pestiċidi, addittivi jew kontaminanti fl-għalf, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma:

(i)

lill-veterinarju inkarigat tal-azjenda ta' provenjenza;

(ii)

lill-veterinarju uffiċjali li jkun għamel xi spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza, jekk ikun differenti minn (i);

(iii)

l-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza (sakemm tali informazzjoni ma tippreġudikax proċedimenti legali sussegwenti); kif ukoll,

(iv)

lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-azjenda ta' provenjenza jew tal-erja tal-kaċċa;

(c)

fejn l-annimali kkonċernati kienu trabbew f'pajjiż ieħor, il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż jiġu infurmati.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali fil-bażijiet tad-data rilevanti, talanqas meta l-ġbir ta' tali informazzjoni jkun meħtieġ skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE, l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (41) u l-Anness III tad-Direttiva 2007/43/KE.

4.   Fejn il-veterinarju uffiċjali, waqt li jkun qed iwettaq spezzjonijiet ante-mortem jew post-mortem jew xi kontroll uffiċjali ieħor, jissuspetta l-preżenza ta' marda tal-annimali li dwarha hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti. Il-veterinarju uffiċjali u l-awtoritajiet kompetenti, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-aġent tal-marda.

5.   Il-veterinarju uffiċjali jista' juża d-dokument mudell fl-Anness I sabiex jikkomunika r-riżultati rilevanti tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem lill-azjenda ta' provenjenza fejn l-annimali kienu miżmuma qabel it-tbiċċir.

6.   Fejn l-annimali kienu miżmuma f'azjenda ta' provenjenza fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih kienu tbiċċru għandhom jikkomunikaw ir-riżultati rilevanti tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' provenjenza. Huma għandhom jużaw id-dokument mudell fl-Anness I fil-lingwi uffiċjali taż-żewġ Stati Membri involuti jew f'lingwa li tinftiehem miż-żewġ Stati Membri.

Artikolu 40

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali ma jitbiċċrux sakemm l-operatur tal-biċċerija ma jkunx ingħata, iċċekkja u evalwa l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-ikel skont l-Artikolu 9(2)(a) u (b).

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti li l-annimali jitbiċċru fil-biċċerija anke jekk l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-ikel ma tkunx disponibbli. F'każijiet bħal dawn, qabel ma l-laħam jiġi ddikjarat tajjeb għall-konsum mill-bniedem l-ewwel għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti u l-karkassi u l-ġewwieni relatati għandhom jinħażnu separatament minn laħam ieħor sakemm issir dik id-dikjarazzjoni.

3.   Fejn l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina alimentari ma tkunx disponibbli fi żmien 24 siegħa mill-wasla tal-annimal fil-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali għandu jiddikjara l-laħam kollu mill-annimal mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Jekk l-annimal ma jkunx għadu tbiċċer, għandu jinqatel separatament minn annimali oħra filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

Artikolu 41

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità rreġistrata fl-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika li l-operatur tal-biċċerija ma jaċċettax annimali għat-tbiċċir meta l-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel jew kwalunkwe rekord, dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li takkumpanja lill-annimali turi li:

(a)

l-annimali jkunu ġejjin minn azjenda ta' provenjenza jew minn żona soġġetta għall-projbizzjoni ta' ċaqliq jew restrizzjoni oħra minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-annimali jew tal-bniedem;

(b)

ir-regoli dwar l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji ma jkunux ġew imħarsa, l-annimali jkunu ġew trattati b'sustanzi pprojbiti jew mhux awtorizzati, jew il-limiti legali għar-residwi kimiċi jew għall-kontaminanti ma jkunux ġew rispettati; jew

(c)

ikun hemm xi kundizzjoni oħra preżenti li tista' taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali.

2.   Jekk l-annimali jkun diġà waslu fil-biċċerija, dawn għandhom jinqatlu separatament u jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. Fejn il-veterinarju uffiċjali jqis meħtieġ, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fl-azjenda ta' provenjenza.

Artikolu 42

Miżuri f'każijiet ta' informazzjoni qarrieqa dwar il-katina tal-ikel

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni xierqa jekk jiskopru li r-rekords, id-dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li takkumpanja l-annimali ma tkunx tikkorrispondi mas-sitwazzjoni reali tal-azjenda ta' provenjenza jew mal-kundizzjoni reali tal-annimali, jew ikunu deliberatament intiżi biex iqarrqu lill-veterinarju uffiċjali.

2.   Għandhom jieħdu azzjoni kontra l-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza tal-annimali, jew kontra kull persuna oħra involuta, inkluż l-operatur tal-biċċerija. B'mod partikolari, din l-azzjoni tista' tikkonsisti f'kontrolli addizzjonali. Il-kostijiet ta' dawk il-kontrolli addizzjonali għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta' provenjenza jew minn kwalunkwe persuna oħra involuta.

Artikolu 43

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għall-annimali ħajjin

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità tal-operatur tan-negozju tal-ikel mal-obbligu tiegħu skont il-punt 3 fil-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex jiġi żgurat li l-annimali aċċettati għall-qatla għall-konsum mill-bniedem ikunu identifikati kif suppost. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li l-identità tagħhom ma tkunx tista tiġi aċċertata jinqatlu separatament u jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem. Fejn il-veterinarju uffiċjali jqis meħtieġ, il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru fl-azjenda ta' provenjenza.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali soġġetti għal riskju mhux aċċettabbli ta' kontaminazzjoni tal-laħam waqt il-qatla, kif stabbilit fl-Artikolu 11(4), ma tbiċċrux għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jkunux tnaddfu qabel.

3.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li jkollhom marda jew kundizzjoni li tista' tiġi trażmessa lill-annimali jew lill-bnedmin li jipproċessaw jew li jieklu l-laħam u, b'mod ġenerali, l-annimali li juru sinjali kliniċi ta' mard sistemiku jew ta' għelubija kbira, jew kwalunkwe kundizzjoni oħra li tirrendi l-laħam mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, ma jitbiċċrux għall-konsum mill-bniedem. Dawk l-annimali għandhom jinqatlu separatament f'tali kundizzjonijiet biex jiġi evitat li l-annimali jew il-karkassi oħra jiġu kontaminati, u għandhom jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

4.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jipposponi t-tbiċċir ta' annimali suspettati li jkollhom marda jew kundizzjoni li tista' taffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. Dawk l-annimali għandu jsirilhom eżami ante-mortem dettaljat mill-veterinarju uffiċjali sabiex issir dijanjożi. Barra minn hekk, il-veterinarju uffiċjali jista' jiddeċiedi li jridu jittieħdu kampjuni u jsiru eżamijiet fil-laboratorju sabiex jissupplimentaw l-ispezzjoni post-mortem. F'każ li jkun meħtieġ biex tkun evitata l-kontaminazzjoni ta' laħam ieħor, l-annimali għandhom jitbiċċru separatament jew fl-aħħar tat-tbiċċir normali, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa.

5.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura li l-annimali li jista' jkun fihom residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati jew residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati, ta' pestiċidi jew kontaminanti li jaqbżu l-livelli stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġu ttrattati skont l-Artikoli 16 sa 19 tad-Direttiva 96/23/KE.

6.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jimponi l-kundizzjonijiet li fihom l-annimali għandhom jiġu pproċessati taħt skema speċifika għall-eradikazzjoni jew għall-kontroll ta' marda speċifika, bħall-bruċellożi jew it-tuberkulożi, jew ta' aġenti żoonotiċi bħas-salmonella, taħt is-sorveljanza diretta tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jitbiċċru dawk l-annimali. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mfassla b'tali mod sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni ta' annimali oħra u tal-laħam ta' annimali oħra.

Bħala regola, annimali li jiġu ppreżentati f'biċċerija għall-qatla għandhom jitbiċċru hemmhekk. Iżda, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju ħsara serja fil-faċilitajiet tal-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali jista' jippermetti ċ-ċaqliq dirett lejn biċċerija oħra.

Fejn in-nonkonformità li twassal għal riskju għas-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem, jew għat-trattament xieraq tal-annimali, tiġi skoperta waqt spezzjoni ante-mortem fl-azjenda ta' provenjenza, il-veterinarju uffiċjali ma għandux jippermetti li l-annimali jiġu trasportati lejn il-biċċerija u għandhom japplikaw il-miżuri rilevanti dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 39(2)(b)(i) u (iii).

Artikolu 44

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għat-trattament xieraq tal-annimali

1.   F'każijiet ta' nonkonformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew tal-qtil stabbiliti fl-Artikolu 3 sa 9 u fl-Artikolu 14 sa 17, 19 u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009, l-uffiċjal veterinarju għandu jivverifika li l-operatur tan-negozju tal-ikel jieħu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa u jipprevjeni r-rikorrenza.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jadotta approċċ proporzjonat u progressiv biex jinforza l-azzjoni, li jvarja mill-ħruġ ta' struzzjonijiet sat-tnaqqis jew it-twaqqif tal-produzzjoni, skont in-natura u l-gravità tal-problema.

3.   Fejn xieraq, il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar problemi marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali.

