This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0259
Commission Implementing Decision (EU) 2017/259 of 13 February 2017 concerning certain revised performance targets and appropriate measures included in the national or functional airspace block plans submitted pursuant to Regulation (EC) No 549/2004 of the European Parliament and of the Council that are not adequate in respect to the Union-wide performance targets for the second reference period and setting out obligations for corrective measures (notified under document C(2017) 729) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/259 tat-13 ta' Frar 2017 dwar ċerti miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li m'humiex adekwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi (notifikata bid-dokument C(2017) 729) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/259 tat-13 ta' Frar 2017 dwar ċerti miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li m'humiex adekwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi (notifikata bid-dokument C(2017) 729) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0729
ĠU L 38, 15.2.2017, p. 76–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/76 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/259
tat-13 ta' Frar 2017
dwar ċerti miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li m'humiex adekwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi
(notifikata bid-dokument C(2017) 729)
(It-testi bil-Franċiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Malti, bl-Olandiż u bit-Taljan u biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali (“FAB”), inklużi miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-FABs, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) tiegħu. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. |
(2) |
Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019) ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (3). |
(3) |
Fit-2 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/347 (4) dwar l-inkonsistenza bejn ċerti miri inklużi fil-pjani inizjali tal-prestazzjoni u l-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha, u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri. Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u ħtieġet reviżjonijiet tal-miri fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tal- kapaċità u/jew tal-kosteffiċjenza. |
(4) |
Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Repubblika Slovakka kollha ppreżentaw sat-2 ta' Lulju 2015 il-pjani nazzjonali riveduti jew il-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali inklużi l-miri riveduti tal-prestazzjoni. Fl-4 ta' Frar 2016, Spanja u l-Portugall issottomettew emenda għall-pjan tal-blokk tal-ispazju funzjonali tal-ajru b'aktar miri riveduti tal-prestazzjoni. |
(5) |
Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li huwa inkarigat biex jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, issottometta l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fil-15 ta' Ottubru 2015. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni riveduti fir-rigward tal-konsistenza tagħhom mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha saret billi ntużaw l-istess kriterji ta' valutazzjoni u metodoloġiji li kienu ntużaw fil-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni sottomessi inizjalment u billi ġew ikkunsidrati miżuri xierqa meħuda mill-Istati Membri kkonċernati fejn kien possibbli, biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri ta' prestazzjoni u l-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
(7) |
Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri riveduti sottomessi mill-Istati Membri għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulat mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit fl-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk (2014-2018/2019) (“Il-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk”). Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri sottomessi mill-Belġju, il-Lussemburgu, Franza, il-Ġermanja, u n-Netherlands fir-rigward tal-FABEC, minn Ċipru, il-Greċja, l-Italja, u Malta fir-rigward tal-Blue Med FAB, ma ġewx riveduti u mhumiex konformi mal-valuri ta' referenza rispettivi u għalhekk mhumiex konsistenti mal-mira rilevanti tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Barra minn hekk, il-miżuri xierqa meħuda mill-Istati Membri elenkati f'din il-premessa mhumiex biżżejjed billi ma għandhomx kalendarju konkret b'riżultati speċifiċi u, għalhekk, mhumiex adegwati f'dak li jirrigwarda r-reviżjoni tal-miri li għandhom jinkisbu. |
(8) |
Dwar il-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route mibgħuta mill-Istati Membri skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 b'mod konġunt mal-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), l-għadd ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route b'paragun ma' Stati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili. Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti ppreżentati minn Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands fir-rigward tal-FABEC għadhom mhumiex konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha, għar-raġunijiet ta' hawn taħt. Barra minn hekk, il-miżuri xierqa meħuda mill-Istati Membri elenkati f'din il-premessa mhumiex biżżejjed billi ma għandhomx kalendarju konkret b'riżultati speċifiċi u, għalhekk, mhumiex adegwati f'dak li jirrigwarda r-reviżjoni tal-miri li għandhom jinkisbu. |
