This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0413
Council Implementing Regulation (EU) 2018/413 of 16 March 2018 implementing Article 12 of Regulation (EU) No 356/2010 imposing certain specific restrictive measures directed against certain natural or legal persons, entities or bodies, in view of the situation in Somalia
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/413 tas-16 ta' Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/413 tas-16 ta' Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
ĠU L 75, 19.3.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/413
tas-16 ta' Marzu 2018
li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
|
(2) |
Fi-8 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSC”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet UNSC 751 (1992) u 1907 (2009) żied żewġ persuni fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
ANNESS
Il-persuni elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:
I. Persuni
|
16. |
Ahmad Iman Ali (aka: a) Sheikh Ahmed Iman Ali; b) Shaykh Ahmad Iman Ali; c) Ahmed Iman Ali; d) Abu Zinira)
Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1973; b) Bejn wieħed u ieħor fl-1974 Post tat-twelid: il-Kenja Nazzjonalità: il-Kenja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 8 ta' Marzu 2018 Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/ Ahmad Iman Ali kien elenkat fit-8 ta' Marzu 2018 skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Ahmad Iman Ali huwa kmandant prominenti Kenjan ta' Al-Shabaab li serva bħala l-mexxej tal-grupp fil-Kenja mill-2012. Huwa d-direttur tal-operazzjonijiet tal-fergħa Kenjana tal-grupp u regolarment ikollu taħt il-mira tiegħu t-truppi Kenjani ta' AMISOM fis-Somalja, bħal f'attakk f'Jannar 2016 fuq it-truppi Kenjani ta' AMISOM f'El Adde, is-Somalja. Ali huwa responsabbli wkoll mill-propoganda ta' Al-Shabab li għandha taħt il-mira tagħha l-gvern u l-popolazzjoni ċivili, bħal f'vidjo f'Lulju 2017 fejn għadda theddid lill-Musulmani li qed iservu fil-forzi tas-sigurtà tal-Kenja. Barra dawn l-attivitajiet, xi drabi Ali aġixxa wkoll ta' persuna li tirrekluta għal Al-Shabaab, fejn kien jiffoka fuq iż-żgħażagħ foqra li jgħixu fil-bassifondi ta' Nairobi u kien jieħu ħsieb ukoll jiġbor fondi għal Shabaab billi juża l-moskej fi sforz biex jikseb ir-riżorsi. L-għan ġenerali tiegħu huwa li jiddestabbilizza lill-Kenja permezz ta' theddid, ippjanar u eżekuzzjoni ta' attakki, u li jħeġġeġ lill-Musulmani żgħażagħ jieħdu sehem fil-ġlieda kontra l-forzi tas-sigurtà Kenjani. |
|
17. |
Abdifatah Abubakar Abdi (aka: Musa Muhajir)
Data tat-twelid: 15 ta' April 1982 Post tat-twelid: is-Somalja Nazzjonalità: is-Somalja Indirizz: a) is-Somalja; b) Mombaża, il-Kenja Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 08 ta' Marzu 2018 Informazzjoni oħra: Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/ Abdifatah Abubakar Abdi kien elenkat fit-8 ta' Marzu 2018 skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008). Fl-2015, Abdifatah Abubakar Abdi tpoġġa fuq il-lista tal-Gvern Kenjan ta' terroristi mfittxija li huma magħrufa jew suspettati li huma membri ta' Al-Shabaab. Il-pulizija Kenjana tirrapporta li Abdi jirrekluta membri għal Al-Shabaab li jipprovdu appoġġ lil Al-Shabaab, entità elenkata fuq il-lista ta' sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja u l-Eritrea, ġewwa s-Somalja u huwa involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tas-Somalja. Fost dawn ir-rekluti kien hemm tlitt nisa arrestati mill-pulizija Kenjana waqt li kienu qed jippruvaw jidħlu fis-Somalja. Abdi huwa mfittex b'konnessjoni mal-attakk ta' Ġunju 2014 f'Mpeketoni, il-Kenja, fejn inqatlu diversi persuni, u huwa mifhum li kien qed jippjana attakki oħra. Għalkemm l-attività tiegħu tista' tiffoka fuq operazzjonijiet barra s-Somalja, huwa magħruf li jgħix fis-Somalja u jirrekluta individwi għal Al-Shabaab li bi ħsiebhom jaqsmu l-fruntiera bejn il-Kenja u s-Somalja. |