4.   Fejn il-veterinarju uffiċjali jiskopri nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

5.   Fejn il-kontrolli fuq it-trattament xieraq tal-annimali jsiru minn awżiljarju uffiċjali u dawk il-kontrolli jidentifikaw nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-annimali, huwa għandu jinforma minnufih lill-veterinarju uffiċjali. Jekk ikun meħtieġ f'każijiet urġenti, huwa għandu jieħu l-miżuri meħtieġa msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 sakemm jasal il-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 45

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti għal-laħam frisk

Il-veterinarju uffiċjali għandu jiddikjara laħam frisk mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jekk:

(a)

ikun ġej minn annimali li ma jkunux ġew sottoposti għal spezzjoni ante-mortem skont l-Artikolu 18(2)(a) jew (b) tar-Regolament (UE) 2017/625, ħlief għall-kaċċa salvaġġa u r-renni li jgħixu barra imsemmija fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624;

(b)

ikun ġej minn annimali li l-ġewwieni tagħhom ma jkunx ġie sottopost għal spezzjoni post-mortem skont l-Artikolu 18(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625, ħlief fil-każ tal-vixxri ta' kaċċa kbira li ma teħtieġx li takkumpanja l-karkassa fl-istabbiliment li jimmaniġġja l-kaċċa skont il-punt 4 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

ikun ġej minn annimali li jkunu mietu qabel it-tbiċċir, ikunu twieldu mejtin, ma jkunux twieldu jew ikunu tbiċċru qabel l-età ta' sebat ijiem;

(d)

ikun ġej mill-irqim taż-żona minn fejn l-annimal ikun ġie mniffed biex jiżvina;

(e)

ikun ġej minn annimali milquta b'mard tal-annimali li dwaru hemm regoli sanitarji tal-annimali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2002/99/KE, ħlief jekk dan ikun inkiseb skont ir-rekwiżiti speċifiċi previsti f'dik id-Direttiva; din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika f'każ li jkun previst mod ieħor fir-rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjal tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi previsti fl-Artikolu 33 u 34 ta' dan ir-Regolament;

(f)

ikun ġej minn annimali affettwati minn mard ġeneralizzat, bħal sepsi, pijemija, tossemija jew viremija ġeneralizzati;

(g)

ma jkunx jikkonforma mal-kriterji tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għad-determinazzjoni ta' jekk l-ikel jistax jitqiegħed fis-suq;

(h)

juri infestazzjoni parassitika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjali għaċ-ċistiċerkożi previsti fl-Artikolu 30;

(i)

ikun fih residwi kimiċi jew kontaminanti f'ammonti li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1881/2006 u (KE) Nru 124/2009 jew residwi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew mhux awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jew skont id-Direttiva 96/22/KE;

(j)

ikun jikkonsisti minn fwied u kliewi ta' annimali ta' aktar minn sentejn minn reġjuni fejn l-implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/23/KE tkun uriet il-preżenza ġeneralizzata ta' metalli tqal fl-ambjent;

(k)

ikun ġie ttrattat illegalment b'sustanzi ta' dekontaminazzjoni;

(l)

ikun ġie ttrattat illegalment b'radjazzjoni jonizzanti, inkluż bir-radjazzjoni bl-UV;

(m)

ikun fih partikuli barranin, ħlief, fil-każ ta' kaċċa salvaġġa, materjal li jintuża għall-kaċċa tal-annimali;

(n)

jaqbeż il-livelli massimi ta' radjuattività permessi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, skont ir-regoli nazzjonali;

(o)

jindika tibdil patoloġiku jew organolettiku, b'mod partikolari riħa sesswali qawwija jew fsada insuffiċjenti (ħlief għall-kaċċa salvaġġa);

(p)

ikun ġej minn annimali magħlubin ħafna;

(q)

ikun fih materjal speċifikat riskjuż ħlief jekk ikun permess li t-tneħħija ssir fi stabbiliment ieħor skont il-Punt 4.3 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-laħam frisk jibqa' taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti;

(r)

ikun maħmuġ, b'kontaminazzjoni fekali jew kontaminazzjoni oħra;

(s)

jikkonsisti minn demm li jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali minħabba l-istatus tas-saħħa ta' kwalunkwe annimal li minnu jkun ġej jew kontaminazzjoni li sseħħ matul il-proċess tat-tbiċċir;

(t)

fl-opinjoni tal-veterinarju uffiċjali, wara eżami tal-informazzjoni rilevanti kollha, jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għal xi raġuni oħra ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem;

(u)

jagħti lok għal perikli speċifiċi skont l-Artikoli 29 sa 36.

Artikolu 46

Miżuri f'każijiet ta' nonkonformità mar-rekwiżiti dwar il-prassi ta' iġjene tajba

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-operatur tan-negozju tal-ikel biex jieħu azzjoni korrettiva immedjata, inkluż it-tnaqqis tar-rata ta' tbiċċir, fejn dan jitqies meħtieġ mill-uffiċjal preżenti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn tiġi skoperta kontaminazzjoni fuq l-uċuħ esterni ta' karkassa jew tal-kavitajiet tagħha u l-operatur tan-negozju tal-ikel ma jieħux azzjoni xierqa biex jirrettifika s-sitwazzjoni; jew

(b)

jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-prattiki ta' iġjene tajba huma kompromessi.

2.   F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-intensità tal-ispezzjonijiet sakemm ikunu sodisfatti li l-operatur tan-negozju tal-ikel reġa' kiseb kontroll tal-proċess.

KAPITOLU IV

Restrizzjonijiet

Artikolu 47

Restrizzjonijiet għal ċertu laħam frisk

Il-veterinarju uffiċjali jista' jimponi rekwiżiti dwar l-użu ta' laħam frisk li jkun ġej minn annimali:

(a)

li kellhom jitbiċċru b'emerġenza f'post ieħor barra mill-biċċerija; jew

(b)

minn merħliet li l-laħam tagħhom jiġi ttrattat skont il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qabel il-laħam jitqiegħed fis-suq.

KAPITOLU V

Tqegħid ta' marki tas-saħħa fuq laħam tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem u post-mortem

Artikolu 48

Rekwiżiti tekniċi tal-marka tas-saħħa u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tagħha

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jissorvelja t-tqegħid tal-marki tas-saħħa u l-marki użati.

2.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura, b'mod partikolari, li:

(a)

il-marka tas-saħħa tiġi applikata biss fuq ungulati domestiċi u fuq mammiferi mrobbija tal-kaċċa minbarra lagomorfi, li jkunu ġew sottoposti għal spezzjoni ante-mortem u post-mortem, u fuq kaċċa salvaġġa kbira li tkun ġiet sottoposta għal spezzjoni post mortem, skont l-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/625, fejn ma jkunx hemm raġuni biex il-laħam jiġi ddikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-marka tista' tiġi applikata qabel ikunu disponibbli r-riżultati ta' kwalunkwe eżami għat-Trichinella u/jew testijiet għat-TSE, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu daħħlu sistema fis-seħħ fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa li tiżgura li kull parti tal-annimal tista' tiġi ntraċċata, u li l-ebda parti tal-annimali eżaminati li jkollhom il-marka ma jitilqu mill-biċċerija jew mill-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa sakemm ma jkun inkiseb riżultat negattiv ħlief meta previst skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/1375;

(b)

il-marka tas-saħħa tiġi applikata fuq il-parti ta' barra tal-karkassa, permezz ta' stampar bil-linka jew bis-sħana, b'tali mod li, jekk fil-biċċerija l-karkassi jitqattgħu f'nofs karkassi jew fi kwarti, jew jekk in-nofs karkassi jitqattgħu fi tliet biċċiet, kull biċċa jkollha fuqha l-marka tas-saħħa.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti prattiċi għall-marka tas-saħħa jiġu applikati skont l-Anness II.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-marka tas-saħħa ma tiġix applikata fuq laħam minn kaċċa salvaġġa li ma tkunx tneħħitilha l-ġilda sakemm, wara li tkun ġiet imqaxxra fi stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa, ikun għadda minn spezzjoni post-mortem u jkun ġie ddikjarat tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

TITOLU IV

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI TA' KONTROLLI UFFIĊJALI FIR-RIGWARD TA' ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT, KOLOSTRU, PRODOTTI TAL-ĦALIB U PRODOTTI LI FIHOM IL-KOLOSTRU, KIF MEĦTIEĠ SABIEX JIĠU INDIRIZZATI L-PERIKLI U R-RISKJI UNIFORMI RIKONOXXUTI

Artikolu 49

Kontrolli ta' azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru

1.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa għall-produzzjoni tal-ħalib mhux trattat u tal-kolostru kif stabbiliti fil-Parti I tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. B'mod partikolari, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika:

(a)

l-istat ta' saħħa tal-annimali;

(b)

in-nuqqas tal-użu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati; kif ukoll

(c)

li l-preżenza possibbli ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi, ta' pestiċidi jew ta' kontaminanti awtorizzati ma taqbiżx il-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005 jew (KE) Nru 1881/2006.

