Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0477

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/477 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

    ĠU L 85, 1.4.2016, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/477/oj

    1.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 85/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/477

    tal-31 ta' Marzu 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-31 ta' Marzu 2017.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2017.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).


    Top