Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0751

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/751 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna t-traniżazzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim

    ĠU L 126, 23.5.2018, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/751/oj

    23.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 126/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/751

    tal-14 ta' Mejju 2018

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li tikkonċerna t-traniżazzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004

    (2)

    L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jipprevedi perijodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin maqsum f'żewġ stadji suċċessivi.

    (3)

    L-ewwel stadju beda fl-1 ta' April 2004, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (4)

    L-Artikolu 5(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li jkun sar u għandu jiddeċiedi dwar il-passaġġ għat-tieni fażi u d-durata tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil possibbli li għandu jsir fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tieni stadju.

    (5)

    Il-Partijiet huma determinati li jikkonformaw mal-obbligi li jirrigwardaw it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċazzjoni.

    (6)

    L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħadet il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità mal-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għat-tieni stadju.

    (7)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni fażi tal-Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ZAHARIEVA


    (1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.


    ABBOZZ TA'

    DEĊIŻJONI Nru …/2018 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI

    ta' …

    li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzoni

    IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jipprevedi perjodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin maqsum f'żewġ stadji suċċessivi.

    (2)

    L-ewwel stadju beda fl-1 ta' April tal-2004, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (3)

    L-Artikolu 5(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li jkun sar u għandu jiddeċiedi dwar il-passaġġ għat-tieni fażi u d-durata tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil possibbli li għandu jsir fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tieni stadju.

    (4)

    Il-Partijiet huma determinati li jikkonformaw mal-obbligi li jirrigwardaw it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni.

    (5)

    L-ex Repubblika Yugoslava tal-Maċedonia ħadet il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità mal-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għat-tieni stadju,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim, qiegħda b'dan issir effettiva.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi…,

    Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

    Il-President


    (1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.


    Top