2.   Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru fl-okkażjoni tal-kontrolli veterinarji li jsiru skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem jew dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

3.   Jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jissuspetta li r-rekwiżiti tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex qed jiġu mħarsa, il-veterinarju uffiċjali għandu jiċċekkja l-istatus ġenerali tas-saħħa tal-annimali.

4.   L-azjendi li jipproduċu l-ħalib u l-kolostru għandhom jiġu sottoposti għal kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti fil-Parti II tal-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 qed jiġu mħarsa. Dawn il-kontrolli uffiċjali jistgħu jinvolvu spezzjonijiet u l-monitoraġġ tal-kontrolli mwettqa minn organizzazzjonijiet professjonali. Jekk jintwera li l-iġjene ma tkunx adegwata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li jittieħdu l-passi xierqa biex tiġi kkoreġuta din is-sitwazzjoni.

Artikolu 50

Kontrolli tal-ħalib u tal-kolostru

1.   Fil-każ ta' ħalib mhux trattat u ta' kolostru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-kontrolli mwettqa skont il-Parti III tal-Kapitolu I, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Meta jintuża ttestjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stabbiliti għall-ħalib mhux trattat u għall-kolostru fil-Parti III tal-Kapitolu I, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   Jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta' produzzjoni ma jkunx ikkoreġa s-sitwazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ewwel notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar in-nuqqas ta' konformità mal-għadd ta' kolonji u/jew mal-kriterji tal-għadd taċ-ċelloli somatiċi għall-ħalib mhux ipproċessat u għall-kolostru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:

(a)

il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-kolostru mill-azjenda ta' produzzjoni tiġi sospiża, jew

(b)

il-ħalib mhux ipproċessat u l-kolostru jiġu soġġetti għal rekwiżiti dwar it-trattament u l-użu tagħhom meħtieġa sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem skont awtorizzazzjoni speċifika tal-awtoritajiet kompetenti jew struzzjonijiet ġenerali mingħandhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu din is-sospensjoni jew dawn ir-rekwiżiti fis-seħħ sakemm l-operatur tan-negozju tal-ikel ikun ta prova li l-ħalib mhux ipproċessat u l-kolostru reġgħu kkonformaw mal-kriterji.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' proċess ta' pasturizzazzjoni lill-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fil-Parti II tal-Kapitolu II, it-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

TITOLU V

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI LI JIKKONĊERNAW MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN MINN ŻONI KKLASSIFIKATI TA' PRODUZZJONI U FEJN JINŻAMMU L-MOLLUSKI

Artikolu 51

Esklużjoni

Dan it-Titolu japplika għall-molluski bivalvi ħajjin. Japplika wkoll għall-ekinodermi ħajjin, għat-tunikati ħajjin u għall-gasteropodi tal-baħar ħajjin. Dan it-Titolu ma japplikax għall-gasteropodi tal-baħar ħajjin u għall-Holothuroidea ħajjin li mhumiex organiżmi filtraturi.

Artikolu 52

Klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-post u l-fruntieri taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski li jikklassifikaw skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625. Fejn ikun xieraq, jistgħu jagħmlu dan b'kooperazzjoni mal-operatur tan-negozju tal-ikel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma li minnhom jawtorizzaw il-ħsad ta' molluski bivalvi ħajjin bħala żoni tal-Klassi A, tal-Klassi B u tal-Klassi C skont il-livell ta' kontaminazzjoni fekali. Fejn ikun xieraq, jistgħu jagħmlu dan b'kooperazzjoni mal-operatur tan-negozju tal-ikel.

3.   Sabiex jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu perjodu ta' rieżami għad-data tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski sabiex jiddeterminaw il-konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 53, 54 u 55.

KAPITOLU I

Rekwiżiti speċifiċi għall-klassifikazzjoni taż-żoni ta' produzzjoni u ta' żamma għal molluski bivalvi ħajjin

Artikolu 53

Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi A

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem.

2.   Il-molluski bivalvi ħajjin li jitqiegħdu fis-suq minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin stabbiliti fil-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

3.   Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn żoni tal-Klassi A fil-perjodu tar-rieażmi ma għandux ikun hemm iktar minn 230 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

4.   L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

5.   Meta jivvalutaw ir-riżultati għall-perjodu ta' rieżami fiss għaż-żamma ta' żona tal-Klassi A, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq investigazzjoni, jiddeċiedu li jinjoraw riżultat anomalu li jaqbeż il-livell ta' 700 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

Artikolu 54

Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi B

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi B dawk iż-żoni li minnhom molluski bivalvi ħajjin jistgħu jinġabru u jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem biss wara trattament f'ċentru ta' purifikazzjoni jew wara r-riinstallazzjoni sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 53.

2.   F'90 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin minn żoni tal-Klassi B ma għandux ikun hemm iktar minn 4 600 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

3.   L-10 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 46 000 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

Artikolu 55

Rekwiżiti għaż-żoni tal-Klassi C

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikklassifikaw żoni bħala tal-Klassi C dawk iż-żoni li minnhom il-molluski bivalvi ħajjin jistgħu jinġabru u jitqiegħdu fis-suq biss wara riinstallazzjoni fuq perjodu twil sabiex jissodisfaw l-istandards tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 53.

2.   Il-molluski bivalvi ħajjin minn żoni tal-Klassi C ma għandux ikun fihom iktar minn 46 000 ta' E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.

Artikolu 56

Rekwiżiti tal-istħarriġ dwar is-sanità

1.   Qabel jikklassifikaw żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ dwar is-sanità li jinkludi:

(a)

inventarju tas-sorsi ta' tniġġis li joriġina mill-bniedem jew mill-annimali li x'aktarx ikunu sors ta' kontaminazzjoni għaż-żona ta' produzzjoni;

(b)

eżami tal-kwantitajiet ta' sustanzi organiċi niġġiesa rilaxxati matul perjodi differenti tas-sena, skont il-varjazzjonijiet staġjonali tal-popolazzjonijiet tal-bniedem kif ukoll tal-annimali fiż-żona ta' qbid, kejl tal-ammont ta' xita, trattament tal-ilma mormi, eċċ.;

(c)

determinazzjoni tal-karatteristiċi taċ-ċirkolazzjoni tas-sustanzi niġġiesa skont ix-xejriet tal-kurrenti, il-batimetrija u ċ-ċiklu tal-marea fiż-żona ta' produzzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġ dwar is-sanità li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 f'kull żona kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski, sakemm ma jkunx sar qabel.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu assistiti minn korpi uffiċjali oħra jew minn operaturi tan-negozju tal-ikel taħt kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-twettiq ta' dan l-istħarriġ.

Artikolu 57

Programm ta' monitoraġġ

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm ta' monitoraġġ għaż-żoni ta' produzzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin li huwa bbażat fuq eżami tal-istħarriġ dwar is-sanità msemmi fl-Artikolu 56. L-għadd ta' kampjuni, id-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjunar u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għall-programm għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-analiżi huma rappreżentattivi taż-żona inkwistjoni.

Artikolu 58

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċedura sabiex jiġi żgurat li l-istħarriġ dwar is-sanità msemmi fl-Artikolu 56 u l-programm ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 57 huma rappreżentattivi taż-żona kkunsidrata.

KAPITOLU II

Kundizzjonijiet għall-monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin

Artikolu 59

Monitoraġġ taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski

Fuq bażi perjodika l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski kklassifikati skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625 sabiex jiċċekkjaw:

(a)

li ma jkun hemm l-ebda malprassi fir-rigward tal-oriġini, il-provenjenza u d-destinazzjoni ta' molluski bivalvi ħajjin;

(b)

il-kwalità mikrobijoloġika ta' molluski bivalvi ħajjin fir-rigward taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski;

(c)

għall-preżenza ta' plankton li jipproduċi t-tossini fl-ibħra ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski u ta' bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin;

(d)

għall-preżenza ta' sustanzi kimiċi kontaminanti f'molluski bivalvi ħajjin.

Artikolu 60

Metodi rikonoxxuti għad-detezzjoni ta' bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness V biex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u, fejn xieraq, biex jivverifikaw il-konformità mill-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jużaw dawn il-metodi fejn xieraq.

2.   Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/63/UE, kull meta jkun possibbli għandu jintuża metodu jew strateġija ta' ttestjar xjentifikament sodisfaċenti, li ma jeħtiġux l-użu ta' annimali ħajjin, minflok il-proċess kif definit fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva.

3.   Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/63/UE, meta jintużaw metodi bijoloġiċi, iridu jitqiesu l-elementi ta' sostituzzjoni, ta' raffinament u ta' tnaqqis.

Artikolu 61

Pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni

1.   Għall-finijiet tal-kontrolli previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 59, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni li jipprevedu li tali kontrolli jsiru f'intervalli regolari, jew fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-perjodi ta' ħsad ikunu irregolari. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta' kampjunar u l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni għandhom jiżguraw li r-riżultati tal-analiżi jkunu rappreżentattivi taż-żona kklassifikata ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski taħt kunsiderazzjoni.

2.   Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-kwalità mikrobijoloġika tal-molluski bivalvi ħajjin għandhom iqisu b'mod partikolari:

(a)

il-varjazzjoni probabbli fil-kontaminazzjoni fekali;

(b)

il-parametri msemmija fl-Artikolu 56(1).

