This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1150
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1150 of 15 April 2016 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the national support programmes in the wine sector
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid
C/2016/2089
ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/02/2017
15.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1150
tal-15 ta' April 2016
li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) sa (d) u l-Artikolu 63(5)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). It-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fiha regoli dwar il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid u tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dan ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-programmi ta' appoġġ tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Dawn l-atti għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (4), li huma mħassra mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 (5). |
(2) |
Għandu jkun hemm proċedura għas-sottomissjoni tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ. Għandu jkun hemm ukoll proċedura biex isir tibdil fil-programmi ta' appoġġ, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiġi notifikata bil-programmi aġġustati li jqisu kwalunkwe ċirkostanza ġdida li ma setgħetx tiġi prevista qabel. Kull tibdil bħal dan għandu jkun soġġett għal ċerti limiti u kundizzjonijiet biex ikun żgurat li l-programmi ta' appoġġ approvati jżommu l-għanijiet globali tagħhom u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(3) |
Għall-fini ta' konsistenza u l-ġestjoni bla xkiel tal-miżuri ta' appoġġ differenti, għandhom jiġu previsti regoli dwar il-kontenut u l-format minimu tal-programm ta' appoġġ. Skont l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar livell ġeografiku adegwat biex ifasslu l-programm ta' appoġġ. Peress li l-Istati Membri huma responsabbli mis-sottomissjoni tal-programm u mit-tibdil ta' dak il-programm, għandhom jiżguraw li l-programmi nazzjonali jikkonformaw mal-kontenut minimu u jistgħu jiġu sottomessi fl-iskadenzi mogħtija. |
(4) |
Il-kriterji li jirregolaw il-proċedura tal-applikazzjoni fl-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-miżuri u tal-iskrutinju ta' kull applikazzjoni għall-appoġġ f'kull programm ta' appoġġ u madwar l-Unjoni. |
(5) |
Sabiex jinbnew is-sinerġiji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kampanji ta' promozzjoni u informazzjoni konġunti. |
(6) |
L-Istati Membri jeħtieġu li jadottaw regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżura tal-ħsad bikri u dwar il-kalkolu tal-kumpens għall-benefiċjarji b'tali mod biex jiżguraw li l-appoġġ ma jsirx żblokk alternattiv permanenti għal prodotti meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw sa liema data jkunu jistgħu jitolbu lill-produtturi jlestu l-operazzjonijiet, b'tali mod li jkollhom żmien biżżejjed, fid-dawl tar-restrizzjonijiet u l-prossimità tal-perjodu tal-ħsad, biex il-kontrolli meħtieġa jitwettqu qabel il-ħlas u biex jiżguraw il-qerda totali jew it-tneħħija tal-għenieqed tal-għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b'hekk jeliminaw għalkollox il-produzzjoni tal-medda rilevanti. |
(7) |
Għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dejta adegwata li tikkonċerna l-previżjoni u l-eżekuzzjoni tal-programmi ta' appoġġ trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kull sena. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkunu stabbiliti d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapportar u l-evalwazzjoni ta' programmi ta' appoġġ sabiex tiġi vvalutata l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. |
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-għajnuna mill-Istat u l-ħlasijiet bil-quddiem possibbli mogħtija lill-benefiċjarji għal operazzjonijiet implimentati taħt ċerti miżuri tal-programmi ta' appoġġ, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dettalji tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward. Madankollu, għal raġunijiet ta' kosteffiċjenza, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu li bih l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-benefiċjarji mill-obbligu li jinnotifikaw annwalment l-informazzjoni dwar l-użu u l-bilanċ tal-ħlasijiet bil-quddiem riċevuti. |
(9) |
Għall-funzjonament kif suppost tal-miżuri ta' appoġġ, huwa xieraq li jiġi stabbilit li n-notifiki kollha mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jsiru f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 792/2009 (6). Biex jiġi żgurat użu ġust u verifikabbli tal-baġit tal-Unjoni, nuqqas ta' konformità mal-obbligi tan-notifika għandu jkollu konsegwenzi finanzjarji. Ir-regoli ġenerali dwar id-dixxiplina tal-baġit, u b'mod partikolari dawk relatati ma' dikjarazzjonijiet inkompleti jew skorretti min-naħa tal-Istati Membri, għandhom japplikaw flimkien mar-regoli speċifiċi stabbiliti b'dan ir-Regolament. |
(10) |
Bi ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha f'kull Stat Membru, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet rigward il-proċedura tal-għażla, inkluż l-applikazzjoni tal-kriteriji tal-eliġibbiltà u l-prijorità, kif ukoll il-metodoloġija għall-esklużjoni tal-applikazzjonijiet mhux eliġibbli jew applikazzjonijiet li ma jilħqux ċertu limitu, speċjalment fil-każ ta' limitazzjonijiet baġitarji. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw il-ponderazzjoni li għandha tiġi attribwita għal kull kriterju ta' prijorità u jekk huwiex adegwat li jistabbilixxu limitu, anke jekk ikun hemm biżżejjed riżorsi baġitarji. |
(11) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'qafas għall-applikazzjoni tar-rimborżi tal-ispejjeż simplifikati. Dan il-qafas għandu jinkludi regoli dwar il-kalkolu tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji u tal-kontribuzzjonijiet in natura u dwar l-eżaminazzjoni mill-ġdid perjodika u l-aġġustament possibbli ta' dawn l-iskali standard. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li l-iskali standard tal-kostijiet unitarji jiġu ikkalkulati oġġettivament u jinżammew aġġornati. |
(12) |
Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-benefiċjarji, b'mod partikolari fejn iħallsu miżati biex iżommu sigurtà u bil-ħsieb ta' ġestjoni finanzjarja b'saħħitha, għandha tiġi stabbilita skadenza raġonevoli għall-verifika tat-talbiet għall-ħlas u għad-determinazzjoni tal-ammont ta' appoġġ attwali, li huwa prekondizzjoni għar-rilaxx tas-sigurtà f'każ ta' ħlas bil-quddiem. |
(13) |
Biex tiġi implimentata b'mod effettiv il-projbizzjoni dwar il-finanzjament doppju, għandha tiġi stabbilita sistema ta' kontroll effiċjenti biex jiġi żgurat li kwalunkwe azzjoni jew operazzjoni li hija ffinanzjata għal xi benefiċjarju mill-programmi ta' appoġġ, ma tkunx iffinanzjata wkoll b'xi Fond ieħor. |
(14) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta' każijiet ta' żbalji ovvji biex jiġi żgurat it-trattament ġust tal-produtturi. |
(15) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontrolli meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-programmi ta' appoġġ u dwar il-multi xierqa applikabbli għal kwalunkwe irregolarità misjuba. Dawn ir-regoli għandhom ikopru kemm verifiki kif ukoll multi speċifiċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll verifiki u multi nazzjonali addizzjonali. Il-verifiki u l-penali għandhom ikunu dissważivi, effettivi u proporzjonati. |
(16) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effettività tax-xogħol tal-korpi responsabbli mill-verifiki li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid. Għal dan il-għan, għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ġenerali fejn huma kompetenti diversi korpi u jaħtru korp responsabbli għal kollaborazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni. |
(17) |
Sabiex jagħmlu l-verifiki meħtieġa effettivi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal tal-korpi kompetenti jkollu setgħat ta' investigazzjoni adegwati biex tkun garantita l-konformità mar-regoli u li l-persuni soġġetti għall-verifiki ma jostakolawx it-twettiq ta' dawn il-verifiki. |
(18) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-ħlasijiet mhux dovuti jiġu rkuprati bl-interessi u li l-irregolaritajiet jiġu notifikati lill-Kummissjoni. |
(19) |
Rigward il-miżura tal-informazzjoni u l-promozzjoni, l-esperjenza uriet li n-numru ta' operazzjonijiet magħżula u li għandhom jiġu verifikati mill-awtoritajiet kompetenti qed jiżdied b'mod konsiderevoli, li jwassal għal piż amministrattiv importanti. Sabiex jiġu simplifikati dawn il-verifiki, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu sistema li tippermetti s-sottomissjoni taċ-ċertifikati tal-awditjar li jappoġġjaw it-talbiet għall-ħlas għal proġetti ikbar, sabiex il-verifiki amministrattivi u ta' fuq il-post li għandhom jitwettqu ikunu jistgħu jiġu bbażati fuq dawn iċ-ċertifikati. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-verifiki ta' fuq il-post m'hemmx bżonn li jitwettqu barra mill-pajjiż u li jistgħu jiġu limitati għall-verifika tal-kampjuni tad-dokumenti sottomessi jew elenkati fiċ-ċertifikati tal-awditjar kontra r-reġistri tal-kontabbiltà u fejn possibbli, dokumenti oħra ta' sostenn. |
(20) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, huwa xieraq li jiġu previsti kontrolli sistematiċi qabel u wara l-implimentazzjoni ta' kull operazzjoni waħdanija u li jiġi stabbilit meta u taħt liema kundizzjonijiet għandhom jitwettqu dawn il-verifiki permezz tat-telerilevament jew fuq bażi tal-ikkampjunar. |
(21) |
Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri, għandha tiġi prevista verifika fuq il-post taż-żoni kkonċernati wara l-eżekuzzjoni, u dan b'mod sistematiku, sabiex jiġi żgurat li l-qerda totali jew it-tneħħija tal-għeneb tkun twettqet meta jkunu għadhom fl-istadju immatur tagħhom, u b'hekk il-produzzjoni tal-medda rilevanti tiġi eliminata għalkollox. Din il-verifika għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti fitosanitarji u ambjentali jitħarsu kif xieraq. Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva, il-ħlas tal-kumpens għandu jsir wara li jkun ġie kkontrollat jekk sarx ħsad bikri u ma għandhomx jingħataw ħlasijiet bil-quddiem. |
(22) |
Biex tinħoloq bażi iktar uniformi għall-ħlasijiet tal-appoġġ fil-miżuri tar-ristrutturar u l-ħsad bikri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kejl taż-żoni, b'mod partikolari biex jiġi determinat x'jikkorrispondi mal-erja mħawla bid-dwieli fejn l-appoġġ qiegħed jitħallas fuq il-bażi ta' skali standard ta' kostijiet unitarji abbażi tal-wiċċ. |
(23) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-miżura ta' prodotti ta' distillazzjoni sekondarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw li jkunu tħarsu l-kundizzjonijiet u l-limiti għall-ħlas tal-appoġġ. |
(24) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
PROĊEDURA GĦAS-SOTTOMISSJONI U L-EMENDA TAL-PROGRAMMI TA' APPOĠĠ
Artikolu 1
Perjodu ta' programmazzjoni u n-notifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti
1. L-abbozz ta' programm ta' appoġġ imsemmi fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jirreferi għall-ħames snin finanzjarji 2014-2018.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni tagħhom b'rabta mal-programmi ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ladarba tiġi adottata jew emendata.
