This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2352
Commission Implementing Decision (EU) 2017/2352 of 14 December 2017 amending Implementing Decision (EU) 2015/789 as regards measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Xylella fastidiosa (Wells et al.) (notified under document C(2017) 8356)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2352 tal-14 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (notifikata bid-dokument C(2017) 8356)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2352 tal-14 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (notifikata bid-dokument C(2017) 8356)
C/2017/8356
ĠU L 336, 16.12.2017, p. 31–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1201
16.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2352
tal-14 ta' Diċembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
(notifikata bid-dokument C(2017) 8356)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2), b'mod partikolari mill-aħħar emenda tagħha bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/764 (3), uriet li hemm bżonn li jittieħdu bosta miżuri ulterjuri u li jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni jiġu adattati biex jiġi żgurat approċċ aktar effettiv kontra l-introduzzjoni u t-tixrid aktar mifrux fi ħdan l-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (minn hawn 'il quddiem: “l-organiżmu speċifikat”). |
(2) |
Minkejja n-neċessità li jitwettqu stħarriġiet abbażi tal-livell tar-riskju evalwat fil-livell tal-Istati Membri, l-esperjenza wriet li jenħtieġ li l-istħarriġiet jitwettqu b'mod aktar bir-reqqa u armonizzat sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jilħqu l-istess livell ta' prekawzjoni kontra l-organiżmu speċifikat. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li meta jitwettqu l-istħarriġiet, l-Istati Membri jqisu l-linji ta' gwida tekniċi rilevanti maħruġa mill-Kummissjoni. |
(3) |
Kif imsemmi fl-istandards internazzjonali, l-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat tkun ippruvata bħala l-aktar affidabbli meta tkun ibbażata fuq tal-inqas żewġ testijiet differenti, abbażi ta' prinċipji bijoloġiċi differenti jew li jimmiraw partijiet differenti tal-ġenomu. Jenħtieġ li l-lista ta' dawk it-testijiet tkun disponibbli f'bażi tad-dejta tal-Kummissjoni li trid tkun pubblika biex tkun żgurata t-trasparenza. Billi l-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat barra miż-żoni demarkati tirrikjedi livell differenti ta' sensittività tat-testijiet, jenħtieġ li jkun hemm testijiet speċifiċi għaż-żoni demarkati kif ukoll għaż-żoni għajr iż-żoni demarkati. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom fuq l-internet. |
(5) |
L-evidenza xjentifika msemmija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), fl-Opinjoni Xjentifika ta' Jannar 2015 (4) tindika l-possibbiltà ta' rikombinazzjoni ġenetika bejn is-subspeċijiet differenti tal-organiżmu speċifikat misjub f'postijiet oħra tad-dinja, li taffettwa speċijiet ta' pjanti ġodda li qatt qabel ma nstabu infettati mis-subspeċijiet ikkonċernati. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat approċċ aktar prekawzjonarju, u minħabba l-fatt li dan l-aħħar ġew irrappurtati subspeċijiet differenti fl-Unjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat li fejn jinsabu aktar minn subspeċi waħda ta' organiżmu speċifikat f'żona, jenħtieġ li dik iż-żona tiġi demarkata fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu. Barra minn hekk, meta l-identifikazzjoni tal-preżenza ta' subspeċi tkun għadha pendenti, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat, fuq bażi prekawzjonarja, jiddemarka wkoll dik iż-żona fir-rigward tal-organiżmu speċifikat u tas-subspeċijiet possibbli kollha tiegħu. |
(6) |
L-esperjenza wriet li, meta jitwettqu l-istħarriġiet fi ħdan iż-żoni ta' lqugħ, l-allokazzjoni tar-riżorsi għandha tingħata prijorità skont il-livell ta' riskju fitosanitarju. Għalhekk, fiż-żoni ta' lqugħ, ikun proporzjonat li jiġi stabbilit l-istħarriġ rispettiv ikun ibbażat fuq grilja maqsuma fi kwadri ta' 100 m × 100 m f'żona tal-wisa' ta' mill-inqas 1 km madwar iż-żona infettata, u grilja maqsuma fi kwadri ta' 1 km × 1 km fi ħdan il-bqija taż-żona ta' lqugħ. |
(7) |