3.   Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-preżenza ta' plankton li jipproduċi t-tossini fl-ilma fiż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski u għal bijotossini tal-baħar f'molluski bivalvi ħajjin, għandhom iqisu b'mod partikolari l-varjazzjonijiet possibbli fil-preżenza ta' plankton li jkun fih bijotossini tal-baħar. Il-kampjunar għandu jinkludi:

(a)

kampjunar perjodiku biex jiġi identifikat tibdil fil-kompożizzjoni tal-plankton li fih it-tossini u d-distribuzzjoni ġeografika tiegħu. Riżultati li jissuġġerixxu l-akkumulazzjoni ta' tossini fil-laħam tal-molluski bivalvi ħajjin għandhom ikunu segwiti minn kampjunar intensiv;

(b)

testijiet perjodiċi dwar it-tossiċità fejn jintużaw molluski bivalvi ħajjin miż-żona affettwata l-aktar suxxettibbli għall-kontaminazzjoni.

4.   Il-frekwenza tal-kampjunar għall-analiżi tat-tossini f'molluski bivalvi ħajjin għandha tkun ta' kull ġimgħa waqt il-perjodi ta' ħsad, ħlief meta:

(a)

il-frekwenza tal-kampjunar tista' titnaqqas f'żoni kklassifikati speċifiċi ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, jew għal tipi speċifiċi ta' molluski bivalvi ħajjin, jekk valutazzjoni tar-riskju ta' tossini jew l-okkorrenza ta' fitoplankton tissuġġerixxi riskju baxx ħafna ta' episodji tossiċi;

(b)

il-frekwenza tal-kampjunar għandha tiżdied jekk dik il-valutazzjoni tissuġġerixxi li kampjunar fil-ġimgħa ma jkunx biżżejjed.

5.   Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi rieżaminata perjodikament sabiex jiġi vvalutat ir-riskju ta' tossini fil-molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni.

6.   Meta jkun hemm għarfien disponibbli dwar ir-rata ta' akkumulazzjoni tat-tossini għal grupp ta' speċi li jikbru fl-istess żona kklassifikata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-ispeċijiet bl-ogħla rata jistgħu jintużaw bħala speċijiet indikaturi. Dan jippermetti l-isfruttament tal-ispeċijiet kollha fil-grupp jekk il-livelli ta' tossini fl-ispeċijiet indikaturi jkunu taħt il-limiti regolatorji. Fejn il-livelli tat-tossini fl-ispeċijiet indikaturi jkunu ogħla mil-limiti regolatorji, il-ħsad tal-ispeċi l-oħrajn jista' jkun permess biss jekk analiżi ulterjuri tal-ispeċijiet l-oħra turi livelli ta' tossini taħt il-limiti.

7.   Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-plankton, il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kolonna tal-ilma fiż-żona kklassifikata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski u jipprovdu informazzjoni dwar il-preżenza ta' speċijiet tossiċi kif ukoll dwar ix-xejriet tal-popolazzjoni. Jekk jiġi identifikat xi tibdil fil-popolazzjonijiet tossiċi li jista' jwassal għall-akkumulazzjoni ta' tossini, il-frekwenza tal-kampjunar tal-molluski bivalvi ħajjin għandha tiżdied jew jiġi stabbilit l-għeluq prekawzjonarju taż-żoni sakemm jinkisbu r-riżultati tal-analiżi tat-tossini.

8.   Il-pjanijiet għat-teħid ta' kampjuni biex tiġi ċċekkjata l-preżenza ta' sustanzi kimiċi kontaminanti għandhom jippermettu l-identifikazzjoni ta' kull qbiż tal-livelli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

KAPITOLU III

Immaniġġjar taż-żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski wara l-monitoraġġ

Artikolu 62

Deċiżjonijiet wara l-monitoraġġ

1.   Fejn ir-riżultati tal-monitoraġġ previst fl-Artikolu 59 jindikaw li l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin ma jkunux intlaħqu jew jekk ikun hemm xi riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħlqu ż-żona kklassifikata kkonċernata ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, li dan jimpedixxi l-ħsad ta' molluski bivalvi ħajjin. Madankollu, jistgħu jerġgħu jirriklassifikaw żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski bħala tal-Klassi B jew C jekk din tissodisfa l-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 54 u 55 u ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem.

2.   Fejn ir-riżultati tal-monitoraġġ mikrobijoloġiku juru li l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin imsemmija fl-Artikolu 53 ma ġewx issodisfati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, u biss fuq bażi temporanja u mhux rikorrenti, jippermettu li l-ħsad jitkompla mingħajr għeluq jew riklassifikazzjoni soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żona klassifikata ta' produzzjoni kkonċernata u l-istabbilimenti kollha approvati li jirċievu molluski bivalvi ħajjin mingħandha jkunu taħt il-kontroll uffiċjali tal-istess awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-molluski bivalvi ħajjin ikkonċernati jiġu soġġetti għal miżuri restrittivi xierqa bħal purifikazzjoni, riinstallazzjoni jew ipproċessar.

3.   Id-dokument ta' reġistrazzjoni ta' akkumpanjament, kif imsemmi fil-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandu jinkludi l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 2.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jista' japplika l-paragrafu 2 sabiex tiġi żgurata, għaż-żona ta' produzzjoni kkonċernata, li tinżamm il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 53.

Artikolu 63

Ftuħ mill-ġdid taż-żoni ta' produzzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jerġgħu jiftħu żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski magħluqa biss jekk l-istandards tas-saħħa għall-molluski bivalvi ħajjin jerġgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u ma jippreżentaw l-ebda riskju ieħor għas-saħħa tal-bniedem.

2.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu għalqu żona ta' produzzjoni jew ta' żamma minħabba l-preżenza ta' plankton jew minħabba livelli ta' tossini fil-molluski bivalvi ħajjin li jaqbżu l-limitu regolatorju għall-bijotossini marini stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jistgħu jerġgħu jiftħuha biss jekk mill-inqas żewġ riżultati analitiċi konsekuttivi talanqas 48 siegħa 'l bogħod minn xulxin jkunu taħt il-limitu regolatorju.

3.   Meta jkunu qed jiddeċiedu jekk jerġgħux jiftħu żona ta' produzzjoni jew fejn jinżammu l-molluski, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar ix-xejriet tal-fitoplankton.

4.   Fejn ikun hemm data robusta dwar id-dinamika tat-tossiċità għal żona partikolari, u sakemm ikun hemm data reċenti disponibbli dwar xejriet ta' tnaqqis fit-tossiċità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jerġgħu jiftħu żona li r-riżultati tagħha miksuba minn kampjun uniku jkunu taħt il-limitu regolatorju fil-punt 2 tal Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 64

Sistema ta' kontroll

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll li tiżgura li l-prodotti ta' oriġini mill-annimali li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem ma jitqiegħdux fis-suq. Is-sistema ta' kontroll għandha tinkludi testijiet fil-laboratorju sabiex tiġi verifikata l-konformità tal-operaturi tan-negozji tal-ikel mar-rekwiżiti għall-prodott finali, fosthom għall-molluski bivalvi ħajjin u għal kwalunkwe prodott derivat minnhom, f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqassim.

2.   Is-sistema ta' kontroll għandha tivverifika, fejn applikabbli, li l-livelli ta' bijotossini tal-baħar u ta' kontaminanti ma jaqbżux il-limiti ta' sikurezza u li l-kwalità mikrobijoloġika tal-molluski ma toħloqx periklu għas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 65

Deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu fil-pront meta żona ta' produzzjoni jkollha tingħalaq jew tiġi riklassifikata, jew tista' terġa tinfetaħ, jew fejn molluski bivalvi ħajjin huma soġġetti għall-applikazzjoni tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 62(2).

2.   Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-klassifikazzjoni, ir-riklassifikazzjoni, il-ftuħ jew l-għeluq ta' żoni ta' produzzjoni skont l-Artikolu 52, 62 u 63, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-operaturi tan-negozji tal-ikel jew minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tan-negozji tal-ikel, biss jekk il-laboratorju li jkun wettaq l-analiżi jkun intgħażel mill-awtoritajiet kompetenti, u l-kampjunar u l-analiżi jsiru skont protokoll miftiehem b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi jew l-organizzazzjoni tan-negozju tal-ikel ikkonċernati.

KAPITOLU IV

Rekwiżiti oħra

Artikolu 66

Reġistrar u skambju ta' informazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jistabbilixxu u jżommu lista aġġornata ta' żoni kklassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski, bid-dettalji tal-post fejn ikunu jinsabu, u l-konfini tagħhom, kif ukoll il-Klassi li fiha ż-żona hija klassifikata, li minnha l-molluski bivalvi ħajjin jistgħu jittieħdu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 52. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet interessati affettwati b'dan ir-Regolament, bħal produtturi, ġemmiegħi u operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ;

(b)

jinfurmaw minnufih lill-partijiet interessati bħall-produtturi, il-ġemmiegħi u l-operaturi ta' ċentri ta' purifikazzjoni u ċentri ta' dispaċċ, dwar kwalunkwe tibdil fil-post, fil-konfini jew fil-Klassi ta' żona ta' produzzjoni, dwar l-għeluq temporanju jew finali tagħha, jew dwar l-applikazzjoni tal-miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 60(2).

