Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Council Implementing Regulation (EU) 2016/1735 of 29 September 2016 implementing Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1735 tad-29 ta' Settembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1735 tad-29 ta' Settembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 264, 30.9.2016, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) ĠU L 264, 30.9.2016, pp. 1–7
(FR)
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1735
tad-29 ta' Settembru 2016
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1)
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.
(2)
Żewġ persuni ma għandhomx jinżammu iktar fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (“il-lista”).
(3)
Jenħtieġ li titneħħa entrata duplikata mil-lista.
(4)
Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni li tirrigwarda ċerti persuni fuq il-lista.
(5)
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
It-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
Jitneħħew l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:
Nru 15
Hisham (
) Ikhtiyar (
,
,
) (magħruf ukoll bħala Al Ikhtiyar, Bikhtiyar, Bikhtyar, Bekhtyar, Bikhtiar, Bekhtyar);
Nru 74
Anisa (
) (magħrufa wkoll bħala Anissa, Aneesa, Aneessa) Al-Assad (
) (magħrufa wkoll bħala Anisah Al-Assad).
(2)
Titneħħa l-entrata li ġejja:
Nru 154
Maġġur Ġeneral Fahd (
) Jassem (
) Al Freij (
) (magħruf ukoll bħala Al-Furayj)
(3)
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
“Isem
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
1.
Houmam Jaza'iri (magħruf ukoll bħala Humam al- Jazaeri, Hammam al-Jazairi)
Twieled: 1977
Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani fil-poter wara Mejju 2011. Bħala Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tal-poplu Sirjan.
21.10.2014
2.
Maher (
) (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad (
)
Data tat-twelid: 8 ta' Diċembru 1967
Post tat-twelid: Damasku
Passaport diplomatiku Nru 4138
Maġġur Ġeneral tat-42 Brigata u eks-Kmandant Brigadier tar-Raba' Diviżjoni Armata tal-Armata
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' “Kurunell” u f'kariga ekwivalenti jew ogħla wara Mejju 2011; Maġġur Ġeneral tat-42 Brigata u eks-Kmandant Brigadier tar-Raba' Diviżjoni Armata tal-Armata. Membru tal-familja Assad; ħu l-President Bashar Al-Assad.
9.5.2011
4.
Atej (
) (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib (
) (magħruf ukoll bħala Najeeb)
Post tat-twelid: Jablah, is-Sirja
Eks-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Dara'a. Involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. Membru tal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad
9.5.2011
5.
Hafiz (
) Makhlouf (
) (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf)
Data tat-twelid: 2 ta' April 1971
Post tat-twelid: Damasku
Passaport diplomatiku Nru 2246
Eks-Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali, il-Fergħa ta' Damasku, fil-kariga wara Mejju 2011. Membru tal-familja Makhlouf; Kuġin tal-President Bashar Al-Assad.
9.5.2011
10.
Jamil (
) (magħruf ukoll bħala Jameel) Hassan (
) (magħruf ukoll bħala al-Hassan)
Twieled: 1953
Post tat-twelid: Homs, Sirja
Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana
Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
9.5.2011
13.
Ghassan Ahmed Ghannan (magħruf ukoll bħala Maġġur Ġeneral Ghassan Ghannan, Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)
Grad: Maġġur Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' “kurunell” u f'kariga ekwivalenti jew ogħla wara Mejju 2011. Maġġur Ġeneral u kmandant tal-155 Brigata tal-Missili. Assoċjat ma' Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu fl-155 Brigata tal-Missili. Bħala kmandant tal-155 Brigata tal-Missili, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili. Huwa responsabbli għall-isparar ta' Missili Scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013.
21.10.2014
45.
Munir (
) (magħruf ukoll bħala Mounir, Mouneer, Monir, Moneer, Muneer) Adanov (
) (magħruf ukoll bħala Adnuf, Adanof)
Twieled: 1951
Post tat-twelid: Homs, Sirja
Passaport: 0000092405
Kariga: Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ, Armata Sirjana
Grad: Logutenent Ġeneral, Armata Għarbija Sirjana
Uffiċjal fil-grad ta' Logutenent Ġeneral u Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Fil-kariga tiegħu bħala Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali kien involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
23.8.2011
56.