Artikolu 2
Bidliet fil-programmi ta' appoġġ
1. Il-bidliet fir-rigward tal-programmi ta' appoġġ applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jiġu sottomessi iktar minn darbtejn kull sena finanzjarja, sal-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju ta' kull sena rispettivament.
Madankollu, dawn l-iskadenzi ma għandhomx japplikaw f'każ ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 702/2014 (7) jew avveniment klimatiku ħażin li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.
2. Il-bidliet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati fil-programm ta' appoġġ li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness I u għandu jinkludi:
(a) |
ir-raġunijiet għall-bidliet proposti; |
(b) |
verżjoni aġġornata tat-tabella finanzjarja permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness II fejn il-bidliet fil-programm ta' appoġġ jinvolvu reviżjoni tal-allokazzjoni finanzjarja. |
Artikolu 3
Kontenut tal-programmi ta' appoġġ
Programm ta' appoġġ għandu jinkludi:
(a) |
għal kull waħda mill-miżuri speċifiċi ta' appoġġ stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
|
(b) |
ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru; |
(c) |
l-istrateġija globali; |
(d) |
evalwazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni; |
(e) |
skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri; |
(f) |
tabella tal-finanzjament ġenerali kif stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament; |
(g) |
il-kriterji u indikaturi kwantitattivi oħra li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
(h) |
il-passi meħudin biex ikun żgurat li l-programm ikun implimentati kif xieraq u b'mod effettiv; |
(i) |
l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm; |
(j) |
is-sit web fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-programm ta' appoġġ huwa disponibbli pubblikament. |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR MIŻURI TA' APPOĠĠ SPEĊIFIĊI
TAQSIMA 1
Promozzjoni
Artikolu 4
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni u l-proċedura għall-estensjoni possibbli tal-appoġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, li għandu jinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-operazzjonijiet eliġibbli rilevanti, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
(f) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà; |
(g) |
l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe operazzjoni appoġġjata fuq il-bażi ta' indikaturi xierqa. |
2. F'każ ta' estensjoni tal-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, ir-riżultati tal-operazzjoni appoġġjata għandhom jiġu evalwati qabel l-estensjoni u jitqiesu fid-deċiżjoni tal-estensjoni.
3. Il-benefiċjarji li għandhom il-ħsieb li jipproduċu ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlasijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 41 għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 5
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni u l-proċedura għall-estensjoni possibbli tal-appoġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, li għandu jinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-operazzjonijiet eliġibbli rilevanti, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
il-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ispeċifikazzjoni rilevanti; |
(e) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(f) |
il-konklużjoni tal-kuntratti, inkluż forom standard possibbli; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà; |
(h) |
l-evalwazzjoni ta' kwalunkwe operazzjoni appoġġjata fuq il-bażi ta' indikaturi xierqa. |
2. F'każ ta' estensjoni tal-appoġġ f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, ir-riżultati tal-operazzjoni appoġġjata għandhom jiġu evalwati qabel l-estensjoni tal-appoġġ u jitqiesu fid-deċiżjoni tal-estensjoni.
3. Il-benefiċjarji li għandhom il-ħsieb li jipproduċu ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji biex jakkumpanjaw it-talbiet għall-ħlasijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 41 għandhom jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 6
Operazzjoni ta' promozzjoni konġunta
Żewġ Stati Membri jew iktar jistgħu jiddeċiedu li jagħżlu operazzjoni ta' informazzjoni jew promozzjoni konġunta. Dawn jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu għall-iffinanzjar u jaqblu dwar proċeduri ta' kollaborazzjoni amministrattiva biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-operazzjoni tal-operazzjoni konġunta.
TAQSIMA 2
Ristrutturar u konverżjoni ta' vinji
Artikolu 7
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-kontenut tal-applikazzjoni; |
(c) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(d) |
il-proċeduri biex tiġi żgurata l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni u l-konsistenza tagħha mar-regoli u s-sistema ta' kontroll stabbiliti għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet tat-taħwil tad-dwieli, f'konformità mal-Artikoli 66 u 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(e) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-ispejjeż ineliġibbli, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(f) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(g) |
arranġamenti għall-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem u l-għoti ta' titoli ta' sigurtà. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu d-daqs minimu tal-erja li tkun tista' tikkwalifika għall-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni, u d-daqs minimu tal-erja li jirriżulta mir-ristrutturar u l-konverżjoni u kull deroga minn dan ir-rekwiżit li għandha tkun iġġustifikata kif xieraq u bbażata fuq kriterji oġġettivi.
TAQSIMA 3
Ħsad bikri
Artikolu 8
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ, li għandhom jinkludu:
|
(b) |
jistabbilixxu l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ għal ħsad bikri bejn il-15 ta' April u l-10 ta' Ġunju ta' kull sena; |
(c) |
sal-10 ta' Ġunju ta' kull sena jistabbilixxu sitwazzjoni tas-suq mistennija li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-ħsad bikri biex jitreġġa' lura l-bilanċ tas-suq u tiġi evitata l-kriżi u l-iskadenza għat-twettiq tal-operazzjoni tal-ħsad bikri kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 43(1) ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
kull sena jistabbilixxu skadenza f'data wara l-istabbiliment tas-sitwazzjoni tas-suq mistennija kif previst fil-punt (c) għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
Artikolu 9
Kalkolu tal-kumpens
1. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-ispejjeż diretti tal-ħsad bikri skont il-metodi differenti (manwali, mekkaniċi u kimiċi) li jikkunsidraw bħala eliġibbli għall-iskopijiet tal-kundizzjonijiet adottati minnhom skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
F'każ li jintuża iktar minn metodu wieħed ta' ħsad bikri fl-istess medda partikolari, il-kumpens għandu jkun ibbażat fuq l-irħas metodu.
2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-telf ta' dħul finanzjarju ikkawżat mill-ħsad bikri fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, billi jqisu l-iffrankar tal-ispejjeż.
Artikolu 10
Proċedura ta' applikazzjoni
1. Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-kumpens applikabbli għall-produttur ikkonċernat; |
(c) |
il-kontenut tal-applikazzjoni; |
(d) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(e) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet għall-funzjonament kif suppost, il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-azzjonijiet ineliġibbli u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(f) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li f'każ li l-applikazzjoni tiġi rtirata mingħajr raġuni ġustifikata tajjeb, il-produttur ikkonċernat għandu jġarrab l-ispejjeż li jkunu saru biex tiġi ttrattata l-applikazzjoni tiegħu.
TAQSIMA 4
Fondi reċiproki
Artikolu 11
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ.