TITOLU VI

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI U L-FREKWENZA MINIMA UNIFORMI TA' KONTROLLI UFFIĊJALI FIR-RIGWARD TA' PRODOTTI TAS-SAJD

Artikolu 67

Kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq

Il-kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd għandhom jinkludu verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, b'mod partikolari:

(a)

verifika regolari dwar il-kundizzjonijiet tal-iġjene waqt il-ħatt u l-ewwel bejgħ;

(b)

spezzjonijiet regolari ta' bastimenti u ta' stabbilimenti fuq l-art, inklużi rkantijiet u swieq ta' bejgħ bl-ingrossa tal-ħut, b'mod partikolari biex jiġi ċċekkjat:

(i)

jekk il-kundizzjonijiet għal approvazzjoni għadhomx issodisfati;

(ii)

jekk il-prodotti tas-sajd humiex jiġu mmaniġġati kif suppost;

(iii)

il-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene u tat-temperatura;

(iv)

l-indafa tal-istabbilimenti, inklużi l-bastimenti, u l-faċilitajiet u t-tagħmir tagħhom, u l-iġjene tal-persunal;

(c)

kontrolli fuq il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tat-trasport.

Artikolu 68

Sit tal-kontrolli uffiċċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq bastimenti meta dawn jidħlu f'port fi Stat Membru. Dawn il-kontrolli għandhom jikkonċernaw il-bastimenti kollha li jħottu prodotti tas-sajd fil-portijiet tal-UE, irrispettivament mill-bandiera.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-istat tal-bandiera jistgħu jwettqu kontrolli uffiċjali fuq bastimenti taħt il-bandiera tagħhom waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

Artikolu 69

Approvazzjoni ta' bastimenti fabbrika, friża jew reefer

1.   Meta bastiment fabbrika, friża jew reefer li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jiġi spezzjonat bil-għan li tingħata approvazzjoni lill-bastiment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625, b'mod partikolari l-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 148(4). Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jispezzjonaw il-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jkunu taw il-bastiment l-approvazzjoni kondizzjonali skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625, huma jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, jew ta' pajjiż terz biex iwettqu kontrolli ta' segwitu bil-għan li tingħata approvazzjoni sħiħa, tittawwal l-approvazzjoni kondizzjonali jew sabiex l-approvazzjoni tinżamm taħt rieżami, sakemm, fil-każ ta' pajjiż terz, dak il-pajjiż jidher fuq lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd huma permessi skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625. Jekk ikun meħtieġ, dawn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispezzjonaw il-bastiment waqt li jkun fuq il-baħar jew f'port fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz biex iwettqu kontrolli għan-nom tagħhom skont dan l-Artikolu, iż-żewġ awtoritajiet kompetenti għandhom jiftiehmu dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawk il-kontrolli. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jirċievu rapporti dwar ir-riżultati tal-kontrolli u dwar kwalunkwe suspett ta' nonkonformità mingħajr dewmien, sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Artikolu 70

Kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd

Il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti tas-sajd għandhom jinkludu talanqas l-arranġamenti prattiċi stabbiliti fl-Anness VI dwar:

(a)

l-eżamijiet organolettiċi;

(b)

l-indikaturi ta' freskezza;

(c)

l-istamina;

(d)

ir-residwi u l-kontaminanti;

(e)

il-kontrolli mikrobijoloġiċi;

(f)

il-parassiti;

(g)

il-prodotti tas-sajd velenużi.

Artikolu 71

Deċiżjonijiet wara l-kontrolli

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw prodotti tas-sajd mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk:

(a)

il-kontrolli uffiċjali mwettqa skont l-Artikolu 70 jiżvelaw li mhumiex konformi mar-rekwiżiti organolettiċi, kimiċi, fiżiċi jew mikrobijoloġiċi jew mar-rekwiżiti għall-parassiti kif stabbilit fis-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u/jew tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005;

(b)

il-partijiet tagħhom li jittieklu fihom residwi kimiċi jew kontaminanti f'ammonti li jaqbżu l-livelli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1881/2006, jew residwi ta' sustanzi li huma pprojbiti jew mhux awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jew skont id-Direttiva 96/22/KE, jew mhumiex konformi ma' xi leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi;

(c)

ikunu ġejjin minn:

(i)

ħut velenuż;

(ii)

prodotti tas-sajd li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar il-bijotossini tal-baħar;

(iii)

molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati jew gasteropodi marini li jkun fihom bijotossini marini fi kwantitajiet totali li jaqbżu l-limiti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

(d)

l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jistgħu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għal xi raġuni oħra ma jkunux adattati għall-konsum mill-bniedem.

Artikolu 72

Rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri li jidħlu fl-Unjoni wara li jiġu ttrasferiti f'pajjiżi terzi bi jew mingħajr faċilitajiet ta' ħżin

1.   Prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, mhux imħatta, b'faċilitajiet ta' ħżin jew mingħajrhom, f'pajjiżi terzi elenkati kif previst fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 qabel ma jidħlu fl-Unjoni b'mezz differenti ta' trasport, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u mimli skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Kapitolu B tal-Parti II tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/628.

2.   Jekk il-prodotti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 jinħattu u jiġu ttrasportati lejn faċilità ta' ħżin li tkun tinsab fil-pajjiż terz imsemmi f'dak il-paragrafu, dik il-faċilità ta' ħżin għandha tidher fuq lista kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

3.   Jekk il-prodotti tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu mgħobbija fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz, dak il-pajjiż terz għandu jiġi elenkat kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 u l-bastiment għandu jidher f'lista kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

4.   Il-bastimenti tal-kontejners użati għat-trasport ta' prodotti tas-sajd f'kontejners huma esklużi minn dan ir-rekwiżit.

TITOLU VII

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TWETTIQ TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI U FREKWENZA MINIMA UNIFORMI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-LAĦAM TAR-RETTILI

Artikolu 73

Spezzjoni ante-mortem u post-mortem tar-rettili

L-Artikolu 11 għandu japplika għall-ispezzjoni ante-mortem tar-rettili.

L-Artikolu 12, 13 u 14 għandhom japplikaw għall-ispezzjoni post-mortem tar-rettili. Għall-fini tal-Artikolu 13(a)(i), rettili jitqies bħala 0,5 unità ta' bhejjem.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 74

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

Jitħassru l-Artikoli 5, 6b u 6c.

2.

Fl-Anness I, jitħassru t-Taqsima II u l-Appendiċi.

3.

Fl-Anness II, titħassar it-Taqsima II.

4.

Jitħassru l-Annessi III u V.

5.

Jitħassar l-Anness VIa.

6.

Jitħassru l-Anness VIb u l-Appendiċi tiegħu.

Artikolu 75

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta' koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta' dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 7).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

(19)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(20)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 dwar ċertifikat mudell għall-kummerċ ta' kaċċa salvaġġa kbira mhux imqaxxra mill-ġilda (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 16).

(21)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(23)   EFSA Journal 2011;9(10):2351

(24)   EFSA Journal 2012;10(6):2741.

(25)   EFSA Journal 2013;11(6):3266.

(26)   EFSA Journal 2013;11(6):3265.

(27)   EFSA Journal 2013;11(6):3263.

(28)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u fuq iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(31)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ara l-paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta' Ottubru 1997 li tiffissa l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE sabiex jiġu monitorjati ċerti sustanzi u l-fdalijiet tagħhom f'ċerti prodotti mill-annimali (ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12).

(33)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

(34)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/470 tal-21 ta' Marzu 2018 dwar regoli dettaljati dwar il-limitu massimu ta' residwi li jrid jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta' kontroll għall-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali li ġew trattati fl-UE skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 79, 22.3.2018, p. 16).

(35)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta' β-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta' ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61).

(37)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(38)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 li jikkonċerna mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta'dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ara l-paġna 101 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(39)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(40)  Jekk kollha jkunu negattivi, tingħata ċertezza statistika ta' 95 % li l-prevalenza hija ta' inqas minn 6 %.

(41)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977).


