Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0084

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimoksistrobina, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksamid, propikonażol, propineb, propiżamid, piraklostrobina u żoksamid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/0185

ĠU L 16, 20.1.2018, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/84/oj

20.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/84

tad-19 ta' Jannar 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimoksistrobina, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksamid, propikonażol, propineb, propiżamid, piraklostrobina u żoksamid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi mekoprop-p, propikonażol, propineb, propiżamid u żoksamid ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Jannar 2018.

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb u metiram ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 (4). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Jannar 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimoksistrobina, oksamil u petoksamid ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2013 (5). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Jannar 2018.

(5)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tal-komposti tar-ram ġie estiż bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2014 (6). Il-perjodu ta' approvazzjoni ta' dik is-sustanza se jiskadi fil-31 ta' Jannar 2018.

(6)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-Premessi 2 sa 5 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (7).

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant jenħtieġ li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx għax ma jkunux issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi data ta' skadenza li tkun l-istess bħad-data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Għall-każijiet meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tistabbilixxi l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

(9)

Peress li l-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fil-31 ta' Jannar 2018, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(10)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hi emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 tas-17 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, l-aċidu benżojku, flażasulfuron, mekoprop-P, mepanipirim, meżosulfuron, propineb, propossikarbażon, propiżammid, propikonażol, ir-razza pseudomonas chlororaphis: MA 342, piraklostrobina, kwinossifen, tijakloprid, tiram, żiram, żossamidu (ĠU L 312, 18.11.2016, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 762/2013 tas-7 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar l-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, mankożeb, maneb, MCPA, MCPB u metiram (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 14).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1136/2013 tat-12 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward l-estensjoni ta' perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, dimossistrobina, oxamyl u pethoxamid (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 34).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva komposti tar-ram (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 34).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 54, id-data tal-Propineb tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 55, id-data tal-Propiżamid tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 57, id-data tal-Mekoprop-P tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 58, id-data tal-Propikonażol tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 77, id-data taż-Żoksamid tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 81, id-data tal-Piraklostrobina tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 111, id-data tal-Klorpirifos tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 112, id-data tal-Klorpirifos-metil tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 114, id-data tal-Mankożeb tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 115, id-data tal-Metiram tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 116, id-data tal-Oksamil tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 121, id-data tal-Klotijanidin tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 122, id-data tal-Petoksamid tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 128, id-data tad-Dimoksistrobina tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, fir-ringiela 277, id-data tal-Komposti tar-ram tinbidel bid-data “31 ta' Jannar 2019”.


Top