Artikolu 12
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
TAQSIMA 5
Assigurazzjoni tal-ħsad
Artikolu 13
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu tal-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tagħhom u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-funzjonament kif suppost, adottati skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II ta' dak ir-Regolament; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità, fejn jiġu applikati l-kriterji ta' prijorità; |
(e) |
il-konklużjoni tal-kuntratti inkluż forom standard possibbli; |
(f) |
il-ħlasijiet lill-benefiċjarji, inkluż permezz tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149. |
TAQSIMA 6
Investimenti
Artikolu 14
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlasijiet bil-quddiem u l-provvista ta' titoli ta' sigurtà. |
TAQSIMA 7
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid
Artikolu 15
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta' kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi; |
(c) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji ta' prijorità u kriterji oġġettivi oħra stabbiliti fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(d) |
l-għażla tal-applikazzjonijiet, li mill-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta' prijorità; |
(e) |
arranġamenti għall-ħlasijiet bil-quddiem u l-provvista ta' titoli ta' sigurtà. |
TAQSIMA 8
Distillazzjoni ta' prodotti sekondarji
Artikolu 16
L-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ
Għall-fini tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta' appoġġ.
Artikolu 17
Proċedura ta' applikazzjoni
Għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura tal-applikazzjoni, li għandha tinkludi regoli dwar:
(a) |
il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(b) |
il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskop tal-appoġġ stabbiliti fit-Taqsima 8 tal-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149; |
(c) |
il-ħlas tal-appoġġ, f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 18
Ammont tal-appoġġ
1. L-ammont massimu ta' appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkollu jitħallas lid-distillaturi huwa stabbilit b' % ta' volum ta' alkoħol u ta' ettolitru kif ġej:
(a) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub minn qxur u fdal ieħor tal-għeneb: EUR 1,1/ %vol./hl; |
(b) |
għal alkoħol mhux raffinat miksub mill-inbid u mis-sediment tiegħu: EUR 0,5/ %vol./hl. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' appoġġ u l-ammont ta' kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-limiti previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għandhom jindikaw iż-żewġ ammonti fil-punti rilevanti meta jintużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I, III u IV għal dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw dawn l-ammonti skont tipoloġiji differenti ta' produzzjoni, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
KAPITOLU III
RAPPORTAR, EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 19
Rapportar u valutazzjoni
1. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programmi ta' appoġġ tagħhom imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 matul is-sena finanzjarja ta' qabel.
Dan ir-rapport għandu jelenka u jiddeskrivi l-miżuri li għalihom ingħata l-appoġġ tal-Unjoni skont dik it-Taqsima.
Dan ir-rapport għandu jiġi notifikat permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. Fl-istess żmien tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dejta finanzjarja u teknika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programm ta' appoġġ tagħhom, permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness IV.
Għal kull sena finanzjarja u fir-rigward ta' kull miżura, dik id-dejta għandha tirreferi għal dan li ġej:
(a) |
għas-snin finanzjarji tal-perjodu ta' ħames snin li għalihom tkun diġà ġġarbet in-nefqa: dejta teknika attwali u dikjarazzjoni tan-nefqa, li fl-ebda każ ma għandha taqbeż il-limitu baġitarju għall-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
għas-snin finanzjarji sussegwenti sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni ppjanat tal-programm ta' appoġġ: dejta teknika prevista u previżjonijiet tan-nefqa, sal-limitu baġitarju għall-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'koerenza mal-iktar verżjoni riċenti tat-tabella finanzjarja mibgħuta permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom ifasslu tabella li tinkludi d-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-miżuri ta' informazzjoni u promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-limitu tal-fondi disponibbli. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dik it-tabella sal-1 ta' Marzu kull sena, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
4. Sal-1 ta' Marzu 2017 u l-1 ta' Marzu 2019, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil-Kummissjoni b'evalwazzjoni tal-kosteffettività u l-benefiċċji tal-programm ta' appoġġ tagħhom, kif ukoll indikazzjoni ta' kif iżidu l-effiċjenza tiegħu.
Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III, jiġu akkumpanjati mill-informazzjoni finanzjarja u teknika, f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness IV u jikkonċernaw is-snin preċedenti kollha tal-perjodu ta' ħames snin rilevanti. Barra minn hekk, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin fil-konklużjonijiet:
(a) C1: Evalwazzjoni tal-kosteffettività u tal-benefiċċji tal-programm ta' appoġġ;
(b) C2: Modi biex tiżdied l-effiċjenza tal-programm ta' appoġġ.
5. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'rapport annwali dwar il-verifiki mwettqa waqt is-sena finanzjarja preċedenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV fir-rigward ta' kull miżura tal-programm ta' appoġġ tagħhom. Dan ir-rapport annwali għandu jintbagħat permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VI.
6. Ir-referenzi għal ħlasijiet f'sena finanzjarja partikolari għandhom jirreferu għal ħlasijiet attwalment magħmula mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru tas-sena kalendarja preċedenti u l-15 ta' Ottubru tas-sena kalendarja rilevanti.
7. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dettalji tal-programm ta' appoġġ tagħhom, kemm jekk emendati kif ukoll jekk le, u tal-miżuri kollha mwettqa skont dak il-programm.
Artikolu 20
Notifiki relatati mal-għajnuna mill-Istat
1. Meta l-Istati Membri jagħtu għajnuna mill-Istat f'konformità mal-Artikolu 212 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 45, 49 u 50 ta' dak ir-Regolament, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness VII għal dan ir-Regolament u jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
jekk hux sejjer jingħata appoġġ f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (8) jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (9); jew |
(b) |
in-numru tal-kawża li l-miżura ġiet eżentata taħtu minn notifika f'konformità ma' Regolament ta' eżenzjoni adottat fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (10); jew |
(c) |
in-numru tal-kawża li taħtu l-miżura ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni wara notifika li saret f'konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
2. L-informazzjoni mogħtija għandha tkun valida tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-programm nazzjonali ta' appoġġ, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe bidla sussegwenti f'dan il-programm.
F'każ ta' xi bidla, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni sal-1 ta' Marzu permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VII.
3. L-Istati Membri għandhom jindikaw jekk hux sejra tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-ammont korrispondenti fil-punti rilevanti meta jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Annessi I, III, IV u V.
Artikolu 21
Notifiki relatati mal-ħlasijiet bil-quddiem
1. Fejn il-ħlasijiet bil-quddiem jingħataw f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, l-Istati Membri, fil-kontijiet annwali kurrenti tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jinkludu informazzjoni li għandha x'taqsam mal-użu tal-ħlasijiet bil-quddiem fl-iskadenza stabbilita f'dak l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu data sa meta l-benefiċjarji għandhom jipprovdu lill-aġenziji tal-pagamenti kull sena bl-informazzjoni li jmiss għal kull operazzjoni:
(a) |
dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, skont il-miżura, li jiġġustifikaw l-użu tal-ħlasijiet bil-quddiem sal-15 ta' Ottubru; kif ukoll; |
(b) |
konferma, għal kull miżura, tal-bilanċ ta' ħlasijiet bil-quddiem mhux użati li jifdal fil-15 ta' Ottubru. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex jeżentaw minn dan l-obbligu lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni eliġibbli għalihom tkun inqas minn EUR 5 000 000.
2. Għall-fini tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (11), l-evidenza tal-intitolament finali li għandu jiġi prodott għandha tkun l-aħħar dikjarazzjoni tal-ispejjeż u konferma tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fir-rigward tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija għall-operazzjonijiet magħżula skont l-Artikoli 46, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, l-aħħar dikjarazzjoni tal-ispejjeż u l-konferma tal-bilanċ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jingħataw sal-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-ħlas tagħhom.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar notifiki
1. In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jħarsu d-dati ta' skadenza għan-notifiki stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom iżommu kopja tal-informazzjoni notifikata skont dan l-Artikolu għal tal-inqas għaxar snin tal-għasra mis-sena tal-għasra li fiha jkunu ressquha.
4. L-obbligi stipulati f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) dwar stħarriġ statistiku ta' meded tad-dwieli.
Artikolu 23
Proċedura tal-għażla
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-applikazzjonijiet ikunu ġew ippreżentati sal-iskadenza, jeżaminaw kull applikazzjoni u jivvalutawha fir-rigward tal-konformità tagħha mar-regoli dwar il-kontenut tal-applikazzjoni u mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-ispejjeż eliġibbli stabbiliti għal kull miżura prevista fil-programm ta' appoġġ tagħhom. Jekk l-applikazzjonijiet ma jkunux jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti jew mal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-ispejjeż eliġibbli, għandhom jiġu esklużi bħala mhux eliġibbli.
2. Meta l-kriterji ta' prijorità japplikaw għal miżura, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha kkunsidrati bħala eliġibbli skont dik il-miżura, wara l-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 1 u jagħtu punteġġ lil kull waħda minnhom.
Il-punteġġ għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kriterji ta' prijorità sodisfatti mill-applikazzjoni u l-ponderazzjoni speċifika attribwita għal kull kriterju stabbilit għal kull miżura.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu klassifikazzjoni tal-applikazzjoni eliġibbli fuq il-bażi tal-punteġġi li jkunu kisbu.