ANNESS I

DOKUMENT MUDELL GĦALL-KOMUNIKAZZJONI MAL-AZJENDA TA' PROVENJENZA SKONT L-ARTIKOLU 39(5)

1.   Dettalji ta' identifikazzjoni

1.1.   Azjenda ta' provenjenza (sid jew maniġer)

Isem/numru

Indirizz sħiħ

Numru tat-telefown

Indirizz elettroniku jekk disponibbli

1.2.   Numri ta' identifikazzjoni ta' …[jekk jogħġbok speċifika] jew ehmeż lista

Għadd totali ta' annimali (skont l-ispeċi)

Problemi ta' identifikazzjoni (jekk hemm)

1.3.   Numru ta' identifikazzjoni tal-merħla/qatgħa/gaġġa (jekk applikabbli)

1.4.   Speċi tal-annimal

1.5.   Numru ta' referenza taċ-ċertifikat tas-saħħa (jekk applikabbli)

2.   Sejbiet ante-mortem

2.1.   Trattament xieraq

Għadd ta' annimali milquta

Tip/klassi/età

Osservazzjonijiet

2.2.   L-annimali kienu konsenjati maħmuġin

2.3.   Sejbiet kliniċi ta' mard

Għadd ta' annimali milquta

Tip/klassi/età

Osservazzjonijiet

Data tal-ispezzjoni

2.4.   Riżultati tal-laboratorju (1)

3.   Sejbiet post-mortem

3.1.   Sejbiet makroskopiċi

Għadd ta' annimali milquta

Tip/klassi/età

Organu jew parti tal-annimal(i) milqut(a)

Data tat-tbiċċir

3.2.   Mard (jistgħu jintużaw kodiċijiet (2))

Għadd ta' annimali milquta

Tip/klassi/età

Organu jew parti tal-annimal(i) milquta

Karkassa parzjalment jew totalment ikkundannata (agħti r-raġuni)

Data tat-tbiċċir

3.3.   Riżultati tal-laboratorju (3)

3.4.   Riżultati oħra

3.5.   Sejbiet dwar it-trattament xieraq

4.    Tagħrif addizzjonali

5.   Dettalji ta' kuntatt tal-biċċerija (numru ta' approvazzjoni)

Isem

Indirizz sħiħ

Numru tat-telefown

Indirizz elettroniku jekk disponibbli

6.   Veterinarju uffiċjali (b'ittri kbar)

Firma u timbru

7.    Data

8.    Numru ta' paġni mehmuża ma' din il-formola:


(1)  Mikrobijoloġiċi, kimiċi, seroloġiċi, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).

(2)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu l-kodiċijiet li ġejjin: il-kodiċi A għall-mard elenkat mill-OIE; il-kodiċijiet B100 u B200 għal kwistjonijiet ta' trattament xieraq u C100 sa C290 għal deċiżjonijiet dwar il-laħam. Is-sistema tal-kodifikar tista', jekk ikun meħtieġ, tinkludi aktar subdiviżjonijiet (pereżempju C141 għal mard ġeneralizzat ħafif, C142 għal mard aktar serju, eċċ.). Jekk jintużaw il-kodiċijiet, iridu jkunu faċilment disponibbli għall-operaturi tan-negozju tal-ikel bi spjegazzjoni xierqa tat-tifsira tagħhom.

(3)  Mikrobijoloġiċi, kimiċi, seroloġiċi, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).


ANNESS II

ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-MARKA TAS-SAĦĦA SKONT L-ARTIKOLU 48

1.

Il-marka tas-saħħa għandha tkun marka ovali mill-inqas 6,5 cm wiesgħa u għolja 4,5 cm bis-segwenti informazzjoni f'karattri perfettament leġibbli:

(a)

l-isem tal-pajjiż li fih jinstab l-istabbiliment, li għandu jinkiteb sħiħ u b'ittri kbar jew inkella bħala kodiċi b'żewġ ittri skont il-kodiċi tal-ISO rilevanti. Madankollu, fil-każ tal-Istati Membri, dawn il-kodiċijiet huma BE, BG, CZ, DK, DE, EE, IE, GR, ES, FR, HR, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, RO, SI, SK, FI, SE u UK;

(b)

in-numru ta' approvazzjoni tal-biċċerija; u

(c)

(meta l-marka tiġi applikata fi stabbiliment li jinsab fl-Unjoni) l-abbrevjazzjoni CE, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EB, EZ, KE jew WE. Dawn l-abbrevjazzjonijiet ma jridux jidhru fuq marki applikati fuq laħam importat fl-Unjoni minn biċċeriji li jkunu jinsabu barra mill-Unjoni.

2.

L-ittri jridu jkunu għoljin mill-anqas 0,8 cm u ċ-ċifri għoljin mill-anqas 1 cm. Id-dimensjonijiet tal-karattri u tal-marka jistgħu jitnaqqsu fil-każ tal-immarkar ta' ħrief, gidien u qżieqeż.

3.

Il-linka użata għall-immarkar tas-saħħa trid tkun awtorizzata skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-użu ta' sustanzi kuluranti fuq oġġetti tal-ikel.

4.

Il-marka tas-saħħa tista' tinkludi wkoll indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li jkun wettaq l-ispezzjoni sanitarja tal-laħam.

ANNESS III

METODI TA' TTESTJAR GĦALL-ĦALIB MHUX IPPROĊESSAT U GĦALL-ĦALIB TAL-BAQAR ITTRATTAT BIS-SĦANA SKONT L-ARTIKOLU 50

KAPITOLU I

DETERMINAZZJONI TAL-GĦADD TA' KOLONJI U TAL-GĦADD TAĊ-ĊELLOLI SOMATIĊI

A.

Meta tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-Parti III tat-Taqsima IX, il-Kapitolu I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, iridu jiġu applikati l-istandards li ġejjin bħala metodi ta' referenza:

1.

EN ISO 4833-1 għall-għadd ta' kolonji fi 30 °C;

2.

EN ISO 13366-1 għall-għadd taċ-ċelloli somatiċi.

B.

L-użu ta' metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli:

1.

għall-għadd ta' kolonji fi 30 °C, meta l-metodi jiġu vvalidati skont il-metodu ta' referenza msemmi fil-punt 1 tal-Parti A skont il-protokoll stabbilit fl-istandard EN ISO 16140-2, u supplimentati mill-istandard EN ISO 16297 għall-każ speċifiku tal-għadd ta' kolonji fil-ħalib mhux ipproċessat.

B'mod partikolari, ir-relazzjoni ta' konverżjoni bejn metodu alternattiv u l-metodu ta' referenza msemmi fil-punt 1 tal-Parti A tkun stabbilita skont l-istandard EN ISO 21187.

2.

għall-għadd taċ-ċelloli somatiċi, meta l-metodi jiġu vvalidati skont il-metodu ta' referenza msemmi fil-punt 2 tal-Parti A skont il-protokoll stabbilit fl-istandard ISO 8196-3 u operati skont l-istandard EN ISO 13366-2 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.

KAPITOLU II

DETERMINAZZJONI TAL-ATTIVITÀ TAL-FOSFATAŻI ALKALINA FIL-ĦALIB TAL-BAQAR

A.

Sabiex tiġi determinata l-attività tal-fosfatażi alkalina fil-ħalib tal-baqar pasturizzat, l-istandard EN ISO 11816-1 irid jiġi applikat bħala l-metodu ta' referenza.

B.

L-attività tal-fosfatażi alkalina fil-ħalib tal-baqar pasturizzat tiġi espressa bħala milliunitajiet ta' attività enzimatika għal kull litru (mU/l). Unità waħda tal-attività tal-fosfatażi alkalina hija l-ammont tal-enzima fosfatażi alkalina li tikkatalizza t-trasformazzjoni ta' mikromola waħda ta' substrat kull minuta.

C.

Test tal-fosfatażi alkalina huwa meqjus li jagħti riżultat negattiv jekk l-attività mkejla fil-ħalib tal-baqar ma tkunx ta' aktar minn 350 mU/l.

D.

L-użu ta' metodi analitiċi alternattivi huwa aċċettabbli meta dawn jiġu vvalidati skont il-metodi ta' referenza msemmija fil-Parti A skont protokolli u regoli ta' prattika tajba tal-laboratorju aċċettati internazzjonalment.

ANNESS IV

METODU TA' TTESTJAR TA' REFERENZA GĦALL-ANALIŻI TAL-E. COLI F'MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TA' ŻONI TA' PRODUZZJONI U FEJN JINŻAMMU L-MOLLUSKI SKONT L-ARTIKOLU 52(2)

Il-metodu ta' referenza għall-analiżi tal-E. coli f'molluski bivalvi ħajjin għandu jkun id-detezzjoni u t-teknika tan-“numru l-iktar probabbli” (MPN) kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk ikunu vvalidati skont dan il-metodu ta' referenza skont il-kriterji fl-ISO 16140.


ANNESS V

METODI RIKONOXXUTI GĦAD-DETEZZJONI TA' BIJOTOSSINI TAL-BAĦAR SKONT L-ARTIKOLU 60

KAPITOLU I

METODU GĦAD-DETEZZJONI TA' VELENU PARALITIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR BIL-QOXRA

A.

Il-kontenut ta' tossini tal-velenu paralitiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (PSP) fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament ta' molluski bivalvi għandu jiġi determinat permezz tal-metodu uffiċjali tal-AOAC OMA 2005.06, kif ippubblikat fl-AOAC International Journal 88(6), 1714-1732, (il-metodu Lawrence), permezz ta' testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden jew bi kwalunkwe metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment.

B.

Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta' referenza għandu jkun il-metodu uffiċjali tal-AOAC OMA 2005.06 kif imsemmi fil-Parti A.

KAPITOLU II

METODU GĦAD-DETEZZJONI TA' VELENU AMNEŻIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR BIL-QOXRA

A.

Il-kontenut ta' tossini tal-velenu amneżiku tal-frott tal-baħar bil-qoxra (ASP) fil-ġisem kollu jew f'kull parti li tittiekel separatament ta' molluski bivalvi għandu jiġi determinat permezz tal-metodu ta' kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'detezzjoni permezz ta' raġġi ultravjola (HPLC/UV) jew b'xi metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment.