(9) |
Fil-każ ta' Franza, il-miri tagħha huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza b'medja ta' 1,1 % fis-sena. Dan huwa ferm inqas mit-tnaqqis immirat tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha matul it-tieni perjodu ta' referenza (– 3,3 % fis-sena). Minbarra dan, matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ma jonqsux skont it-tendenza tal-Unjoni (– 0,4 % meta mqabbel ma' – 1,7 %). Il-mira għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati ppjanati għal kull unità en route li huma daqs il-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route tal-Istati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili għal dak ta' Franza, iżda li huma madwar 22 % ogħla mill-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-2019. Barra minn hekk, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route fl-2015 huma 7,9 % ogħla mill-ispejjeż reali fl-2014. Minbarra dan, fir-reviżjoni tal-miri, Franza ma naqqsitx l-ispejjeż iddeterminati en route tagħha u żiedet biss it-traffiku previst espress f'unitajiet ta' servizz. |
(10) |
Fil-każ tal-Ġermanja, il-miri tagħha huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza b'medja ta' 3,5 % fis-sena. Dan huwa ftit iktar mit-tnaqqis immirat tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha matul it-tieni perjodu ta' referenza (– 3,3 % fis-sena). Madankollu, matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ma jonqsux skont it-tendenza tal-Unjoni (– 0,8 % meta mqabbel ma' – 1,7 %). Il-mira għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati ppjanati għal kull unità en route fl-2019 li huma sostanzjalment ogħla (+ 12,6 %) mill-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route tal-Istati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili għal dak tal-Ġermanja u madwar 34 % ogħla mill-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-2019. Barra minn hekk, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route fl-2015 huma 3,9 % ogħla mill-ispejjeż reali fl-2014. |
(11) |
Fil-każ tan-Netherlands, il-miri tagħha hija bbażata fuq tnaqqis ippjanat tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza b'medja ta' 0,4 % fis-sena biss. Dan huwa ferm inqas mit-tnaqqis immirat tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha matul it-tieni perjodu ta' referenza (– 3,3 % fis-sena). Minbarra dan, matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ma jonqsux skont it-tendenza tal-Unjoni (– 0,2 % meta mqabbel ma' – 1,7 %). Il-mira għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati ppjanati għal kull unità en route li huma ftit ogħla (+ 1,3 %) mill-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route tal-Istati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili għal dak tan-Netherlands u madwar 19 % ogħla mill-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-2019. Barra minn hekk, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route fl-2015 huma 3,4 % ogħla mill-ispejjeż reali fl-2014. Minbarra dan, fir-reviżjoni tal-miri tagħha, in-Netherlands ma naqqsitx l-ispejjeż iddeterminati en route tagħha u lanqas ma żiedet it-traffiku previst espress f'unitajiet ta' servizz. |
(12) |
Għaldaqstant huwa xieraq li l-Kummissjoni toħroġ Deċiżjoni dwar il-miżuri korrettivi neċessarji li jridu jiġu adottati mill-Istati Membri kkonċernati biex jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom jipproponu miri tal-prestazzjoni riveduti, li jindirizzaw l-inkonsistenzi identifikati f'din id-Deċiżjoni. Suġġerimenti għal miżuri xierqa bħal dawn għandhom jiġu speċifikati, f'konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 390/2013, fid-dawl tar-raġunijiet għan-nuqqasijiet identifikati u l-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, barra milli jadottaw miżuri korrettivi, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-elementi li juru l-konsistenza tagħhom ma' din id-Deċiżjoni. It-tnejn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni. |
(13) |
Sabiex jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, għandu jiġi żgurat li l-miżuri korrettivi jwasslu għal miri tal-prestazzjoni riveduti li jkunu konformi mal-valuri ta' referenz għall-kapaċità a tal-FAB stabbiliti fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk. B'mod partikolari, dan jinkludi dawn iċ-ċentri ta' kontroll tal-erja (ACC): Maastricht UAC (il-Ġermanja, il-Belġju, il-Lussemburgu, in-Netherlands), Bordeaux, Brest, Marseille u Reims (Franza) fir-rigward tal-FABEC, Nikosija (Ċipru), Ateni u Makedonia (il-Greċja) fir-rigward tal-Blue Med FAB. |
(14) |
Sabiex jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, għandu jkun żgurat li l-miżuri korrettivi jwasslu għal miri riveduti ta' prestazzjoni. |
(15) |
Il-Kumitat dwar Ajru Uniku ma ressaqx opinjoni. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta' appell ma ma ressaqx opinjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri tal-prestazzjoni li jikkonċernaw l-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza, elenkati fl-Anness I, u l-miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet riveduti tal-prestazzjoni ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 mhumiex adegwati skont il-miri tal-prestazzjoni tal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/132/UE.
