This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1050
Council Regulation (EU) 2016/1050 of 24 June 2016 amending Regulation (EU) No 1388/2013 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1050 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1050 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 173, 30.6.2016, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2283
30.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1050
tal-24 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Biex ikun żgurat il-forniment suffiċjenti u mhux interrott ta' ċerti oġġetti li mhumiex suffiċjentement prodotti fl-Unjoni u biex ikunu evitati d-disturbi fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 (1). Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati mnaqqsa ta' dazju jew ta' dazju żero. Minħabba r-raġunijiet indikati, jinħtieġ li, b'effett mill-1 ta' Lulju 2016, jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum adegwat fir-rigward ta' disa' prodotti ġodda. |
(2) |
Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, il-kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni għandhom jiġu adattati. Fil-każ ta' prodott wieħed, jeħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodott għall-finijiet ta' kjarifika. Fil-każ ta' tliet prodotti oħra, il-volumi tal-kwota jeħtieġu li jiżdiedu billi tali żieda hija fl-interess tal-operaturi ekonomiċi u tal-Unjoni. |
(3) |
Fl-aħħarnett, fir-rigward ta' prodott wieħed, għandhom jingħalqu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Lulju 2016, billi mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-kwoti tariffarji awtonomi wara dik id-data. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(5) |
Minħabba li l-bidliet fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-prodotti kkonċernati previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2016, dan ir-Regolament jeħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2691, 09.2692, 09.2693, 09.2696, 09.2697, 09.2698, 09.2699, 09.2694 u 09.2695 stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiddaħħlu skont l-ordni tal-kodiċijiet tan-NM indikati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013; |
(2) |
Ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2637, 09.2703, 09.2683 u 09.2659 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
Ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2689 titħassar. |
(4) |
In-nota ta' tmiem Numru 1 hija sostitwita minn din li ġejja:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
ANNESS I
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||||||||
09.2691 |
ex 2914 70 00 |
45 |
1-(1-Kloroċiklopropil)etanon (CAS RN 63141-09-3) |
1.7-31.12 |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||
09.2692 |
ex 2914 70 00 |
55 |
2-Kloro-1-(1-kloroċiklopropil)etanon (CAS RN 120983-72-4) |
1.7-31.12 |
1 200 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||
09.2693 |
ex 2930 90 99 |
28 |
Flubendijammid (ISO) (CAS RN 272451-65-7) |
1.7-31.12 |
100 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||
09.2696 |
ex 2932 20 90 |
25 |
Dekan-5-olid (CAS RN 705-86-2) |
1.7-31.12 |
2 430 kg |
0 % |
||||||||||||||
09.2697 |
ex 2932 20 90 |
30 |
Dodekan-5-olid (CAS RN 713-95-1) |
1.7-31.12 |
2 080 kg |
0 % |
||||||||||||||
09.2698 |
ex 3204 17 00 |
30 |
Kolorant C.I. Pigment Red 4 (CAS RN 2814-77-9) u preparazzjonijiet ibbażati fuqu b'kontenut ta' 60 % tal-Kolorant C.I. Pigment Red 4 skont il-piż |
1.7-31.12 |
75 tunnellata |
0 % |
||||||||||||||
09.2699 |
ex 8526 91 20 ex 8527 29 00 |
80 10 |
Modulu tal-awdjo integrat (IAM) b'output tal-vidjo diġitali biex jitqabbad ma' skrin tattili LCD, ikkollegat man-netwerk MOST (Media Oriented Systems Transport) u trasportat permezz tal-protokoll ta' livell għoli MOST, bi jew mingħajr
u tinkludi
għall-użu fil-manifattura tal-vetturi fil-Kapitolu 87 (1) |
1.7-31.12.2016 |
500 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||
09.2694 |
ex 8714 10 90 |
30 |
Klamps tal-fusijiet, ħawsings, fork bridges u aċċessorji għall-ikklampjar, magħmulin minn liga tal-aluminju tat-tip li jintuża fil-muturi |
1.7-31.12 |
500 000 biċċa |
0 % |
||||||||||||||
09.2695 |
ex 8714 10 90 |
40 |
Pistuni tal-istabbilizzaturi tal-istering magħmulin mill-azzar sinterizzat skont l-istandard ISO P2054 tat-tip li jintuża fil-muturi |
1.7-31.12 |
1 000 000 biċċa |
0 % |
ANNESS II
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
09.2637 |
ex 0710 40 00 ex 2005 80 00 |
20 30 |
Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, imfesdaq, magħżul, mirqum, maħsul, mismut, jew imberred u ffriżat malajr individwalment jew imħejji jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi (1) (2) |
1.1-31.12 |
550 tunnellata |
0 % (3) |
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1-31.12 |
20 000 tunnellata |
0 % |
09.2683 |
ex 2914 19 90 |
50 |
Aċetilaċetonat tal-kalċju (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli (1) |
1.1-31.12 |
150 tunnellata |
0 % |
09.2659 |
ex 3802 90 00 |
19 |
Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda |
1.1-31.12 |
35 000 tunnellata |
0 % |