B.

Madankollu, għal raġunijiet ta' skrinjar, jista' jintuża wkoll il-metodu uffiċjali tal-AOAC 2006.02, kif ippubblikat fil-Ġurnal Internazzjonali tal-AOAC 90, 1011-1027 (metodu ta' assaġġ ta' immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) tal-ASP), jew kwalunkwe metodu validat ieħor rikonoxxut internazzjonalment.

C.

Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta' referenza għandu jkun il-metodu HPLC/UV.

KAPITOLU III

METODI GĦAD- DETEZZJONI TA' TOSSINI LIPOFILIĊI

A.

Il-metodu ta' referenza għad-detezzjoni ta' tossini marini kif imsemmi fil-punt (c), (d) u (e) fil-Kapitolu V(2) tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu jkun il-metodu ta' referenza ta' kromatografija likwida-spettrometrija tal-massa/spettromettrija tal-massa (EURL LC-MS/MS) fil-laboratorju. Dan il-metodu għandu jistabbilixxi talanqas il-komposti li ġejjin:

(a)

tossini tal-grupp tal-aċidu okadajku: OA, DTX1 u DTX2, inklużi l-esteri tagħhom (DTX3);

(b)

tossini tal-grupp ta' pektenotossini: PTX1 u PTX2;

(c)

tossini tal-grupp ta' jessotossini: YTX, 45 OH YTX, homo YTX u 45 OH homo YTX;

(d)

tossini tal-grupp ta' azaspiraċidi: AZA 1, AZA 2 u AZA 3.

F'każ li jinstabu analogi ġodda tat-tossini ta' hawn fuq, li għalihom ikun ġie stabbilit fattur ta' ekwivalenza tat-tossiċità (TEF), dawn għandhom jiġu inklużi fl-analiżi.

L-ekwivalenza tossika totali għandha tiġi kkalkulata permezz tat-TEFs kif rakkomandat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-Ġurnal (2008) 589, 1-62 jew xi parir aġġornat tal-EFSA.

B.

Metodi oħra għajr dawk imsemmija fil-Parti A, bħall-metodu LC-MS, HPLC b'detezzjoni xierqa, immunoassaġġi u assaġġi funzjonali, bħall-assaġġ tal-inibizzjoni tal-fosfatażi, jistgħu jintużaw bħala alternattivi, jew flimkien mal-metodu EURL LC-MS/MS, sakemm:

(a)

waħedhom jew ikkombinati jistgħu jindividwaw talanqas l-analogi identifikati fil-Parti A; meta jkun meħtieġ għandhom jiġu definiti kriterji aktar xierqa;

(b)

jissodisfaw il-kriterji tal-prestazzjoni analitika stipulati mill-metodu EURL LC-MS/MS. Dawn il-metodi jridu jiġu vvalidati b'mod intralaboratorju u jkunu ġew ittestjati b'suċċess skont skema rikonoxxuta għal test tal-profiċjenza. Il-Laboratorju ta' Referenza Ewropew għall-bijotossini tal-baħar għandu jsostni l-attivitajiet li jwasslu għall-validazzjoni interlaboratorja tat-teknika għal standardizzazzjoni formali;

(c)

l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi livell ekwivalenti ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika.

KAPITOLU IV

DETEZZJONI TA' TOSSINI TAL-BAĦAR ĠODDA JEW EMERĠENTI

Matul il-monitoraġġ perjodiku taż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski jistgħu jintużaw metodi kimiċi, metodi alternattivi b'detezzjoni xierqa, jew testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden għad-detezzjoni ta' tossini tal-baħar ġodda jew emerġenti abbażi tal-programmi nazzjonali ta' kontroll elaborati mill-Istati Membri.


ANNESS VI

ARRANĠAMENTI PRATTIĊI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODOTTI TAS-SAJD SKONT L-ARTIKOLU 70

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

A.   Eżamijiet organolettiċi

Il-kontrolli organolettiċi aleatorji għandhom isiru f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Għan wieħed tal-kontrolli huwa li tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dan jinkludi l-verifika, f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, li l-prodotti tas-sajd talanqas jissodisfaw il-linji bażi tal-kriterji ta' freskezza stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 (1).

B.   Indikaturi ta' freskezza

Meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal xi dubju dwar il-freskezza tal-prodotti tas-sajd, jistgħu jittieħdu kampjuni u jiġu sottoposti għal testijiet fil-laboratorju sabiex jiġu determinati l-livelli tan-nitroġenu bażiku volatili totali (TVB-N) u tat-trimetilamina-nitroġenu (TMA-N) skont l-arranġamenti tekniċi fil-Kapitolu II.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Meta l-eżami organolettiku jagħti lok għal suspett tal-preżenza ta' kundizzjonijiet oħra li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem, għandhom jittieħdu kampjuni xierqa għal skopijiet ta' verifika.

C.   Istamina

L-ittestjar aleatorju għall-istamina għandu jsir biex tiġi verifikata l-konformità mal-livelli permessi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

D.   Residwi u kontaminanti

L-arranġamenti ta' monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti skont id-Direttiva 96/23/KE u d-Deċiżjoni 97/747/KE biex tiġi kkontrollata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar:

il-limiti massimi ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 37/2010 u (UE) 2018/470;

is-sustanzi pprojbiti u mhux awtorizzati, skont ir-Regolament (UE) Nru 37/2010, id-Direttiva 96/22/KE, u d-Deċiżjoni 2005/34/KE;

il-kontaminanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel; u

ir-residwi tal-pestiċidi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

E.   Kontrolli mikrobijoloġiċi

Fejn meħtieġ, il-kontrolli mikrobijoloġiċi għandhom isiru skont ir-regoli u l-kriterji rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005.

F.   Parassiti

L-ittestjar abbażi tar-riskju għandu jsir biex tiġi verifikata l-konformità mal-Parti D tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u mat-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005.

G.   Prodotti tas-sajd velenużi

Il-kontrolli għandhom isiru sabiex jiġi żgurat li:

1.

prodotti tas-sajd li ġejjin minn ħut velenuż mill-familji li ġejjin ma jitqegħdux fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae;

2.

prodotti tas-sajd friski, ippreparati, iffriżati u pproċessati li jagħmlu parti mill-familja Gempylidae, b'mod partikolari Ruvettus pretiosus u Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu f'forma mqartsa/ippakkjata u jkunu tikkettati sew sabiex il-konsumatur jiġi mgħarraf dwar il-metodi ta' preparazzjoni/tisjir u r-riskji relatati mal-preżenza ta' sustanzi li jista' jkollhom effetti gastrointestinali negattivi. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-ismijiet xjentifiċi kif ukoll l-ismijiet komuni tal-prodotti tas-sajd;

3.

prodotti tas-sajd li jkun fihom bijotossini bħaċ-ċigwatera jew tossini oħra perikolużi għas-saħħa tal-bniedem ma jitqegħdux fis-suq. Madankollu, prodotti tas-sajd li ġejjin minn molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar jistgħu jitqiegħdu fis-suq jekk ikunu ġew prodotti skont is-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u jkunu konformi mal-istandards stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V ta' dik is-Sezzjoni.

KAPITOLU II

KONTROLLI FUQ IN-NITROĠENU BAŻIKU VOLATILI TOTALI (TVB-N)

A.   Il-valuri limitu tat-TVB-N għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd u l-metodi ta' analiżi li jridu jintużaw

1.

Prodotti tas-sajd li ma jkunux ipproċessati għandhom jitqiesu li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem fejn il-valutazzjoni organolettika tkun qajmet dubji dwar il-freskezza tagħhom u l-kontrolli kimiċi juru li nqabżu l-limiti tat-TVB-N li ġejjin:

(a)

25 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċijiet imsemmija fil-punt 1 tal-Parti B ta' dan il-Kapitolu;

(b)

30 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Parti B ta' dan il-Kapitolu;

(c)

35 mg ta' nitroġenu/100 g ta' laħam għall-ispeċijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Parti B ta' dan il-Kapitolu;

(d)

60 mg ta' nitroġenu/100 g tal-prodott tas-sajd kollu użat direttament għall-preparazzjoni taż-żejt tal-ħuta għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fit-tieni paragrafu tal-punt 1 tal-Kapitolu IV.B tat-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; madankollu, fejn il-materja prima tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel paragrafu ta' dak il-punt, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti f'livell ogħla għal ċerti speċijiet sakemm tiġi stabbilita leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni.

Il-metodu ta' referenza li jrid jintuża biex jiġu ċċekkjati l-limiti tat-TVB-N jinvolvi d-distillar ta' estratt deproteinizzat permezz tal-aċidu perkloriku kif stabbilit fil-Parti C hawn taħt.

2.

Id-distillazzjoni kif imsemmija fil-punt 1 għandha ssir bl-użu ta' apparat li huwa konformi mad-dijagramma fil-Parti D hawn taħt.

3.