3. Meta l-valur totali tal-applikazzjonijiet eliġibbli ta' miżura ta' appoġġ jaqbeż il-baġit allokat għal dik il-miżura f'sena finanzjarja partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-applikazzjonijiet f'ordni dixxendenti tal-klassifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-paragrafu 2 sal-eżawriment tal-baġit disponibbli.
Inkella, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punteġġ minimu bħala limitu u jagħżlu l-applikazzjonijiet kollha li jilħqu l-punteġġ minimu. F'dan il-każ, meta l-valur totali tal-applikazzjonijiet eliġibbli li jilħaq il-limitu jaqbeż il-baġit disponibbli għal miżura ta' appoġġ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet prorata għal dawk l-applikazzjonijiet.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu u jiddeċiedu li jeskludu l-applikazzjonijiet eliġibbli li ma jilħqux dak il-limitu, anke jekk il-valur tal-applikazzjonijiet eliġibbli ma jaqbiżx il-baġit disponibbli.
5. Għal kull miżura rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet eliġibbli għall-proċedura tal-għażla li ġew esklużi fis-sena preċedenti, f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 jekk jintlaħaq ftehim mal-applikant.
6. Meta l-applikazzjonijiet ikunu ġew esklużi skont dan l-Artikolu, l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal dan.
Artikolu 24
Rimborż simplifikat tal-ispejjeż
1. Meta l-Istati Membri jagħżlu li jużaw skali standard ta' kostijiet unitarji, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 u l-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, għandhom:
(a) |
jistabbilixxu dawk l-iskali qabel kwalunkwe sottomissjoni tal-applikazzjonijiet; |
(b) |
jistabbilixxu dawk l-iskali permezz ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li korp li huwa funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ u li għandu l-kompetenza xierqa jwettaq il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw skali differenzjati biex iqisu l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew lokali.
3. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jeżaminaw il-kalkoli previsti fil-paragrafu 1 kull tieni sena u jekk ikun meħtieġ, għandhom jaġġustaw l-iskali standard ta' kostijiet unitarji inizjalment stabbiliti.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu l-evidenza dokumentarja kollha dwar l-istabbiliment tal-iskali standard ta' kostijiet unitarji u l-eżaminazzjoni mill-ġdid tagħhom li tippermetti l-verifika tar-raġonevolezza tal-metodu segwit biex jiġu stabbiliti f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
Artikolu 25
Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-iskadenza għat-tressiq tat-talba għall-ħlasijiet għal kull miżura ta' appoġġ.
L-Istati Membri għandhom iħallsu lill-benefiċjarji fi żmien tnax-il xahar wara d-data tat-tressiq ta' talba għal ħlas finali jew proviżorja kompluta u valida.
Artikolu 26
Ħlasijiet bil-quddiem
1. Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, jistgħu jitolbu l-ħlas ta' ħlasijiet bil-quddiem mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
2. L-ammont ta' ħlasijiet bil-quddiem ma għandux jaqbeż it-80 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
3. L-avvanz għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun ippreżenta garanzija bankarja jew garanzija tal-inqas ekwivalenti għall-ammont ta' dan l-avvanz favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014.
4. Għall-fini tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 907/2014, l-obbligu għandu jkun li jintefaq l-ammont totali avvanzat fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni kkonċernata sal-aħħar tat-tieni senza finanzjarja wara s-sena finanzjarja li matulha tħallas l-avvanz, ħlief f'każijiet ta' force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.
5. Fir-rigward tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 jista' jiġi aġġustat mill-Istat Membru f'każijiet fejn:
(a) |
is-superfiċji kkonċernati jkunu parti minn medda li soffriet diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 jew avveniment klimatiku ħażin li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali fit-tifsira tal-Artikolu 2(16) ta' dan ir-Regolament rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati; |
(b) |
operazzjonijiet ippjanati ma jkunux jistgħu jiġu implimentati minħabba li l-materjal tal-pjanti jkun ibati minn problemi ta' saħħa li jkunu ċċertifikati minn korp rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat. |
Biex appoġġ jitħallas bil-quddiem, kull azzjoni preċedenti mwettqa fl-istess medda, li għaliha l-produttur ikun irċieva appoġġ bil-quddiem, ikollha tkun twettqet kollha.
6. It-titolu ta' sigurtà għandu jiġi rilaxxat meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta' nefqa proprja korrispondenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni marbuta mal-operazzjonijiet ikkonċernati jaqbeż l-ammont tal-avvanz.
Artikolu 27
Verifika tal-projbizzjoni dwar il-finanzjament doppju
Għall-appoġġ skont l-Artikoli 45, 46, 48, 49, 50 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fil-punt rilevanti tal-programm ta' appoġġ, id-dispożizzjonijiet li adottaw biex jiżguraw li hija fis-seħħ sistema effiċjenti ta' kontroll biex jiġi evitat il-finanzjament doppju, kif previst fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
Artikolu 28
Żball ovvju
Kull komunikazzjoni, pretensjoni jew talba magħmula lil Stat Membru skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew dan ir-Regolament, inkluża applikazzjoni għal għajnuna, jistgħu jkunu aġġornati f'kull żmien wara li jintbagħtu f'każijiet ta' żbalji ċari rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET TA' KONTROLL
TAQSIMA 1
Prinċipji ta' kontroll
Artikolu 29
Verifiki
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jew għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu verifiku u miżuri, sakemm ikunu meħtieġa, biex jiżguraw l-applikazzjoni kif suppost tar-regoli għall-programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jagħtu protezzjoni adegwata lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
2. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-kriterji kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew il-qafas nazzjonali jiġu verifikati; |
(b) |
jintgħażlu biss l-operazzjonijiet li huma verifikabbli u kontrollabbli; |
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' verifiki jkollhom numru suffiċjenti ta' persunal kwalifikat u esperjenzat kif xieraq sabiex iwettaq il-verifiki effettivament; |
(d) |
issir dispożizzjoni għall-verifiki biex tevita il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħra; |
(e) |
id-definizzjoni tal-metodi u l-mezzi ta' verifika li huma konformi man-natura tal-miżura ta' appoġġ ikkonċernata u jiġi speċifikat min għandu jkun soġġett għall-verifiki; |
(f) |
fil-każ ta' teħid ta' kampjun, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bin-numru, in-natura u l-frekwenza tagħhom, il-verifiki fuq il-post ikunu rappreżentattivi tat-territorju tagħhom kollu kemm hu u jkunu jikkorrispondu, fejn japplika, mal-volum ta' prodotti tal-inbid ikkummerċjalizzat jew miżmum biex ikun ikkummerċjalizzati; |
Artikolu 30
Verifiki amministrattivi
1. Il-verifiki amministrattivi għandhom jitwettqu fuq kull applikazzjoni għall-appoġġ, talba għall-ħlas jew dikjarazzjonijiet u talbiet ta' emenda oħra li benefiċjarju jew parti terza tissottometti u għandhom ikopru l-elementi kollha li jistgħu jiġu ċċekkjati permezz tal-verifiki amministrattivi u li huwa xieraq li jiġu ċċekkjati b'dan il-mod.
Meta jkun rilevanti, il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu kontroverifiki ma', inter alia, dejta mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Il-proċeduri għandhom jeżiġu r-reġistrazzjoni tax-xogħol ta' kontroll li jkun sar, tar-riżultati tal-verifika u tal-miżuri meħudin f'każ ta' xi diskrepanza.
2. Il-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ għandhom jiżguraw il-konformità tal-operazzjoni b'obbligi applikabbli stabbiliti mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mill-programm ta' appoġġ. Il-verifiki għandhom jinkludu verifika:
(a) |
tal-eliġibbiltà tal-benefiċjarju; |
(b) |
il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u obbligi oħra tal-operazzjoni li għalihom tiġi sottomessa applikazzjoni għall-appoġġ; |
(c) |
l-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-konformità mal-kategorija tal-ispejjeż jew il-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża fejn l-appoġġ jitħallas fuq il-bażi tal-iskali standard ta' kostijiet unitarji jew tad-dokumenti ta' appoġġ li għandhom jintbagħtu mill-benefiċjarju, kif ukoll, fejn ikun applikabbli, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal imsemmija fl-Artikoli 45, 46 u 47 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 rispettivament; |
(d) |
meta l-appoġġ jitħallas fuq il-bażi tad-dokumenti ta' sostenn li għandhom jintbagħtu mill-benefiċjarju, ir-raġonevolezza tal-ispejjeż sottomesi, li għandha tiġi evalwata billi tintuża mill-inqas waħda minn dawn is-sistemi ta' evalwazzjoni li ġejjin:
|
(e) |
fejn ikun applikabbli, il-konformità mal-kriterji ta' prijorità u l-attribuzzjoni tal-ponderazzjoni għall-fini tal-proċedura tal-għażla msemmija fl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament. |
3. Il-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-ħlas għandhom ikunu sistematiċi u jinkludu, fejn ikun xieraq għat-talba kkonċernata:
(a) |
operazzjoni kompluta mqabbla mal-operazzjoni li għaliha tkun tressqet u ngħatat l-applikazzjoni għall-appoġġ; |
(b) |
l-ispejjeż imġarrba u l-ħlasijiet li saru mill-benefiċjarju. |
4. Il-verifiki amministrattivi għandhom jinkludu proċeduri biex jevitaw il-finanzjament doppju rregolari ma' skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħra.