Artikolu 2
Il-Belġju, il-Lussemburgu, Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands fir-rigward tal-FABEC, Ċipru, l-Italja, il-Greċja u Malta fir-rigward tal-Blue Med FAB se jieħdu miżuri korrettivi fir-rigward tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, b'kont meħud tas-suġġerimenti mniżżla fil-Parti A tal-Anness II.
Artikolu 3
Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands fir-rigward tal-FABEC, se jieħdu miżuri korrettivi fir-rigward tal-miri tal-prestazzjoni fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, b'kont meħud tas-suġġerimenti mniżżla fil-Parti B tal-Anness II.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(3) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal- 11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).
(4) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/347 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 48).
ANNESS I
Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza
Qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità
Dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route f'min/titjira
STAT MEMBRU |
FAB |
MIRA TAL-FAB GĦALL-KAPAĊITÀ ENROUTE |
||||
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
||
Il-Belġju/Il-Lussemburgu |
FAB KE |
0,48 |
0,49 |
0,48 |
0,47 |
Konsistenti (0,43) |
Franza |
||||||
Il-Ġermanja |
||||||
In-Netherlands |
||||||
[L-Izvizzera] |
||||||
Ċipru |
Blue Med |
0,35 |
0,36 |
0,37 |
0,37 |
0,38 |
Il-Greċja |
||||||
L-Italja |
||||||
Malta |
Qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza
Spjega:
Indikatur |
Entrata |
Unitajiet |
(A) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En route |
(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali) |
(B) |
Rata tal-inflazzjoni |
(%) |
(C) |
Indiċi tal-inflazzjoni |
(100 = 2009) |
(D) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En route |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
(E) |
Total ta' Unitajiet tas-Servizzi En route |
(TSUs) |
(F) |
Spiża Iddeterminata għal Kull Unità En route (DUC) |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
FAB KE
Żona tal-Imposti: Franza — Munita: EUR |
|||||
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
(A) |
1 290 640 175 |
1 296 576 851 |
1 328 676 964 |
1 340 098 296 |
1 343 820 915 |
(B) |
0,1 % |
0,8 % |
1,1 % |
1,2 % |
1,5 % |
(C) |
108,2 |
109,1 |
110,3 |
111,7 |
113,3 |
(D) |
1 192 625 922 |
1 188 249 284 |
1 204 538 004 |
1 200 012 085 |
1 186 146 439 |
(E) |
18 662 000 |
19 177 000 |
19 300 000 |
19 526 000 |
19 759 000 |
(F) |
63,91 |
61,96 |
62,41 |
61,46 |
60,03 |
Żona tal-Imposti: Il-Ġermanja — Munita: EUR |
|||||
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
(A) |
1 069 142 223 |
1 039 589 465 |
1 036 418 901 |
1 036 540 416 |
1 035 149 924 |
(B) |
1,4 % |
1,6 % |
1,7 % |
1,7 % |
1,7 % |
(C) |
109,9 |
111,7 |
113,6 |
115,5 |
117,5 |
(D) |
972 517 385 |
930 743 590 |
912 394 284 |
897 248 041 |
881 066 280 |
(E) |
12 801 000 |
13 057 000 |
13 122 000 |
13 242 000 |
13 365 000 |
(F) |
75,97 |
71,28 |
69,53 |
67,76 |
65,92 |
Żona tal-Imposti: Il-Pajjiżi l-Baxxi — Munita: EUR |
|||||
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
(A) |
184 921 748 |
184 103 594 |
187 392 113 |
194 163 267 |
198 569 117 |
(B) |
1,00 % |
1,24 % |
1,44 % |
1,49 % |
1,51 % |
(C) |
110,6 |
112,0 |
113,6 |
115,3 |
117,0 |
(D) |
167 178 324 |
164 400 112 |
164 961 239 |
168 412 538 |
169 672 018 |
(E) |
2 806 192 |
2 825 835 |
2 845 616 |
2 874 072 |
2 902 813 |
(F) |
59,57 |
58,18 |
57,97 |
58,60 |
58,45 |
ANNESS II
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi
A. Qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità
Dawn li ġejjin huma suġġerimenti għal miżuri korrettivi fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità fil-livell ta' Ċentru ta' Kontroll tal-Erja (ACC) sabiex jiġu indirizzati r-raġunijiet sottostanti għal nuqqas ta' kapaċità.