Il-metodi ta' rutina li jistgħu jintużaw biex jiġi ċċekkjat il-limitu tat-TVB-N huma kif ġej:

(a)

il-metodu ta' mikrodiffużjoni deskritt minn Conway u Byrne (1933);

(b)

il-metodu ta' distillazzjoni diretta deskritta minn Antonacopoulos (1968);

(c)

id-distillazzjoni ta' estratt deproteinizzat permezz tal-aċidu trikloroaċetiku (Kumitat tal-Codex Alimentarius dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd, 1968).

4.

Il-kampjun għandu jkun magħmul minn madwar 100 g ta' laħam, meħud minn talanqas tliet partijiet differenti u mħallat flimkien permezz ta' tħin.

L-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw li, bħala rutina, il-laboratorji uffiċjali jużaw il-metodi msemmija hawn fuq. Fejn ir-riżultati jkunu dubjużi jew fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar ir-riżultati ta' analiżi li jsiru b'wieħed mill-metodi ta' rutina, jista' jintuża biss il-metodu ta' referenza għall-iċċekkjar tar-riżultati.

B.   Kategoriji ta' speċijiet li għalihom ġew iffissati l-valuri limitu tat-TVB-N

Il-valuri limitu tat-TVB-N huma ffissati għall-kategoriji ta' speċijiet li ġejjin:

1.

Sebastes spp., Helicolenus dactylopterus, Sebastichthys capensis;

2.

speċijiet li jagħmlu parti mill-familja Pleuronectidae (bl-eċċezzjoni tal-ħalibatt: Hippoglossus spp.);

3.

Salmo salar, speċi li tagħmel parti mill-familja Merlucciidae, speċi li tagħmel parti mill-familja Gadidae.

C.   Proċedura ta' referenza għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tat-TVB-N fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd

1.   Skop u kamp ta' applikazzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura ta' referenza għall-identifikazzjoni tal-konċentrazzjoni tan-nitroġenu ta' TVB-N fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd. Din il-proċedura hija applikabbli f'konċentrazzjonijiet ta' TVB-N ta' 5 mg/100 g sa mill-inqas 100 mg/100 g.

2.   Definizzjonijiet

“Konċentrazzjoni ta' TVB-N” tfisser il-kontenut ta' nitroġenu ta' bażijiet volatili nitroġenużi kif determinat bil-proċedura ta' referenza deskritta.

“Soluzzjoni” tfisser soluzzjoni milwiema kif ġej:

(a)

soluzzjoni ta' aċidu perkloriku = 6 g/100 ml;

(b)

soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju = 20 g/100 ml;

(c)

soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku 0,05 mol/l (0,05 N). Meta jkun qed jintuża apparat tad-distillazzjoni awtomatiku, it-titrazzjoni trid issir permezz ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku ta' 0,01 mol/l (0,01 N);

(d)

soluzzjoni ta' aċidu boriku = 3 g/100 ml;

(e)

aġent tas-siliċju kontra r-ragħwa;

(f)

soluzzjoni ta' fenolftaleina = 1 g/100 ml 95 % etanol;

(g)

soluzzjoni indikatur (indikatur imħallat ta' Tashiro) = 2 g ta' metil-aħmar u 1 g ta' metilen-blu maħlula f'1 000 ml ta' etanol ta' 95 %.

3.   Deskrizzjoni qasira

Il-bażijiet volatili nitroġenużi jiġu estratti minn kampjun permezz ta' soluzzjoni ta' 0,6 mol/l ta' aċidu perkloriku. Wara l-alkanizzazzjoni, l-estratt jgħaddi minn distillazzjoni bil-fwar u l-komponenti bażiċi volatili jiġu assorbiti minn riċevitur tal-aċidu. Il-konċentrazzjoni tat-TVB-N tiġi determinata bit-titrazzjoni tal-bażijiet assorbiti. Il-konċentrazzjoni tiġi espressa f'mg/100 g.

4.   Sustanzi kimiċi

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, għandhom jintużaw sustanzi kimiċi li jkollhom grad ta' reaġent. L-ilma użat għandu jkun distillat jew demineralizzat u mill-anqas tal-istess purità.

5.   Għandhom jintużaw l-istrumenti u l-aċċessorji li ġejjin:

(a)

magna tal-ikkappuljat li tipproduċi kkappuljat tal-ħut omoġenju biżżejjed;

(b)

blender b'veloċità għolja b'veloċità ta' bejn 8 000 u 45 000 dawra/min;

(c)

filtru skanalat, b'dijametru ta' 150 mm, li jiffiltra malajr;

(d)

buretta, ta' 5 ml, gradwata sa 0,01 ml;

(e)

apparat għad-distillazzjoni bil-fwar. L-apparat irid ikun kapaċi jirregola diversi ammonti ta' fwar u jipproduċi ammont kostanti ta' fwar tul perjodu partikolari ta' żmien. Irid jiżgura li, matul iż-żieda ta' sustanzi alkalizzanti, il-bażijiet ħielsa li jirriżultaw ma jistgħux jaħarbu.

6.   Eżekuzzjoni tal-proċedura ta' referenza

Waqt l-użu tal-aċidu perkloriku, li huwa korrużiv ħafna, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prekawzjoni u ta' prevenzjoni. Il-kampjuni għandhom jitħejjew malajr kemm jista' jkun wara l-wasla tagħhom, skont l-istruzzjonijiet li ġejjin:

(a)

Preparazzjoni tal-kampjun

Il-kampjun li se jiġi analizzat jiġi mitħun b'attenzjoni b'magna tal-ikkapuljat kif deskritt fil-punt 5(a). Ammont ta 10 g ± 0,1 g tal-kampjun mitħun jintiżen f'kontenitur adattat. Dan jiġi mħallat ma' 90,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu perkloriku, omoġenizzat għal żewġ minuti fi blender kif deskritt fil-punt 5(b), u mbagħad iffiltrat.

L-estratt li jinkiseb jista' jinżamm għal mill-inqas sebat ijiem f'temperatura ta' bejn wieħed u ieħor 2 °C u 6 °C;

(b)

Distillazzjoni bil-fwar

50,0 ml tal-estratt miksub skont il-punt (a) jitqiegħed f'apparat għad-distillazzjoni bil-fwar kif deskritt fil-punt 5(e). Sabiex tkun tista' ssir verifika aktar tard fuq l-alkalinizzazzjoni tal-estratt, jiġu miżjuda diversi qtar ta' soluzzjoni ta' fenolftaleina. Wara li jkunu ġew miżjuda ftit qtar ta' aġent tas-siliċju kontra r-ragħwa, jiġu miżjuda 6,5 ml ta' soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju mal-estratt u d-distillazzjoni bil-fwar tibda minnufih.

Id-distillazzjoni bil-fwar hija regolata sabiex madwar 100 ml ta' distillat jiġu prodotti f'10 minuti. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jiġi mgħaddas f'riċevitur b'100 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu boriku, li miegħu jkunu ġew miżjuda bejn tlieta u ħames qatriet tas-soluzzjoni indikatur. Wara eżatt 10 minuti, id-distillazzjoni tintemm. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitneħħa mir-riċevitur u jinħasel bl-ilma. Il-bażijiet volatili li jkunu nġabru fis-soluzzjoni riċevitur jiġu determinati permezz ta' titrazzjoni b'soluzzjoni standard tal-aċidu idrokloriku.

Il-pH tal-punt tat-tarf irid ikun ta' 5,0 ± 0,1;

(c)

Titrazzjoni

Hemm bżonn li jsiru analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ta' aktar minn 2 mg/100 g;

(d)

Test inbjank

Jitwettaq test inbjank kif deskritt fil-punt (b). Minflok l-estratt, jintuża 50,0 ml ta' soluzzjoni ta' aċidu perkloriku.

7.   Kalkolu tal-konċentrazzjoni tat-TVB-N

Permezz tat-titrazzjoni tas-soluzzjoni riċevitur bl-aċidu idrokloriku, il-konċentrazzjoni tat-TVB-N tiġi kkalkulata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn:

V1

=

Volum ta' 0,01 mol ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku f'ml għall-kampjun;

V0

=

Volum ta' 0,01 mol ta' soluzzjoni standard ta' aċidu idrokloriku f'ml għal test inbjank;

M

=

massa tal-kampjun fi g.

Barra minn hekk, hemm bżonn ta' dawn li ġejjin:

(a)

analiżi duplikata. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati ma tkunx ta' aktar minn 2 mg/100 g;

(b)

iċċekkjar tat-tagħmir. It-tagħmir jiġi ċċekkjat permezz tad-distillazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' NH4Cl ekwivalenti għal 50 mg ta' TVB-N/100 g;

(c)

devjazzjonijiet standard. Tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard għar-ripetibilità Sr = 1,20 mg/100 g u d-devjazzjoni standard għar-riproduċibbiltà SR = 2,50 mg/100 g.

D.   Apparat għad-distillazzjoni bil-fwar tat-TVB-N

Image 1

Estratt tal-kampjun

Tubu tal-injezzjoni tal-fwar

Tubu tad-distillazzjoni

Ġeneratur tal-fwar

Flask jew bekk

(Aċidu boriku)

Tarf tal-kondensatur

Ilma frisk

Berried


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd. ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1


Top