This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0036
Decision (EU) 2017/2239 of the European Central Bank of 16 November 2017 amending Decision (EU) 2016/2247 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2017/36)
Deċiżjoni (UE) 2017/2239 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2247 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/36)
Deċiżjoni (UE) 2017/2239 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2247 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/36)
ĠU L 320, 6.12.2017, p. 18–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/18 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/2239 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2247 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/36)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(2) |
Jenħtieġ li l-qafas tar-rapportar finanzjarju tal-BĊE jiġi ċċarat sabiex jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji tiegħu jiġu ppreżentati skont l-istandards tal-kontabilità li huma aċċettati ġeneralment. |
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) hija emendata skont kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 25, huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej: “3. F'ċirkostanzi estremament rari fejn il-Kunsill Governattiv jikkonkludi li l-konformità ma' rekwiżit ta' din id-Deċiżjoni ma tirriżultax fi preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali, il-BĊE għandu jiddevdja minn dak ir-rekwiżit u jagħti r-raġunijiet fin-noti għall-kontijiet annwali”; |
2. |
L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
ASSI
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||||||||||||||
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u krediti biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew jew purity swaps fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
||||||||||||||||||||
2 |
Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
Krediti kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
|
||||||||||||||||||||
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
2.2 |
Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
3 |
Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4 |
Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
4.1 |
Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4.2 |
Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II) |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
5 |
Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) |
|
||||||||||||||||||||
5.1 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa. |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.2 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' kull xahar, u b'maturità itwal minn dik ta' operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.3 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.5 |
Faċilità ta' self marġinali |
Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.6 |
Krediti relatati ma' sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
6 |
Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u krediti oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Krediti u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
7 |
Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja |
Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta' rfinar |
|
||||||||||||||||||||
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità |
|
||||||||||||||||||||
8 |
Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro |
Krediti fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
||||||||||||||||||||
9 |
Krediti Intra-Eurosistema |
|
|
||||||||||||||||||||
9.1 |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Krediti intra-Eurosistema fil-konfront ta' banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Kost |
||||||||||||||||||||
9.2 |
Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2) |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
9.3 |
Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
10 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11 |
Assi oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti Euro |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment. Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
||||||||||||||||||||
11.3 |
Assi finanzjarji oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||||||||||||||
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||||||||||||||
11.6 |
Varji |
|
|
||||||||||||||||||||
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
PASSIV
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||
1 |
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni |
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
||||||||
2 |
Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
|
||||||||
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (l-“Istatut tas-SEBĊ”). Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
||||||||
2.2 |
Faċilità ta' depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
||||||||
2.3 |
Depożiti b'terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni |
Valur nominali |
||||||||
2.4 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
2.5 |
Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali |
Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali |
||||||||
3 |
Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi “Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
4 |
Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE |
Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
||||||||
5 |
Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-partita tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
6 |
Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
7 |
Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8 |
Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
|
|
||||||||
8.1 |
Depożiti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8.2 |
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
9 |
Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
10 |
Passiv Intra-Eurosistema |
|
|
||||||||
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro |
Valur nominali |
||||||||
10.2 |
Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
11 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro |
Valur nominali |
||||||||
12 |
Passiv ieħor |
|
|
||||||||
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||
12.3 |
Varji |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
13 |
Provvedimenti |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
14 |
Kontijiet ta' rivalutazzjoni |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
||||||||
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas |
Valur nominali |
||||||||
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati |
Valur nominali |
||||||||
16 |
Profitt għas-sena |
|
Valur nominali |
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).