BlueMed FAB
Ċipru (ACC Nicosia)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: Użu inflessibbli tal-persunal, kapaċitajiet tas-settur baxxi, nuqqas ta' flessibilità fil-konfigurazzjonijiet tas-settur, nuqqas ta' flessibilità fis-skema tal-ftuħ, nuqqas li jiġu implimentati bis-sħiħ il-miżuri ppjanati għat-titjib tal-pjan tal-kapaċità.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Titħaffef l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida għall-organizzazzjoni ta' fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSP); |
2. |
It-twettiq tal-ippjanar mill-ġdid biex tiġi pprovduta l-kapaċità meħtieġa billi jitqiesu:
|
3. |
Implimentazzjoni ta':
|
4. |
Titjib tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u tat-tekniki fl-amministrazzjoni tal-kapaċità (ATFCM); |
Fil-pjan tal-prestazzjoni tiegħu Ċipru indika li titjib fil-prestazzjoni inġenerali ma jseħħx sakemm ma jkunux fis-seħħ il-bidliet istituzzjonali meħtieġa għall-istabbiliment ta' sistema ġdida ta' organizzazzjoni tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSP) u għalhekk qed jiġi ssuġġerit li Ċipru jistabbilixxi dawn il-bidliet malajr kemm jista' jkun.
Il-Greċja (ACCs Ateni u Makedonia)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: In-nuqqas ta' investimenti fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), in-nuqqas ta' reklutaġġ ATCO.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
L-implimentazzjoni ta' miżuri biex titjieb il-prestazzjoni billi tiġi kkunsidrata s-separazzjoni tal-entità ANSP minn mal-gvern; |
2. |
Riorganizzazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jippermettu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni f'waqthom ta' pjan operattiv u r-reklutaġġ ta' persunal; |
3. |
Il-ħolqien ta' pjan ta' ristrutturar komprensiv biex jiġu implimentati tekniki ġodda li jtejbu l-flessibbiltà, bidliet fil-konfigurazzjoni staġunali u skedar iktar flessibbli. |
FAB EC
Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Lussemburgu, in-Netherlands (ACC Maastricht UAC)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: In-nuqqas ta' kapaċità f'Livell ta' Grupp Settorjali wara bidliet mhux mistennija f'xejriet tat-traffiku fl-2015; tkabbir fil-kapaċità li jirriżulta minn proġetti tal-ispazju tal-ajru tal-FABEC x'aktarx li mhux se jseħħ matul il-perjodu tal-ippjanar.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Taħriġ iktar intensiv tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru ATCO li jippermetti allinjament aħjar bejn id-domanda tat-traffiku u l-ħinijiet tal-ftuħ fiil-Livell tal-Grupp taas-Settur. |
2. |
Żvilupp u implimentazzjoni ta' proposti ta' tqegħid fis-settur mill-ġdid; |
3. |
Implementazzjoni ta' titjib ippjanat fis-sistema tal-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru (ATM). |
Franza (ACC Bordeaux)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: It-taħriġ u l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida ATM — ERATO.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Tekniki ATFCM imtejba; |
2. |
Pjan ta' Tranżizzjoni Flessibbli għas-sistema l-ġdida tal-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru (ATM), koordinati ma' maniġer tan-netwerk, sabiex jiġu inklużi miżuri ta' mitigazzjoni xierqa li jnaqqsu t-telf. |
Franza (ACC Brest)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: It-taħriġ u l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida tal-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru (ATM) — ERATO. It-tqegħid f'setturi u skemi settorjali ta' ftuħ li jistgħu jiġu adattati aħjar għad-domanda tat-traffiku.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
L-implimentazzjoni ta' proposti għat-tqegħid f'settur mill-ġdid; |
2. |
Skedar ta' xogħol flessibbli li jippermetti allinjament aħjar bejn id-domanda tat-traffiku u l-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur; |
3. |
Konfigurazzjonijiet flessibbli tal-ftuħ, skont il-flussi tat-traffiku; |
4. |
Tekniki ATFCM imtejba. |
Franza (ACC Marsilja)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: Nuqqas ta' kapaċità fi tmiem il-ġimgħa minħabba skemi ta' ftuħ settorjali inadattati, nuqqas ta' taħriġ u implimentazzjoni tas-sistema ġdida tal-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru (ATM) — 4Flight (2017–2019).