Abbażi tal-esperjenzi attwali, u f'konformità mal-evidenza xjentifika irrappurtata mill-EFSA, it-tneħħija minnufih tal-pjanti ospitanti kollha, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, li jinsabu f'raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti infettati, iżżid il-prospetti ta' suċċess għall-qerda tal-organiżmu speċifikat. Meta mqabbla mal-miżuri ta' trażżin, meta t-tneħħija ta' pjanti tkun limitata biss għal dawk li nstabu li huma infettati u dan jekk jinsabu biss f'xi partijiet taż-żona demarkata, it-tneħħija tal-pjanti ospitanti kollha tipprovdi livell ogħla ta' garanzija vis-à-vis l-infezzjonijiet asintomatiċi u għalhekk l-istatus tal-organiżmu speċifikat fiż-żona. Għalhekk, huwa proporzjonat li jitnaqqas il-wisa' taż-żona ta' lqugħ madwar iż-żona infestata minn 10 km għal 5 km fil-każijiet kollha fejn iż-żona demarkata ġiet stabbilita bl-iskop tal-qerda. Madankollu, jenħtieġ li dak il-wisa' jibqa' 10 km fil-każ taż-żoni demarkati stabbiliti bl-iskop tat-trażżin, minħabba l-ħtieġa dovuta għall-preżenza aktar estiża tal-organiżmu speċifikat f'dawk iż-żoni demarkati, li jiġi adottat approċċ aktar prekawzjonarju. |
(8) |
Huwa wkoll proporzjonat li titnaqqas dik iż-żona ta' lqugħ sa 1 km, b'ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu li ma jseħħx aktar tixrid tal-organiżmu speċifikat, kif ukoll it-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati u l-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni. Bl-istess mod, huwa proporzjonat li tiġi awtorizzata t-tneħħija taż-żona demarkata, wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali tagħha, fil-każ li tiġi adottata skema intensiva ta' teħid ta' kampjuni sabiex l-assenza minn dik iż-żona tal-organiżmu speċifikat tkun żgurata. |
(9) |
Bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni pubblika dwar il-miżuri meħuda kontra l-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li l-Istati Membri jippubblikaw u jaġġornaw il-lista taż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom, u li l-Kummissjoni tippubblika u taġġorna l-lista tagħha ta' dawk iż-żoni kif notifikati mill-Istati Membri. |
(10) |
L-esperjenza wriet li huwa proporzjonat li ż-żona demarkata ma tkunx stabbilita fejn instab l-organiżmu speċifikat f'sit bi protezzjoni fiżika ppruvata kontra l-vetturi ta' dak l-organiżmu. Dan l-approċċ huwa proporzjonat minħabba r-riskju baxx tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat u minħabba l-possibbiltà ogħla li dak l-organiżmu jiġi eliminat minnufih bħala riżultat tal-ambjent ikkontrollat fejn tfaċċa. |
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jawtorizzaw it-tħawwil tal-pjanti ospitanti kollha jew xi wħud minnhom fi ħdan iż-żoni infettati taħt trażżin 'il barra miż-żona ta' 20 km maġenb iż-żona ta' lqugħ, bil-kundizzjonijiet rilevanti, sabiex tiġi ggarantita aktar flessibbiltà għall-Istat Membru rispettiv. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jagħtu preferenza lil pjanti li jappartjenu għal varjetajiet ivvalutati bħala tolleranti jew reżistenti għall-organiżmu speċifikat, bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' inokolu batteriku fiż-żoni rispettivi. |
(12) |
Sabiex jiġu rispettati t-tradizzjoni u l-istorja ta' lokalità partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jiddeċiedu li ma hemmx il-ħtieġa li jitneħħew il-pjanti ospitanti uffiċjalment ikklassifikati bħala pjanti ta' valur storiku jekk ma jkunux infettati mill-organiżmu speċifikat, anki jekk ikunu jinsabu fi ħdan raġġ ta' 100 m madwar il-pjanti li ġew ittestjati u nstab li huma infettati mill-organiżmu speċifikat. Madankollu, u sabiex jiġu evitati l-infezzjoni potenzjali tagħhom u t-tixrid tal-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari. |
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li l-monitoraġġ tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni demarkati jseħħ fi żmien xieraq kif ukoll għall-iskop taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi speċifikat li tali monitoraġġ u l-ispezzjonijiet tekniċi rispettivi jqisu l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni. |
(14) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, huwa xieraq li ż-żoni infettati fejn il-miżuri ta' trażżin jistgħu jiġu applikati jkunu limitati għal dawk iż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789. |
(15) |
Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-organiżmu speċifikat fl-Unjoni u r-rikonoxximent ta' żoni ta' trażżin ukoll f'partijiet oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li t-tneħħija tal-pjanti tapplika għaż-żona ta' trażżin kollha kemm hi fejn l-organiżmu speċifikat ikun instab li kien preżenti abbażi ta' stħarriġiet uffiċjali. Madankollu, sabiex ikun protett il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet uffiċjali jsiru tal-inqas fil-prossimità ta' siti ta' produzzjoni awtorizzati għall-moviment tal-pjanti speċifikati 'l barra miż-żoni demarkati, qrib is-siti ta' pjanti b'valur kulturali, soċjali u xjentifiku, u f'żoni fi ħdan iż-żona infettata li tinsab 20 km 'il bogħod mill-konfini ta' dik iż-żona infettata. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma japplikax fil-każ ta' gżejjer li jkunu kkostitwiti kompletament minn żoni ta' trażżin u li jinsabu aktar minn 10 km lejn l-eqreb l-art fit-territorju tal-Unjoni, minħabba li dawn il-gżejjer huma fi kwalunkwe każ iżolati fiżikament. |
(16) |
Minħabba r-riskju fitosanitarju baxx kif ivvalutat mill-EFSA f'Marzu 2016 (5), huwa xieraq li jkun awtorizzat il-moviment ta' pjanti speċifikati li jappartjenu għal varjetajiet ippruvati li mhumiex suxxettibbli għal subspeċi waħda jew aktar tal-organiżmu speċifikat, 'il barra miż-żoni demarkati mingħajr passaporti tal-pjanti mħejjija u maħruġa skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (6). |
(17) |
Abbażi tal-kapaċità tat-tixrid tal-insetti vetturi, huwa xieraq u iktar proporzjonat li jiġi awtorizzat il-moviment ta' pjanti speċifikati mis-siti tal-produzzjoni mdawra minn żona b'wisa' ta' 100 metru li tkun ġiet soġġetta għal spezzjonijiet darbtejn fis-sena u fejn il-pjanti kollha li nstabu li għandhom is-sintomi, jew li kienu infettati mill-organiżmu speċifikat, tneħħew immedjatament. Għal raġunijiet ta' konsistenza, jenħtieġ li tapplika regola simili għas-siti tal-produzzjoni f'pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza tal-organiżmu speċifikat. |
(18) |
L-esperjenza wriet li s-siti tal-produzzjoni fejn jitkabbru l-pjanti ospitanti 'l barra miż-żoni demarkati, huma soġġetti għal spezzjonijiet annwali, u, fil-każ ta' sintomi, soġġetti għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar sabiex ikun żgurat livell għoli ta' fiduċja rigward l-assenza tal-organiżmu speċifikat. Għalhekk, u biex jiġi żgurat livell armonizzat ta' protezzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu adottati r-rekwiżiti rispettivi għal dawn is-siti. |
(19) |
Ġie ppruvat li l-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb jiġu infettatti b'rata rikorrenti mill-organiżmu speċifikat u jagħtu lok b'mod faċli għat-tixrid tal-marda fl-Unjoni. Għalkemm l-attivitajiet tat-“trace-back” għadhom għaddejjin sabiex jikkonfermaw fuq il-bażi prekawzjonarja, is-sors tal-pjanti infettati misjuba fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-pjanti speċifikati jitkabbru biss f'siti li huma soġġetti għal spezzjoni uffiċjali annwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar sabiex l-assenza tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata. Minħabba li dawk il-pjanti huma aktar suxxettibbli mill-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li l-preżenza ta' dak l-organiżmu tiġi identifikata fuq il-bażi ta' mill-inqas żewġ testijiet pożittivi, li minnhom mill-inqas wieħed jeħtieġ ikun test molekulari, kif elenkat fil-bażi tad-dejta rispettiva tal-Kummissjoni. |
(20) |
Jenħtieġ li japplika rekwiżit simili għall-pajjiżi terzi fejn l-organiżmu speċifikat għad mhuwiex magħruf li tfaċċa. Barra minn hekk, jenħtieġ li meta jiċċaqalqu dawk il-pjanti fl-Unjoni, l-operaturi professjonisti jżommu rekords għal mill-anqas tliet snin sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà u s-segwitu tal-ispezzjonijiet kif xieraq. |
(21) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 tistabbilixxi dispożizzjonijiet stretti dwar il-moviment ta' ċerti speċijiet ta' pjanti (“pjanti ospitanti”) fl-Unjoni misjuba bħala infettati mill-iżolati Ewropej tal-organiżmu speċifikat. Dawk il-pjanti ospitanti huma soġġetti għal kundizzjonijiet stretti, anki jekk huma qatt ma tkabbru f'żona demarkata. |
(22) |