Ali (
) Abdullah (
) (magħruf ukoll bħala Abdallah) Ayyub (
) (magħruf ukoll bħala Ayyoub, Ayub, Ayoub, Ayob)
Kariga: Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Armata Għarbija Sirjana u l-Forzi Armati mit-18 ta' Lulju 2012 'l hawn
Grad: Ġeneral fl-Armata Għarbija Sirjana
Uffiċjal fil-grad ta' Ġeneral fl-Armata Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati Sirjani. Persuna li tappoġġa r-reġim ta' Assad u responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
14.11.2011
57.
Fahd (
) (magħruf ukoll bħala Fahid, Fahed) Jasim (
) (magħruf ukoll bħala Jasem, Jassim, Jassem) al-Furayj (
) (magħruf ukoll bħala Al-Freij)
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1950
Post tat-twelid: Hama, is-Sirja
Grad: Logutenent Ġeneral
Karigi: Ministru għad-Difiża, Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Armati Sirjani
Uffiċjal fil-grad ta' Ġeneral fl-Armata Sirjana. Viċi Kap Kmandant tal-Forzi Armati Sirjani. Ministeru għad-Difiża. Responsabbli għar-repressjoni u l-użu ta' vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
14.11.2011
62.
Zuhair (
) (magħruf ukoll bħala. Zouheir, Zuheir, Zouhair) Hamad (
)
Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja
Grad: Maġġur Ġeneral
Kariga attwali: Viċi Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (magħruf ukoll bħala; Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali) minn Lulju 2012
Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011. Viċi Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli għar-repressjoni, ksur tad-drittijiet tal-bniedem u vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
14.11.2011
71.
Bushra (
) Al-Assad (
) (magħruf ukoll bħala Bushra Shawkat, Bouchra Al Assad)
Data tat-twelid: 24.10.1960
Membru tal-familja Assad; oħt Bashar Al-Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.
23.3.2012
72.
Asma (
) Al-Assad (
) (magħrufa wkoll bħala Asma Fawaz Al Akhras)
Data tat-twelid: 11.8.1975
Post tat-twelid: Londra, ir-Renju Unit
Passaport nru 707512830, jiskadi fit-22.9.2020
Kunjom ta' xebba: Al Akhras
Membru tal-familja Assad u marbuta mill-qrib ma' figuri ewlenin tar-reġim; mart il-President Bashar Al-Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan, Bashar Al-Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.
23.3.2012
107.
Mohammad (
) (Mohamed, Muhammad, Mohammed) Ibrahim (
) Al-Sha'ar (
) (magħruf ukoll bħala Al-Chaar, Al-Shaar) (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)
Twieled: 1956
Post tat-twelid: Aleppo
Ministru għall-Intern fil-poter wara Mejju 2011. Bħala Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tal-poplu Sirjan.
1.12.2011
181.
Suleiman Al Abbas
Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali fil-poter wara Mejju 2011. Bħala Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tal-poplu Sirjan.
24.6.2014
185.
Ismael Ismael (magħruf ukoll bħala Ismail Ismail, jew Isma'Il Isma'il)
Twieled: 1955
Ministru tal-Gvern Sirjan fil-poter wara Mejju 2011; Ministru għall-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
193.
Suhayl (magħruf ukoll bħala Sohail, Suhail, Suheil) Hassan (magħruf ukoll bħala Hasan, al-Hasan, al-Hassan) magħruf bħala “It-Tigra” (magħruf ukoll bħala al-Nimr)
Twieled: 1970
Post tat-twelid: Jableh/Provinċja ta' Latakia, is-Sirja)
Grad: Maġġur Ġeneral
Kariga: Kmandant ta' Qawat al-Nimr (Tiger Forces)
Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fl-Armata Sirjana wara Mejju 2011. Kmandant tad-diviżjoni tal-armata magħrufa bħala “Forzi tat-Tigra”. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
23.7.2014
199.
