Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0324

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/324 tal-25 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bifentrin, karbossinu, FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew żerriegħa tal-fienu mitħuna), ir-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u l-aluminosilikat tas-sodju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/1406

ĠU L 57, 26.2.2019, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/324/oj

26.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/324

tal-25 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bifentrin, karbossinu, FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew żerriegħa tal-fienu mitħuna), ir-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u l-aluminosilikat tas-sodju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva bifentrin ġie estiż mil-31 ta' Lulju 2019 sal-31 ta' Lulju 2021 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 (3).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi r-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u l-aluminosilikat tas-sodju ġew estiżi mill-31 ta' Awwissu 2019 sal-31 ta' Awwissu 2020 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/195.

(4)

Il-perjodu ta' approvazzjoni għas-sustanza attiva karbossinu ġie estiż mill-31 ta' Mejju 2021 sal-31 ta' Mejju 2023 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1266 (4).

(5)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna) ġie estiż mill-31 ta' Ottubru 2020 sal-31 ta' Ottubru 2021 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/184 (5).

(6)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni għas-sustanzi attivi bifentrin, karbossinu, FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna), ir-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u l-aluminosilikat tas-sodju ġew sottomessi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (6). Madankollu, għar-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u għall-aluminosilikat tas-sodju, ma tressqu l-ebda dossiers supplimentari b'appoġġ għat-tiġdid skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament. Għall-bifentrin, għall-karbossinu, u għall-FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew żerriegħa tal-fienu mitħuna), l-applikanti kkonfermaw li ma għadhomx jappoġġaw it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-estensjonijiet tal-perjodi ta' approvazzjoni għal dawk is-sustanzi attivi, previsti fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/195, (UE) 2018/1266 u (UE) 2018/184, ma għadhomx iġġustifikati. Għalhekk jixraq li jiġi previst li l-approvazzjonijiet għall-bifentrin, għall-karbossinu, għall-FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna), għar-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar u għall-aluminosilikat tas-sodju jiskadu fid-dati li fihom kienu se jiskadu mingħajr l-estensjoni.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV) (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1266 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, sulfat tal-aluminju, ażadiraktin, bupirimat, karbossinu, kletodim, ċiklossidim, dażomet, diklofop, ditijanon, dodina, fenażakwin, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imessażol, aċidu indolibutriku, isossaben, kubrit tal-ġir, metaldeid, paklobutrażol, penċikuron, sintofen, tau fluvalinat u tebufenożur (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 81).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/184 tas-7 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi FEN 560 (magħruf ukoll bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna) u s-sulfuryl fluoride (ĠU L 34, 8.2.2018, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fir-ringiela 239 relatata mar-Residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER), id-data mniżżla fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni” hija sostitwita bil-“31 ta' Awwissu 2019”;

(b)

fir-ringiela 253 relatata mal-aluminosilikat tas-sodju, id-data mniżżla fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni” hija sostitwita bil-“31 ta' Awwissu 2019”;

(c)

fir-ringiela 308 relatata mal-FEN 560 (magħrufa wkoll bħala fienu jew bħala żerriegħa tal-fienu mitħuna), id-data mniżżla fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni”, hija sostitwita bil-“31 ta' Ottubru 2020”;

(d)

fir-ringiela 337 relatata mal-Karbossinu, id-data mniżżla fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni” hija sostitwita bil-“31 ta' Mejju 2021”.

(2)

Fil-Parti B, fir-ringiela 23 relatata mal-Bifentrin, id-data mniżżla fis-sitt kolonna “Skadenza tal-approvazzjoni” hija sostitwita bil-“31 ta' Lulju 2019”.


Top