Fl-istess ħin, bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 (7), ingħatat awtorizzazzjoni temporanja lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja, li tippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta' pjanti omm prebażiċi u ta' materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE (8), u li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti. Bosta minn dawk is-speċijiet, partikolarment Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus × P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica × P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley huma magħrufin li huma suxxettibbli għall-iżolati Ewropej u mhux Ewropej tal-organiżmu speċifikat elenkati bħala “pjanti speċifikati” fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789. |
(23) |
Minħabba t-theddid emerġenti mill-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta' dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku, li jidderoga mill-kundizzjoni tat-tkabbir fejn ma jkunx protett mill-insetti, jenħtieġ li tiġi kkomplementata minn garanziji fitosanitarji alternattivi, anki jekk il-pjanti ma jinsabux f'żona demarkata skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789. |
(24) |
Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku li huma soġġetti għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/167 jiċċaqalqu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. L-għan hu li jiġi ggarantit li dawk il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku, kif ukoll il-materjal ta' propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti, ikunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku kkonċernati jkunu soġġetti għal spezzjoni viżwali, għat-teħid ta' kampjuni u għall-ittestjar molekulari sabiex tiġi żgurata l-assenza tal-organiżmu speċifikat, filwaqt li jiġi ppreservat l-istatus tas-saħħa ta' dawk il-pjanti u dak il-materjal matul il-proċess ta' propagazzjoni. |
(25) |
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-ispeċijiet kollha tal-pjanti li mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala pjanti speċifikati, jiġu inklużi fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. |
(26) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 tiġi emendata skont dan. |
(27) |
Sabiex l-operaturi professjonisti u l-korpi uffiċjali responsabbli jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti dwar il-moviment tal-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jenħtieġ li d-dispożizzjoni rispettiva tapplika mill-1 ta' Marzu 2018. |
(28) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Stħarriġiet dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri u l-identifikazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom fuq il-pjanti speċifikati. Dawk l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jikkonsistu minn eżamijiet viżivi u, fil-każ ta' xi suspett ta' infezzjoni mill-organiżmu speċifikat, minn ġbir ta' kampjuni u ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajbin, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa matul is-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat permezz ta' spezzjoni viżwali, ta' teħid ta' kampjuni u ta' ttestjar. Dawk l-istħarriġiet għandhom iqisu l-evidenza xjentifika u teknika disponibbli, il-bijoloġija tal-organiżmu speċifikat u tal-vetturi tiegħu, il-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti speċifikati, u kwalunkwe tagħrif ieħor xieraq, dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat. Huma għandhom iqisu wkoll il-linji gwida tekniċi għall-istħarriġ tal-Xylella fastidiosa pprovduta fuq is-sit web tal-Kummissjoni (*1). 2. Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni għajr iż-żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv ieħor. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu u għandhom jimmiraw il-partijiet differenti tal-ġenomu. Il-preżenza tal-organiżmu speċifikat f'żoni demarkati, għandha tiġi skrinjata permezz ta' test molekulari wieħed, u fil-każ ta' riżultati pożittivi, il-preżenza tiegħu għandha tiġi identifikata billi jitwettaq, f'konformità mal-istandards internazzjonali, mill-inqas test molekulari pożittiv wieħed. Dawk it-testijiet għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni ta' testijiet għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu. 3. Il-Kummissjoni għandha tmexxi u taġġorna l-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2 u għandha tipprovdi l-aċċess pubbliku għalih. It-testijiet elenkati f'dik il-bażi tad-dejta għandhom jinqasmu f'żewġ kategoriji, skont l-adegwatezza tagħhom għall-identifikazzjoni tal-organiżmu speċifikat u s-subspeċijiet tiegħu fiż-żoni demarkati u f'żoni għajr iż-żoni demarkati. (*1) “Guidelines for the survey of Xylella fastidiosa (Wells et al.) in the Union territory” http://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/ph_biosec_legis_guidelines_xylella-survey.pdf”" |