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Skedar ta' xogħol flessibbli li jippermetti allinjament aħjar bejn id-domanda tat-traffiku u l-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa; |
2. |
Konfigurazzjonijiet flessibbli tal-ftuħ, skont il-flussi tat-traffiku; |
3. |
Tekniki ATFCM imtejba; |
4. |
Azzjoni għad-disinjar tar-rotot u t-tqegħid f'setturi, b'attenzjoni partikolari fuq l-interfaċċja mal-ACC ta' Barċellona; |
5. |
Pjan ta' Tranżizzjoni Flessibbli għas-sistema l-ġdida ATM, ikkoordinat ma' Maniġer tan-Netwerk, sabiex jiġu inklużi miżuri ta' mitigazzjoni xierqa. |
Franza (ACC Reims)
Raġunijiet għal nuqqas ta' kapaċità: It-taħriġ u l-implimentazzjoni tas-sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) — 4Flight (2017–2019), distribuzzjoni tat-traffiku b'domanda ogħla tat-traffiku fuq l-iqsar rotot, in-nuqqas ta' prevedibbiltà tad-domanda tat-traffiku f'ċerti setturi.
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Azzjonijiet għad-disinn tar-rotot u t-tqegħid f'setturi; |
2. |
Skedar ta' xogħol flessibbli li jippermetti allinjament aħjar bejn id-domanda tat-traffiku u l-ħinijiet tal-ftuħ tas-settur; |
3. |
Konfigurazzjonijiet flessibbli tal-ftuħ, skont il-flussi tat-traffiku; |
4. |
Tekniki ATFCM imtejba; |
5. |
Pjan ta' Tranżizzjoni Flessibbli għas-sistema l-ġdida ATM, ikkoordinat ma' Maniġer tan-Netwerk, sabiex jiġu inklużi miżuri ta' mitigazzjoni xierqa. |
L-aġġornamenti tas-sistema tal-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru (ATM) fi Franza huma meħtieġa għal titjib fuq medda twila ta' żmien u huwa għalhekk issuġġerit li Franza itejjeb il-prestazzjoni permezz ta' ppjanar aħjar ta' implimentazzjoni gradwali tas-sistema l-ġdida.
B. Qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza
Dawn li ġejjin huma suġġerimenti għal miżuri korrettivi fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza li jistgħu jiġu implimentati fi żmien qasir, waqt li jitqiesu l-interdipendenzi mal-bqija tal-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin kif ukoll il-kapaċitajiet ta' investiment essenzjali fil-livell tas-sistema. Is-suġġerimenti huma bbażati fuq tliet konsiderazzjonijiet ta' titjib, jiġifieri l-previżjoni tat-traffiku, ir-rata ta' dħul fuq il-kapital u r-rata ta' imgħax fuq id-dejn.
Franza
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Traffiku: F'Lulju 2015, meta mqabbel mal-informazzjoni pprovduta fl-ewwel pjan ta' prestazzjoni, Franza diġà żiedet it-traffiku ppjanati tul RP2 (b'medja ta' + 2,9 %), biex b'hekk it-tbassir tat-traffiku ppjanat ġie skont ix-xenarju low-case STATFOR ta' Frar 2015. Madankollu, abbażi tat-traffiku reali tal-2015 u l-aħħar previżjoni pprovduta minn STATFOR ta' Frar 2016, huwa ssuġġerit li t-traffiku ppjanat jiżdied biex jirrifletti l-aħħar informazzjoni disponibbli. |
2. |
Ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn: Franza assumiet rata ta' imgħax fuq id-dejn ta' 2,7 % għall-ANSP (DSNA) fuq RP2. Madankollu, il-kundizzjonijiet monetarji evolvew b'mod sinifikanti. Attwalment, rati tal-imgħax ta' bonds tal-gvern “fit-tul” mingħajr riskju għal Franza huma storikament baxxi u bbażati fuq id-dejta tal-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rata armonizzata fit-tul hija inqas minn 1 %. Barra minn hekk, DSNA mhijiex entità korporatizzata u d-dejn tagħha (u l-primjum tar-riskju assoċjat) jista' jiġi assimilat mill-qrib mar-rata ta' referenza fit-tul tal-gvern. Huwa għalhekk issuġġerit li Franza tuża rata ta' interessi iktar baxxa biex taħdem l-ispiża DSNA tal-kapital. |
Li taġġusta t-traffiku ppjanat għall-2018 u l-2019 u li tillimita l-massimu tar-rata tal-imgħax fuq id-dejn, pereżempju, b'rata ta' 1,5 % għas-snin 2018 u 2019 jirriżulta f'xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza ta' – 2,2 % fis-sena, li jkun eqreb lejn it-tendenza fl-Unjoni kollha (– 3,3 % fis-sena) u x-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza ta' – 1,1 % fis-sena, li jkun eqreb lejn il-mira tal-Unjoni kollha (– 1,7 % fis-sena).
