This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2363
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2363 of 21 December 2016 amending Council Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2363 tal-21 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2363 tal-21 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
C/2016/8987
ĠU L 350, 22.12.2016, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 350/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2363
tal-21 ta' Diċembru 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi seba'-l entità mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, l-entrati li ġejjin jitħassru:
|
“63. |
IRAQI NATIONAL OIL COMPANY (INOC), inklużi s-sussidjarji u l-kumpaniji assoċjati tagħha: CENTRAL PETROLEUM ESTABLISHMENT; NORTHERN PETROLEUM ORGANISATION; SOUTHERN PETROLEUM ORGANISATION; STATE ESTABLISHMENT FOR EXPLORATION OF OIL AND GAS; GAS AND STATE ESTABLISHMENT OF OIL TANKERS. Indirizzi: (a) Jumhuriya Street, Khullani Square, P.O. Box, 476, Bagdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 1, Kirkuk, l-Iraq; (c) P.O. Box 240, Basrah, l-Iraq.” |
|
“80. |
MINISTRY OF OIL (L-IRAQ). Indirizz: P.O. Box 6178, Bagdad, l-Iraq.” |
|
“101. |
NORTH REFINERIES COMPANY. Indirizz: Baiji, l-Iraq.” |
|
“119. |
STATE COMPANY FOR OIL PROJECTS (magħrufa ukoll bħala STATE ORGANISATION FOR OIL PROJECTS). Indirizzi: (a) Ministry of Oil Complex, Port Said St., P.O. Box 198, Bagdad, l-Iraq; (B) P.O. Box 198, Sadoon St., Bagdad, l-Iraq.” |
|
“159. |
STATE ESTABLISHMENT FOR OIL REFINING AND GAS PROCESSING. Indirizz: P.O. Box 3069, Sa'doon St., Bagdad, l-Iraq.” |
|
“160. |
STATE ESTABLISHMENT FOR OIL TRAINING. Indirizz: P.O. Box, 6073, Al-Mansoor, Baghdad, l-Iraq.” |
|
“186. |
STATE ORGANISATION FOR OIL PRODUCTS AND GAS DISTRIBUTION (magħrufa ukoll bħala STATE ORGANISATION FOR DISTRIBUTION OF OIL PRODUCTS AND GAS). Indirizz: Indirizz: Khayam Cinema St., Southgate, P.O. Box 302, Baghdad, l-Iraq.” |