Artikolu 31
Verifiki fuq il-post
1. L-Istati Membri għandhom jorganizza verifiki fuq il-post fuq operazzjonijiet magħżula permezz ta' bażi ta' kampjunar xierqa fejn kontroll ibbażat fuq il-kampjuni huwa previst f'dan il-Kapitolu.
Dawn il-verifiki għanhom jitwettqu qabel iseħħ l-aħħar ħlas għal operazzjoni.
2. Il-verifiki fuq il-post jistgħu jitħabbru minn qabel, dejjem jekk in-notifika minn qabel ma xxekkilx l-iskop jew l-effettività tagħhom. Kwalunkwe tħabbira minn qabel għandha tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex issir iktar minn 14-il jum qabel.
3. Fejn applikabbli, il-verifiki fuq il-post previsti f'dan ir-Regolament għandhom jitwettqu flimkien ma' kull verifika oħra prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 32
Rata ta' kontroll u kampjunar tal-verifiki fuq il-post
1. Il-verifiki fuq il-post wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet għandhom ikunu sistematiċi għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 46, 47, 50, 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament.
Fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 45, 48, 49 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, jiġi permess kontroll fuq bażi ta' kampjuni wara l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun mill-inqas 5 % tal-applikazzjonijiet, magħżul f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament. Dan il-kampjun għandu jirrappreżenta wkoll mill-inqas 5 % tal-ammonti koperti mill-appoġġ.
Madankollu, fir-rigward tal-miżura msemmija fl-Artikoli 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-operazzjonijiet li għalihom il-benefiċjarji kkomunikaw l-intenzjoni tagħhom biex jipproduċu ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji f'konformità mal-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati b'mod sistematiku tal-inqas darba qabel il-ħlas finali.
2. Meta l-verifiki fuq il-post jiżvelaw xi nuqqas ta' konformità sinifikanti fil-kuntest ta' miżura ta' appoġġ partikolari fil-livell nazzjonali jew f'reġjun jew parti minn reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif xieraq il-perċentwal tal-benefiċjarji li jridu jsirulhom verifiki fuq il-post fis-sena ta' wara.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-livell minimu tal-verifiki fuq il-post fejn is-sistemi ta' kontroll u ġestjoni jaħdmu kif suppost u r-rati ta' żbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.
Artikolu 33
Kontenut tal-verifiki fuq il-post
1. L-Artikolu 51(1), (2) u (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (13) għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 45 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Fil-każijiet xierqa kollha, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 34
L-għażla tal-kampjun ta' kontroll
1. Il-kampjuni tal-kontroll għall-verifiki fuq il-post permessi skont dan il-Kapitolu għandhom jintgħażlu kull sena mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju u tar-rappreżentanza tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ sottomessi. L-effettività tal-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun evalwata u aġġornata fuq bażi annwali:
(a) |
billi tiġi stabbilita r-rilevanza ta' kull fattur ta' riskju; |
(b) |
billi jsir paragun tar-riżultati tal-kampjun ibbażat fuq ir-riskju u magħżul b'mod każwali kif imsemmi fil-paragrafu 2; |
(c) |
billi titqies is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru. |
2. Biex jiġi pprovdut l-element ta' rappreżentattività, l-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod każwali bejn 20 u 25 % tal-għadd minimu ta' benefiċjarji biex ikunu soġġetti għall-verifiki fuq il-post.
3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm dokumenti dwar ir-raġunijiet għaliex benefiċjarji speċifiċi ntgħażlu għal kontrolli fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jiġi infurmat b'dawk ir-raġunijiet qabel ma jibda l-verifika.
Artikolu 35
Rapport ta' kontroll
1. Kull verifika fuq il-post għandha tkun is-soġġett ta' rapport ta' kontroll li jippermetti r-reviżjoni tad-dettalji tal-verifiki mwettqa.
Sa fejn il-verifiki jkollhom x'jaqsmu ma' ffinanzjar tal-Unjoni, ir-rapport għandu jindika b'mod partikolari:
(a) |
il-miżuri ta' appoġġ u l-operazzjonijiet verifikati; |
(b) |
il-persuni preżenti; |
(c) |
fejn applikabbli, il-meded agrikoli ssorveljati, il-meded agrikoli mkejla, ir-riżultati tal-qisien għal kull roqgħa raba' mkejla u l-metodi ta' kejl użati; |
(d) |
il-kwantitajiet li huma koperti mill-verifika u r-riżultati tagħhom; |
(e) |
jekk ingħatax avviż bil-quddiem lill-benefiċjarju dwar iż-żjara u, jekk iva, kemm; |
(f) |
kwalunkwe miżura ta' kontroll ulterjuri mwettqa. |
2. Fejn jinstabu diskrepanzi bejn l-informazzjoni fl-applikazzjoni u s-sitwazzjoni attwali misjuba matul il-verifika mwettqa fil-post jew b'telerilevament, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport ta' kontroll u għandu jkollu l-opportunità li jiffirmah qabel mal-awtorità kompetenti tiġbed il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet fir-rigward ta' kull tnaqqis jew esklużjonijiet li jirriżultaw.
Artikolu 36
Korpi tal-kontroll
1. Fejn Stat Membru jaħtar diversi korpi kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mar-regoli li jiġġestixxu l-miżuri ta' appoġġ fis-settur tal-inbid, huwa għandu jikkoordina x-xogħol ta' dawk il-korpi.
2. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed ta' kollegament responsabbli minn kuntatti mal-korpi ta' kollegament ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-korp ta' kollegament għandu jirċievi u jressaq talbiet għal kooperazzjoni bil-għan li jkun implimentat dan il-Kapitolu u għandu jirrappreżenta lill-Istat Membru tiegħu vis-à-vis Stati Membri oħra jew il-Kummissjoni.
Artikolu 37
Setgħat ta' uffiċjali ta' kontroll
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiffaċilita x-xogħol tal-uffiċjali tal-korpi kompetenti tiegħu. Huwa għandu jiżgura b'mod partikolari li uffiċjali bħal dawn, flimkien, skont il-każ, ma' uffiċjali ta' dipartimenti oħra li huwa jawtorizza għal hekk:
(a) |
ikollhom aċċess għal vinji, vitikoltura u installazzjonijiet ta' ħażna, installazzjonijiet għall-ipproċessar ta' prodotti fis-settur tal-inbid u għal vetturi għat-trasport ta' dawk il-prodotti; |
(b) |
ikollhom aċċess għal bini kummerċjali jew imħażen u vetturi ta' kull azjenda bil-ħsieb li jbigħu, iqiegħdu fis-suq jew iġorru prodotti tas-settur tal-inbid jew prodotti li jistgħu jkunu maħsubin biex jintużaw fis-settur tal-inbid; |
(c) |
ikunu jistgħu jieħdu kampjuni ta' prodotti tas-settur tal-inbid, sustanzi jew prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn u ta' prodotti miżmumin bil-ħsieb li jinbiegħu, jitqiegħdu fis-suq jew jinġarru; |
(d) |
ikollhom aċċess għad-dejta taż-żamma tal-kotba u dokumenti oħra ta' użu fi proċeduri ta' kontroll, u jagħmlu kopji u estratti tagħhom. |
Artikolu 38
Assistenza fuq talba
1. Fejn korp kompetenti ta' Stat Membru jidħol biex iwettaq attivitajiet ta' kontroll fit-territorju tiegħu, huwa jista' jitlob għal informazzjoni mingħand korp kompetenti ta' kull Stat Membru ieħor li jista' jintlaqat direttament jew indirettament. Fejn issir talba bħal din, l-għajnuna għandha tingħata f'waqtha.
Il-korp li jsirlu talba għandu jagħti dik l-informazzjoni kollha li tista' tgħin lill-korp li jitlob biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.
2. Fejn issir talba motivata mill-korp li jitlob, il-korp mitlub għandu jwettaq superviżjoni jew sorveljanza speċjali biex jikseb l-għanijiet segwiti, jew għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li superviżjoni jew sorveljanza bħal dawn jitwettqu.
3. Il-Korp mitlub jaġixxi bħallikieku f'ismu.
4. Bi qbil mal-korp mitlub, il-korp li jitlob jista' jaħtar uffiċjali:
(a) |
jew biex jiksbu, fil-postijiet tal-awtoritajiet amministrattivi li jiġu taħt l-Istat Membru li fihom huwa stabbilit il-korp mitlub, l-informazzjoni jew id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tar-regoli fis-settur tal-inbid jew biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet; |
(b) |
jew biex ikunu preżenti matul l-operazzjonijiet mitluba skont il-paragrafu 2, wara li jgħarraf lill-korp mitlub f'waqtu qabel ma jibdew dawk l-operazzjonijiet. |
Il-kopji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru biss bi qbil mal-korp mitlub.