Bayan Bitar (magħruf ukoll bħala Dr Bayan Al-Bitar)
Data tat-twelid: 8.3.1947
Indirizz: PO Box 11037 Damascus, Syria
Direttur Amministrattiv tal-Organisation for Technological Industries (OTI), u tas-Syrian Company for Information Technology (SCIT), li t-tnejn huma sussidjarji tal-Ministeru għad-Difiża Sirjan, li ġie ddeżinjat mill-Kunsill. L-OTI tassisti fil-produzzjoni ta' armi kimiċi għar-reġim Sirjan. Bħala Direttur Amministrattiv tal-OTI u tal-SCIT Bayan Bitar jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Minħabba r-rwol tiegħu fil-produzzjoni ta' armi kimiċi, huwa jaqsam ukoll ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan. Fid-dawl tal-kariga għolja tiegħu f'dawn l-entitajiet, huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati OTI u SCIT
7.3.2015
200.
Brigadier Ġenerali Ghassan Abbas
Data tat-twelid: 10.3.1960
Post tat-twelid: Homs
Indirizz: CERS, Centre d'Etude et de Recherche Scientifique (magħruf ukoll bħala SSRC, Scientific Studies and Research Centre; Centre de Recherche de Kaboun Barzeh Street, PO Box 4470, Damascus)
Maniġer tal-fergħa tas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC/CERS), li huwa ddeżinjat, fl-inħawi ta' Jumraya/Jmraiya. Huwa kien involut fil-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u fl-organizzazzjoni ta' attakki bl-armi kimiċi, inkluż f'Ghouta f'Awwissu 2013. Għalhekk, huwa jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan. Bħala maniġer tal-fergħa tal-SSRC/CERS fl-inħawi ta' Jumraya/Jmraiya, Ghassan Abbas jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu fl-SSRC, huwa wkoll assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.
7.3.2015
201.
Wael Abdulkarim (magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)
Data tat-twelid: 30.9.1973
Post tat-twelid: Damascus, is-Sirja (ta' oriġini Palestinjana)
Indirizz: Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damascus, Syria
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja fl-industriji taż-żejt, is-sustanzi kimiċi u l-manifattura. Speċifikament, jirrappreżenta lill-Abdulkarim Group, magħruf ukoll bħala Al Karim Group/Alkarim for Trade and Industry/Al Karim Trading and Industry/Al Karim for Trade and Industry. Abdulkarim Group huwa manifattur ewlieni ta' lubrikanti, grease u sustanzi kimiċi industrijali fis-Sirja.
7.3.2015
202.
Ahmad Barqawi (magħruf ukoll bħala Ahmed Barqawi)
Data tat-twelid: 1985
Post tat-twelid: Damascus, is-Sirja
Indirizz: Pangates International Corp Ltd, PO Box Sharjah Airport International Free Zone, United Arab Emirates
Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111,5797 Damascus, Syria
Maniġer Ġenerali ta' Pangates International Corp Ltd, li taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan, u maniġer tal-Al Karim Group. Kemm Pangates International kif ukoll Al Karim Group ġew iddeżinjati mill-Kunsill. Bħala Maniġer Ġenerali ta' Pangates u maniġer tal-kumpannija prinċipali ta' Pangates, l-Al Karim Group, Ahmad Barqawi jagħti sostenn lir-reġim Sirjan, u jibbenefika minnu. Minħabba l-kariga għolja tiegħu f'Pangates u l-Al Karim Group, huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati Pangates International u Al Karim Group.
7.3.2015
204.
Emad (
) Hamsho (
) (magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho)
Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street Damascus, Syria
Jokkupa kariga maniġerjali għolja f'Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f'Hamsho Trading, sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma' entità ddeżinjata, Hamsho International. Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma' negozjanti tar-reġim ddeżinjati bħal Ayman Jaber. Huwa wkoll soċju ta' Bashar Al-Assad.
7.3.2015
206.
General Muhamad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (
) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)
Twieled: 1960
Post tat-twelid: Jableh
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), Fergħa 293 (Affarijiet Interni), minn April 2015 'l hawn. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku. Eks-Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi-Direttur tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.