Il-Ġermanja
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
Traffiku: F'Lulju 2015, meta mqabbel mal-informazzjoni pprovduta fl-ewwel pjan ta' prestazzjoni, il-Ġermanja diġà żiedet it-traffiku ppjanat tul RP2 (b'medja ta' + 2,7 %), biex b'hekk it-tbassir tat-traffiku ppjanat ġie skont ix-xenarju low-case STATFOR għal Frar 2015. Madankollu, abbażi tat-traffiku reali tal-2015 u l-aħħar previżjoni pprovduta minn STATFOR (Frar 2016), huwa ssuġġerit li t-traffiku ppjanat jiżdied biex jirrifletti l-aħħar informazzjoni disponibbli.
Barra minn din il-miżura fuq perjodu ta' żmien qasir, huwa rikonoxxut li l-Ġermanja kienet investiet sostanzjalment mill-ġdid f'ANSP tagħha għat-tieni perjodu ta' referenza. Madankollu, hemm riskju ta' żidiet sinifikanti fl-ispejjeż fi tmiem it-tieni perjodu ta' referenza u għalhekk huwa ssuġġerit li l-Ġermanja tikkunsidra miżuri fit-tul li jindirizzaw l-ispejjeż bażiċi moħbija li jaf iwasslu, pereżempju, għal xejra fl-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza ta' – 1,5 % fis-sena, li hija eqreb lejn il-mira tal-Unjoni kollha (– 1,7 % fis-sena).
In-Netherlands
Suġġerimenti għal miżuri korrettivi:
1. |
Traffiku: F'Lulju 2015, meta mqabbel mal-informazzjoni pprovduta fl-ewwel pjan ta' prestazzjoni, iln-Netherlands ma rrevedietx it-tkabbir tat-traffiku ppjanat matul RP2, li kien ibbażata fuq ix-xenarju baxx STATFOR ta' Frar 2015. Abbażi tat-traffiku reali tal-2015 u l-aħħar previżjoni pprovduta minn STATFOR (Frar 2016), huwa ssuġġerit li t-traffiku ppjanat jiżdied biex jirrifletti l-aħħar informazzjoni disponibbli. |
2. |
Ir-rata tal-imgħax fuq id-dejn: In-Netherlands assuma rata ta' imgħax fuq dejn ta' 3,2 % għall-2019 għal ANSP tiegħu (LVNL). Madankollu, il-kundizzjonijiet monetarji evolvew b'mod sinifikanti. Attwalment, ir-rati tal-imgħax ta' bonds tal-gvern “fit-tul” għan-Netherlands huma storikament baxxi u bbażati fuq id-dejta tal-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rata armonizzata fit-tul hija ferm inqas minn 1 %. Huwa għalhekk issuġġerit li n-Netherlands tuża rata ta' interessi iktar baxxa biex taħdem l-ispiża LNVL tal-kapital. |
Li taġġusta t-traffiku ppjanat għall-2018 u l-2019 u li tillimita l-massimu tar-rata tal-imgħax fuq id-dejn, pereżempju, b'rata ta' 3,0 % għas-snin 2018 u 2019 jirriżulta f'xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza ta' – 2,5 % fis-sena, li jkun eqreb lejn it-tendenza fl-Unjoni kollha (– 3,3 % fis-sena) u x-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza ta' – 1,5 % fis-sena, li jkun eqreb lejn il-mira tal-Unjoni kollha (– 1,7 % fis-sena).