5. L-uffiċjali tal-korp mitlub għandhom jibqgħu jieħdu ħsieb l-operazzjonijiet ta' kontroll f'kull żmien.
6. L-uffiċjali tal-korp li jitlob għandhom:
(a) |
jipproduċu ordni bil-miktub li turi l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom; |
(b) |
jingħataw, mingħajr preġudizzju għal-limiti imposti mill-Istat Membru tal-korp mitlub fuq l-uffiċjali tiegħu stess fit-twettiq tal-kontrolli inkwistjoni:
|
(c) |
waqt li jkunu qed isiru l-kontrolli, iġibu ruħhom b'mod kompatibbli mar-regoli u prattika professjonali li uffiċjali tal-Istat Membru huma mistennija li jsegwu u jħarsu l-kunfidenzjalità professjonali. |
7. It-talbiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jintbagħtu lill-korp mitlub fl-Istat Membru inkwistjoni permezz tal-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru. L-istess proċedura għandha tapplika:
(a) |
tweġibiet għal talbiet bħal dawn; |
(b) |
komunikazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 4. |
8. Minkejja l-paragrafu 7 u fl-interess ta' kooperazzjoni aktar malajr u effikaċi bejniethom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil korp kompetenti biex:
(a) |
jagħmel it-talba jew il-komunikazzjoni tiegħu direttament lil korp kompetenti ta' Stat Membru ieħor; |
(b) |
iwieġeb direttament għal talbiet u komunikazzjonijiet li jaslu mingħand korp kompetenti ta' Stat Membru ieħor. |
Artikolu 39
Il-persuni soġġetti għall-verifiki
Persuni fiżiċi jew ġuridiċi u gruppi ta' persuni bħal dawn li l-attivitajiet professjonali tagħhom jistgħu jkunu s-suġġett tal-verifiki msemmija f'dan il-Kapitolu ma għandhomx ifixklu verifiki bħal dawn u jkun jeħtiġilhom jiffaċilitawhom f'kull żmien.
Artikolu 40
Irkupru ta' pagamenti indebiti
1. L-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandu japplika mutatis mutandis.
2. L-implimentazzjoni tal-penali u l-irkupru ta' ammonti mħallsin indebitament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għan-notifika ta' irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (14).
TAQSIMA 2
Kontroll ta' miżuri speċifiċi
Artikolu 41
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni
1. Għall-operazzjonijiet implimentati skont il-miżuri previsti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom ammont totali ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni ta' EUR 300 000 jew iktar kien ikkunsidrat eliġibbli wara l-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-benefiċjarji jissottomettu ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjaw talbiet għall-ħlasijiet finali jew interim li jkopru ammont mill-kontribut tal-Unjoni ta' EUR 150 000 jew iktar.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti iktar baxxi fejn ikun hemm evidenza li dan il-metodu ta' kontroll ma jżidx ir-riskju għall-fondi tal-Unjoni.
Iċ-ċertifikat għandu jiġi prodott minn awditur estern approvat u għandu jipprovdi evidenza xierqa dwar l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż proposti, skont il-kriterji li ġejjin:
(a) |
ikunu effettivament iġġarbu mill-benefiċjarju jew mill-korp organizzattiv li l-benefiċjarju jkun fdalu l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jew partijiet minnha; |
(b) |
jikkorrispondu għall-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli mill-awtorità kompetenti wara l-verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ; |
(c) |
ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni kif approvata mill-awtorità kompetenti; |
(d) |
ikunu identifikabbli u verifikabbli, pereżempju jiġu rreġistrati fir-rekords tal-kontabbiltà tal-benefiċjarju jew tal-korp organizzattiv u determinati skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju jew il-korp tal-organizzazzjoni; |
(e) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taxxa u l-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli; |
(f) |
ikunu raġonevoli, ġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, b'mod partikolari rigward l-ekonomija u effiċjenza. |
2. Il-benefiċjarji għandhom jissottomettu kopji tal-fatturi u d-dokumenti ta' sostenn kollha li japprovaw l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż meta ma jiġix prodott iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Waqt il-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-ħlas, l-Istati Membri għandhom sistematikament jivverifikaw id-dokumenti sottomessi kontra l-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli wara l-verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjoni inizjali għall-appoġġ u kriterji oħra elenkati fil-paragrafu 1.
Meta l-benefiċjarji jipproduċu ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja, il-verifiki amministrattivi jistgħu jitwettqu fuq dak iċ-ċertifikat. Madankollu, meta r-reviżjoni amministrattiva taċ-ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja ma tipprovdix evidenza adegwata dwar l-eliġibbiltà u r-realtà tal-ispejjeż u l-ħarsien tal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa meħtieġa u jwettqu iktar verifiki jekk ikun meħtieġ.
4. Il-verifiki fuq il-post fuq l-operazzjonijiet tal-promozzjoni u l-informazzjoni jistgħu jitwettqu fil-post tal-benefiċjarju jew tal-korp organizzattiv li jkun fdalu l-implimentazzjoni tal-operazzjoni tal-informazzjoni jew tal-promozzjoni jew partijiet minnha.
Il-verifiki fuq il-post għandu jkollhom l-għan li jivverifikaw ir-realtà u l-eliġibbiltà tan-nefqa u għandhom jikkonsistu fl-eżaminazzjoni tal-fatturi u d-dokumenti ta' sostenn sottomessi kontra r-reġistri tal-kontabbiltà u fejn ikun rilevanti, dokumenti ta' sostenn oħra.
Waqt il-verifiki fuq il-post, l-ispetturi jistgħu jivverifikaw kampjun li jkopri tal-inqas 30 % tal-ammont tal-appoġġ mitlub u tal-inqas 5 % tal-fatturi kollha jew dokumenti ta' sostenn oħra sottomessi jew koperti minn ċertifikat fuq id-dikjarazzjoni finanzjarja prodotta sa meta titwettaq il-verifika fuq il-post.
Artikolu 42
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji
1. Sabiex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-appoġġ għall-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vini previsti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mir-reġistru tal-vinji.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċeduri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' kull azzjoni fis-sena finanzjarja u l-medda msemmija fl-applikazzjoni għall-appoġġ fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149.
2. Il-verifika li l-qlugħ tad-dwieli bħala azzjoni għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta' vinja, ikun seħħ tassew, għandha titwettaq permezz ta' verifika fuq il-post. Fil-każ tal-qlugħ tad-dwieli tar-roqgħa sħiħa ta' vinja jew jekk ir-riżoluzzjoni tat-telerilevament hija ugwali għal jew iktar minn 1 m2, il-verifika tista' ssir bit-telerilevament.
3. Meded li qegħdin jirċievu appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandhom jiġu kkontrollati, b'mod sistematiku, qabel u wara l-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet. L-irqajja' ta' raba' li għandhom jiġu vverifikati huma dawk li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għall-appoġġ.
Il-verifika ta' qabel l-operazzjonijiet għandha tkopri wkoll il-verifika tal-eżistenza tal-vinja kkonċernata, il-medda mħawla determinata f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament u l-esklużjoni tat-tiġdid normali tal-vinji kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Il-verifika msemmija fit-tieni subparagrafu għandha titwettaq permezz ta' verifika fuq il-post. Madankollu, jekk l-Istat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu għodda ġeografika jew strument ekwivalenti li jippermetti l-kejl tal-medda mħawla f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament fir-reġistru tal-vinji kompjuterizzat u informazzjoni aġġornata affidabbli dwar il-varjetajiet tal-inbid tal-għeneb imħawwel, il-verifika tista' titwettaq mill-verifiki amministrattivi u konsegwentament, l-obbligu li titwettaq verifika fuq il-post qabel it-twettiq tal-operazzjonijiet jista' jkun limitat għal 5 % tal-applikazzjonijiet, magħżula f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament, sabiex tkun ikkonfermata l-affidabbiltà tas-sistema amministrattiva ta' kontroll.
Jekk kontrolli fuq il-post jiżvelaw irregolaritajiet jew diskrepanzi sinifikanti f'reġjun jew f'parti ta' reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif imiss l-għadd ta' kontrolli fuq il-post matul is-sena konċernata.