(2) |
Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Wara talba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni u għandhom jgħarrfu lill-operaturi professjonisti rilevanti kollha billi jippubblikawhom fuq l-internet.” |
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 5 il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tal-pjanti ospitanti fi ħdan iż-żoni infettati elenkati fl-Anness II fejn il-miżuri ta' trażżin skont l-Artikolu 7 jiġu applikati, ħlief fiż-żona ta' 20 km msemmija fl-Artikolu 7(7)(c). Meta jingħataw dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti preferenza lill-pjanti ospitanti li jappartjenu għall-varjetajiet ivvalutati bħala reżistenti jew tolleranti għall-organiżmu speċifikat.” |
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
Fl-Artikolu 16, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-ispeċijiet Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu tkabbru f'sit li huwa soġġett għal spezzjoni uffiċjali annwali, bit-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat u f'konformità mal-istandards internazzjonali, li jikkonfermaw l-assenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta' skema ta' teħid ta' kampjuni li tista' tidentifika b'affidabbiltà ta' 99 %, il-livell ta' preżenza ta' pjanti infettati ta' 5 %, u li timmira l-pjanti sintomatiċi, kif ukoll il-pjanti asintomatiċi fil-prossimità ta' dawk sintomatiċi.” |
(10) |
Fl-Artikolu 17(4), il-punti (c), (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(11) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
(12) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. |
(13) |
Jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Applikazzjoni differita
Il-punt 7(c) tal-Artikolu 1 fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(8) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2018.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 77).
(4) EFSA Journal 2015;13(1):3989, 262 pp., doi:10.2903/j.efsa.2015.3989
(5) EFSA Journal 2016; 14(10):4601, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4601
(6) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/167 tat-30 ta' Jannar 2017 li temporanjament tawtorizza lill-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lil Franza u lil Spanja biex jiċċertifikaw il-pjanti omm prebażiċi u l-materjal prebażiku ta' speċijiet speċifiċi ta' pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE, li jkunu prodotti f'għalqa f'kundizzjonijiet fejn ma jkunux protetti mill-insetti (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 143).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f'ordni alfabetika:
|
(2) |
L-entrati li ġejjin huma mħassra:
|
ANNESS II
ANNESS II
Żoni infettati kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) li huma żoni tat-trażżin fit-tifsira tal-Artikolu 7(1)
PARTI A
Iż-żona infettata fl-Italja
Iż-żona infettata tal-Italja tinkludi ż-żoni li ġejjin:
1. |
Il-provinċja ta' Lecce |
2. |
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Brindisi:
|
3. |
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:
|
PARTI B
Iż-żona infettata fi Franza
Iż-żona infettata fi Franza tinkludi ż-żona li ġejja:
Ir-reġjun ta' Korsika
PARTI C
Iż-żona infettata fi Spanja
Iż-żona infettata fi Spanja tinkludi ż-żona li ġejja:
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi
ANNESS III
ANNESS III
Varjetajiet ta' pjanti speċifikati li mhumiex suxxettibbli għar-razza rispettiva tas-subspeċi tal-organiżmu speċifikat, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1)
Varjetajiet |
Speċjijiet ta' varjetajiet |
Subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat |
Cabernet sauvignon |
Vitis vinifera L. |
Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53 |
Negroamaro |
Vitis vinifera L. |
Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53 |
Primitivo |
Vitis vinifera L. |
Xylella fastidiosa subsp. pauca ST 53 |