Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0352

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta' Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ST/6371/2019/INIT

    ĠU L 64, 5.3.2019, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/352/oj

    5.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 64/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/352

    tal-4 ta' Marzu 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill, l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar u l-Anness I jenħtieġ li jkun supplimentat b'informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ANTON


    (1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p.1


    ANNESS

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-taqsima “Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2” hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-intestatura tinbidel b'dan li ġej:

    “A.    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2”;

    (b)

    l-entrata għall-persuna li ġejja hija mħassra mil-lista:

    5.

    Andrii Petrovych Kliuiev.

    (2)

    it-taqsima li ġejja hija miżjuda:

    “B.    Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

    Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna

    L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (‘Kodiċi ta' Proċedura Kriminali’) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu skont il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab mill-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-ommissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti. L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jipprevedi li lmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku għandhom jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta' Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b'appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta' proċeduri preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta' azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew Qorti (pereżempju s-sekwestru ta' proprjetà skont l-Artikolu 164, u l-miżuri ta' detenzjoni skont l-Artikolu 176 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali).

    L-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta' kull wieħed mill-persuni elenkati

    1.   Viktor Fedorovych Yanukovych

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew irrispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u deċiżjoni tal-Qorti tal-1 ta' Novembru 2018 li tagħti permess għall-arrest u t-taħrik u t-tressiq tal-persuna suspettata l-Qorti, kif ukoll minn deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Ottubru 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia.

    2.   Vitalli Yuriyovych Zakharchenko

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Zakharchenko jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja.

    3.   Viktor Pavlovych Pshonka

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja.

    6.   Viktor Ivanovych Ratushniak

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tal-21 ta' Mejju 2018 u tat-23 ta' Novembru 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Ratushniak jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja.

    7.   Oleksandr Viktorovych Yanukovych

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Yanukovych ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Frar 2018 li rrifjuta l-applikazzjoni tal-prosekutur għal investigazzjoni speċjali qabel il-proċess in absentia, f'għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà u fid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-27 ta' Ġunju 2018 li tħassar ir-riżoluzzjoni tal-prosekuzzjoni li tiċħad il-mozzjoni tad-difiża sabiex tingħalaq l-investigazzjoni.

    9.   Artem Viktorovych Pshonka

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Pshonka ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tat-12 ta' Marzu 2018 u tat-13 ta' Awwissu 2018 li jagħtu permess sabiex is-Sur Pshonka jinżamm bl-għan li jitressaq il-Qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja.

    11.   Mykola Yanovych Azarov

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Azarov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Settembru 2018 li tagħti permess għal investigazzjoni speċjali in absentia kif ukoll mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-16 ta' Awwissu 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Azarov jinżamm bil-ħsieb li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja, kif ukoll minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar sekwestri ta' proprjetà.

    12.   Serhiy Vitalyovych Kurchenko

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tas-7 ta' Marzu 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia.

    13.   Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Tabachnyk ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-8 ta' Mejju 2018 li tagħti permess sabiex is-Sur Tabachnyk jinżamm bl-għan li jitressaq il-qorti biex jipparteċipa fis-seduta ta' smigħ tal-petizzjoni għall-applikazzjoni ta' detenzjoni f'kustodja.

    15.   Serhiy Hennadiyovych Arbuzov

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Arbuzov ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestri ta' proprjetà kif ukoll l-annullament tas-sekwestri tal-proprjetà.

    17.   Oleksandr Viktorovych Klymenko

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Klymenko ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tal-5 ta' Ottubru 2018 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia.

    18.   Edward Stavytskyi

    L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Stavytskyi ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan huwa muri minn għadd ta' deċiżjonijiet tal-Qorti dwar is-sekwestru ta' proprjetà, id-deċiżjoni tal-imħallef inkwirenti tat-22 ta' Novembru 2017 li tagħti permess biex issir investigazzjoni speċjali in absentia, mill-istruzzjonijiet tal-prosekutur tat-2 ta' Jannar 2018 lill-investigatur biex jinnotifika lis-suspettati u l-avukati tad-difiża tagħhom bit-tlestija tal-investigazzjoni ta' qabel il-proċess u mill-fatt li fit-8 ta' Mejju 2018 l-akkuża ġiet riferuta lill-Qorti Distrettwali ta' Sviatoshynskyi ta' Kiev għal eżami fuq il-merti. L-informazzjoni turi wkoll li ma kien hemm ebda deċiżjoni valida preċedenti mill-prosekuzzjoni biex ma tibdiex investigazzjoni kriminali, u li għaldaqstant il-proċedimenti kriminali rilevanti ma kisrux il-prinċipju ta' ne bis in idem.”.


    Top