Artikolu 43
Verifiki relatati mal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri
1. Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-meded li jirċievu appoġġ għall-ħsad bikri jiġu sistematikament verifikati fuq il-post wara t-twettiq; |
(b) |
l-irqajja' agrikoli verifikati għandhom ikunu dawk li jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-appoġġ. |
(c) |
l-iskadenza għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ħsad bikri kif imsemmija fl-Artikolu 8(d) ta' dan ir-Regolament tkun ġiet rispettata; |
(d) |
il-miżura tal-ħsad bikri titwettaq b'mod korrett billi jivverifikaw jekk operazzjoni titwettaqx b'suċċess. |
2. Bil-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw:
(a) |
l-eżistenza tal-vinja konċernata u jekk il-medda partikolari kinitx ikkultivata kif suppost; |
(b) |
li l-għenieqed kollha jkunu tneħħew jew inqerdu għal kollox; |
(c) |
liema metodu ntuża; |
3. Biex ikun żgurat li fir-roqgħa raba' sostnuta ma jkunx fadal għeneb biex ikun kummerċjalizzat, il-verifiki kollha għandhom isiru sal-31 ta' Lulju ta' kull sena u, f'kull każ, huma għandhom ikunu tlestew saż-żmien normali ta' Veraison (l-istadju Baggiolini M, BBCH stadju 83) f'kull medda partikolari.
4. Għall-fini tal-verifiki previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3, kull applikant għall-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jżomm evidenza tal-ispejjeż tal-operazzjoni rilevanti jew ta' kwalunkwe attivitajiet imwettqa.
Artikolu 44
Il-medda mħawla
1. Għall-fini tal-miżuri previsti fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, medda mħawla bi dwieli hija definita skont il-perimetru estern tal-istokkijiet tad-dwieli biż-żieda ta' lqugħ li l-wisa' tiegħu tkun tikkorrispondi għal nofs id-distanza bejn ir-ringieli. Il-medda mħawla għandha tkun determinata f'konformità mal-Artikolu 38(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
2. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jivverifika l-ispejjeż eliġibbli tal-operazzjonijiet għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji u l-ħsad bikri esklussivament fuq il-bażi tal-iskali standard tal-kostijiet unitarji bbażati fuq unitajiet ta' kejl differenti mis-superfiċje jew mid-dokumenti ta' sostenn li għandhom jiġu sottomessi mill-benefiċjarji f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jkejlux il-medda mħawla kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 45
Verifika tal-kundizzjonijiet għad-distillazzjoni tal-prodotti sekondarji
B'rabta mal-miżura prevista fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki kollha meħtieġa biex jivverifikaw il-ħarsien tal-kundizzjonijiet u l-limitu previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 flimkien mal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw il-ħarsien ta' dan il-limitu fil-livell ta' kull produttur jew fil-livell nazzjonali.
L-Istati Membri li jagħżlu l-verifika fil-livell nazzjonali, fil-bilanċ tal-alkoħol ma għandhomx jinkludu l-kwantitajiet li mhumiex maħsuba għad-distillazzjoni u lanqas dawk li huma maħsuba għall-iżvilupp tal-prodotti oħrajn minbarra tal-alkoħol għal skopijiet industrijali jew ta' enerġija.
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta' April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9)
(10) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).
ANNESS I
Programmi nazzjonali ta' appoġġ
Snin finanzjarji 2014-2018 |
Stat Membru (1) : |
Data tan-notifika (2) : |
Numru tar-reviżjoni: |
Raġuni: emenda mitluba mill-Kummissjoni/emenda mitluba mill-Istat Membru (3) |
A. Deskrizzjoni tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikati tagħhom
(1) |
|
(2) |
|
(3) |
Ħsad bikri f'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Applikazzjoni tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità/kontribuzzjonijiet in natura: iva/le
Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: |
(4) |
Fondi reċiproki f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: |
(5) |
Assigurazzjoni tal-ħsad f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: Għajnuna mill-Istat: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
(6) |
Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: Għajnuna mill-Istat: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
(7) |
Innovazzjoni fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti: Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Kriterji ta' prijorità u ponderazzjoni rispettiva: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: Demarkazzjoni ma' skemi oħra nazzjonali jew tal-Unjoni u sistema ta' verifika implimentata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju: |
(8) |
Distillazzjoni ta' prodott sekondarju f'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Introdott fil-programm ta' appoġġ: iva/le, jekk iva: Deskrizzjoni tal-miżuri proposti (inkluż il-livell tal-appoġġ): Strateġija proposta: Għanijiet kwantifikati: Benefiċjarji: Proċedura ta' applikazzjoni: Kriterji ta' eliġibbiltà: Spejjeż eliġibbli/mhux eliġibbli: Proċedura tal-għażla: Skadenzi għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji: Pagamenti bil-quddiem: iva/le, jekk iva: rata massima u kondizzjonijiet: |
B. Riżultati ta' konsultazzjonijiet li saru:
C. Strateġija globali:
D. Stima li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni:
E. Skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri:
F. Tabella ġenerali ta' ffinanzjar mogħtija fil-format tal-Anness II (in-numru ta' reviżjoni għandu jkun speċifikat):
G. Kriterji u indikaturi kwantitattivi oħrajn li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni:
H. Passi meħudin biex ikun żgurat li l-programmi jkunu implimentati kif xieraq u b'mod effettiv:
I. Ħatra ta' awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm:
J. Sit web fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-programm ta' appoġġ hija pubblikament disponibbli:
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Skadenza tan-notifika: L-1 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju.
(3) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
ANNESS II
Allokazzjoni finanzjarja tal-programm nazzjonali ta' appoġġ (1)
(f'EUR 1000) |
||||||||||
Stat Membru (*) : |
||||||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
|||||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: Raġuni: emenda mitluba mill-Kummissjoni/emenda mitluba mill-Istat Membru (***) |
||||||||||
|
|
Sena finanzjarja |
|
|||||||
Miżuri |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
Total |
||
(l) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
||
|
Artikolu 45 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(a),(b),(d) |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(c) |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 47 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 48 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 49 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 51 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 52 |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
||||
TOTALI |
Notifika ta' qabel |
|
|
|
|
|
|
|||
Ammont emendat |
|
|
|
|
|
|
(1) L-ammonti jinkludu wkoll l-ispejjeż ta' operazzjonijiet imnedija fil-qafas tal-ewwel programm ta' ħames snin 2009-2013 u li l-pagament tagħhom se jsir fit-tieni programm ta' ħames snin 2014-2018.
(*) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(**) Skadenza tan-notifika: 30 ta' Ġunju.
(***) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
ANNESS III
Ir-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali ta' appoġġ
Sena finanzjarja: |
||
Data tan-notifika: |
Numru tar-reviżjoni: |
Stat Membru (1) : |
A. Valutazzjoni globali:
B. Kundizzjonijiet u riżultati tal-implimentazzjoni tal-miżuri proposti (2)
(1) |
|
(2) |
|
(3) |
Ħsad bikri f'konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati, inkluż l-evoluzzjoni tal-istokkijiet: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(4) |
Fondi reċiproki f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(5) |
Assigurazzjoni tal-ħsad f'konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: Numru ta' ettari assigurati fis-settur tal-inbid meta mqabbel ma' artijiet agrikoli oħra: Tip ta' assigurazzjoni ffinanzjata: Spiża skont it-tip ta' assigurazzjoni: Numru ta' benefiċjarji skont it-tip ta' assigurazzjoni: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: Għajnuna mill-Istat: |
(6) |
Investimenti f'intrapriżi skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: Għajnuna mill-Istat: |
(7) |
Innovazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni: Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
(8) |
Distillazzjoni ta' prodott sekondarju f'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
Kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni (inkluż il-livell ta' appoġġ): Riżultati: It-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm ta' appoġġ: |
C. Konklużjonijiet (u, jekk meħtieġ, modifiki ppjanati)
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Iridu jimtlew biss il-punti li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li ġew introdotti fil-programm ta' appoġġ.
(3) Stima tal-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali msejsa fuq kriterji u indikaturi kwantittativi definiti għal monitoraġġ u evalwazzjoni fil-programm notifikat.
ANNESS IV
Dejta teknika dwar il-programm nazzjonali ta' appoġġ (1)
(ammonti finanzjarji f'EUR 1000) |
||||||||||
Stat Membru (*) : |
||||||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
|||||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
||||||||||
|
|
|
Sena Finanzjarja |
|
||||||
Miżuri |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2014-2018 |
||
|
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni/Previżjoni |
Eżekuzzjoni + Previżjoni Totali |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
||
|
Artikolu 45(1)(a) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 45(1)(b) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 46(3)(c) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 47 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Nefqa totali tal-benefiċjarji, meta jkun applikabbli |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Żona totali koperta (ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni Annwali mill-Unjoni (EUR/ettari) |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 48 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Għadd ta' Fondi ġodda |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull Fond |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 49 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' polzi ta' assigurazzjoni ffinanzjati |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull polza tal-assigurazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' Għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(a) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(b) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(c) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 50(4)(d) |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
Ammont totali ta' għajnuna mill-Istat |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 51 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Spejjeż totali tal-benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' benefiċjarji |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Numru ta' operazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull operazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
|
Artikolu 52 |
Nefqa totali tal-Unjoni |
|
|
|
|
|
|
||
Numru ta' benefiċjarji (distilleriji) |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni medja tal-Unjoni għal kull benefiċjarju |
|
|
|
|
|
|
||||
Karfa tal-inbid: Firxa ta' appoġġ massimu (EUR/%vol/hl) |
|
|
|
|
|
|
||||
Karfa tal-għeneb: Firxa ta' appoġġ massima (EUR/%vol/Tun) |
|
|
|
|
|
|
||||
Hl ta' karfa tal-inbid distillati |
|
|
|
|
|
|
||||
Tun ta' karfa tal-għeneb distillati |
|
|
|
|
|
|
||||
Mio hl alkoħol miksub |
|
|
|
|
|
|
||||
Kontribuzzjoni Medja tal-Unjoni/Hl alk miksub |
|
|
|
|
|
|
(1) Daħħal id-dejta tal-eżekuzzjoni għas-snin finanzjarji diġà mġarrba u d-dejta ta' previżjoni għas-sena finanzjarja attwali u dawk li ġejjin.
(*) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(**) Skadenza tan-notifika: L-1 ta' Marzu.
ANNESS V
Notifika dwar il-miżura ta' promozzjoni
Snin finanzjarji 2014-2018:
1. Informazzjoni fl-Istati Membri
Stat Membru: |
|||||||
Previżjonijiet/eżekuzzjoni (*) |
|||||||
Data tan-notifika (**) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
|||||||
Benefiċjarji |
Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) |
Deskrizzjoni (***) |
Suq immirat |
Perjodu |
Nefqa eliġibbli (EUR) |
li minnha l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR) |
li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm (EUR) |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
… |
|
|
|
|
|
|
|
2. Promozzjoni f'pajjiżi terzi
Stat Membru: |
|||||||
Previżjonijiet/eżekuzzjoni (****) |
|||||||
Data tan-notifika (*****) : |
Id-data tan-notifika ta' qabel: |
||||||
Numru ta' din it-tabella emendata: |
|||||||
Benefiċjarji |
Miżura eliġibbli (l-Artikolu 45(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) |
Deskrizzjoni (******) |
Suq immirat |
Perjodu |
Nefqa eliġibbli (EUR) |
li minnha l-kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR) |
li minnha appoġġ pubbliku ieħor, jekk ikun hemm (EUR) |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
… |
|
|
|
|
|
|
|
(*) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
(**) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(***) Inkluż jekk il-miżura ta' promozzjoni tkun organizzata b'kooperazzjoni ma' Stat Membru wieħed jew aktar.
(****) Ingassal-element li ma jkunx applikabbli.
(*****) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(******) Inkluż jekk il-miżura ta' promozzjoni tkun organizzata b'kooperazzjoni ma' Stat Membru wieħed jew aktar.
ANNESS VI
Rapport annwali dwar verifiki mwettqa
Sena finanzjarja: |
Stat Membru (1) : |
Data tan-notifika (2) : |
Miżura (3) : |
1. Numru ta' verifiki
Aġenzija tal-pagamenti |
L-isem tal-unità (4) |
Ammont totali ta' appoġġ allokat (Baġit) |
Ammont totali ta' appoġġ mitlub |
Ammont totali ta' appoġġ imħallas |
Numru ta' unitajiet imħallsa (4) |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ sottomessi |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ imħallsa |
Għadd totali ta' benefiċjarji |
VERIFIKI Regolament (UE) Nru 1306/2013 u dan ir-Regolament |
||||||
Verifiki amministrattivi Art 59(1) |
Verifiki fuq il-post (OTSC) (5) skont l-Art 59(2) |
||||||||||||||
(Ħlasijiet bil-quddiem) |
(Pagamenti finali) |
In-numru totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ verifikati |
L-ammont totali ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ verifikati |
Kampjun: għażla tar-riskju (5) |
Kampjun: għażla aleatorja (5) |
||||||||||
Numru ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ soġġetti għal OTSC ibbażata fuq ir-riskju |
Ammont ta' appoġġ mitlub u soġġett għal OTSC ibbażata fuq ir-riskju |
Numru ta' applikazzjonijiet ta' appoġġ soġġetti għal OTSC aleatorja |
Ammont ta' appoġġ mitlub u soġġett għal OTSC aleatorja |
||||||||||||
EUR |
EUR |
EUR |
EUR |
numru |
numru |
numru |
numru |
numru |
EUR |
numru |
EUR |
numru |
EUR |
||
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
J |
K |
L |
M |
N |
||
PA_1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PA_2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Riżultati ta' verifiki
Aġenzija tal-pagamenti |
IR-RIŻULTATI TAL-VERIFIKI |
Ammont ta' tnaqqis ta' appoġġ Regolament (UE) Nru 1306/2013 Art 64 |
||||||||||
Verifiki amministrattivi |
Verifiki fuq il-post |
|||||||||||
Numru ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna b'irregolaritajiet (6) skoperti minn verifika amministrattiva |
Ammont ta' irregolaritajiet skoperti minn verifika amministrattiva (7) |
Rata ta' erruri skont l-ammont |
Numru ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna b'irregolaritajiet |
Ammont ta' irregolaritajiet |
Rata ta' erruri |
|||||||
Skoperti bil-kampjun fuq bażi tar-riskju |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi aleatorja |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi tar-riskju |
Skoperti bil-kampjun fuq bażi aleatorja |
Riskju |
Aleatorju |
Minn verifiki amministrattivi |
Minn verifiki fuq il-post |
Tnaqqis ta' appoġġ totali minn verifiki amministrattivi u fuq il-post |
||||
numru |
EUR |
% |
numru |
numru |
EUR |
EUR |
% |
% |
EUR |
EUR |
EUR |
|
O |
P |
Q = P/J |
R |
S |
T |
U |
V = T/L |
W = U/N |
X = P |
Y = T + U |
α = X + Y |
|
PA_1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PA_2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Għandu jintuża l-akronimu tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
(2) Skadenza tan-notifika: l-1 ta' Marzu.
(3) Għandha timtela notifika waħda għal kull miżura tal-programm ta' appoġġ.
(4) It-terminu “unitajiet” huwa maħsub biex jirreferi għan-numru ta' operazzjonijiet, ettari, tunnellati, litri, eċċ. skont il-miżura/l-operazzjoni/l-azzjoni kif ikun xieraq.
(5) F'każ ta' verifiki 100 % jekk jogħġbok irrapporta kollox taħt OTSC “ibbażata fuq ir-riskju”.
(6) F'dan il-kuntest, it-terminu “irregolarità” huwa maħsub biex jinkludi kwalunkwe sejba, anomalija jew diverġenza li twassal għal bidla fl-ammont imħallat, jew li jkun diġà tħallas qabel l-applikazzjoni tal-multi.
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità, u OTSC dwar l-istess talba għall-appoġġ issib irregolarità addizzjonali, iż-żewġ irregolaritajiet għandhom jingħaddu separatament. |
— |
Jekk il-verifika amministrattiva tiskopri irregolarità u l-istess talba għall-appoġġ tkun is-suġġett ukoll ta' OTSC li ma ssibx iktar irregolarità, l-irregolarità trid tkun attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità suspettata, imbagħad tiġi skedata OTSC biex issir investigazzjoni ulterjuri, u l-OTSC tikkonferma l-irregolarità suspettata, din għandha tiġi attribwita għall-verifika amministrattiva. |
— |
Jekk verifika amministrattiva tiskopri irregolarità, u OTSC dwar l-istess talba għall-appoġġ issib irregolarità addizzjonali, iż-żewġ irregolaritajiet għandhom jingħaddu separatament. |
ANNESS VII
Informazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat
dwar għajnuna mill-Istat diġà awtorizzata skont l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat, dwar għajnuna mill-Istat li hija eżentata minn kwalunkwe obbligu ta' notifika jew dwar l-użu ta' skema de minimis (1)
Stat Membru (*) : |
|||
Reġjun(i) konċernat(i) (fejn applikabbli): |
|||
Data tan-notifika (**) : |
|||
Kodiċi tal-miżura |
Isem il-miżura ta' għajnuna |
Il-bażi legali tal-miżura |
It-tul tal-miżura ta' għajnuna |
|
|
|
|
|
|
|
|
Indika, skont il-każ:
— |
għall-miżuri koperti mir-Regolament de minimis: “Kwalunkwe għajnuna mogħtija b'din il-miżura tkun f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 (l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli) jew ir-Regolament (UE) Nru 1408/2013 (produzzjoni primarja)” (2); |
— |
għal għajnuna li hija eżentata minn notifika: referenza għan-numru ta' reġistrazzjoni (numru tal-għajnuna mill-Istat); |
— |
għal għajnuna awtorizzata: referenza għad-deċiżjoni ta' approvazzjoni ta' għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni, inkluż in-numru tal-għajnuna mill-Istat u r-referenzi tal-ittra ta' approvazzjoni. |
(1) Notifika msemmija fl-Artikolu 20(1) (Notifika relatata mal-għajnuna mill-Istat).
(*) Għandu jintuża l-akronimu OP.
(**) Skadenza tan-notifika: kull l-1 ta' Marzu.
(2) Jekk jogħġbok indika liema Regolament japplika.