This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1740
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1740 of 29 September 2015 amending for the 237th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1740 tad-29 ta' Settembru 2015 li jemenda għall-237 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1740 tad-29 ta' Settembru 2015 li jemenda għall-237 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida
ĠU L 253, 30.9.2015, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1740
tad-29 ta' Settembru 2015
li jemenda għall-237 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Settembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva t-tħassir ta' persuna mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. Barra minn hekk, fil-21 ta' Settembru il-KSNU żied erba' annotazzjonijiet fil-lista. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija L-Istrument
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin tiżdied mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar: “Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (alias Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Indirizz: Il-Ġermanja (il-ħabs). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Ġemaħerija Għarbija Libjana. Nazzjonalità: Palestinjana apolida. Numru tal-passaport: (a) 939254 (Dokument tal-ivjaġġar Egġizzjan), (b) 0003213 (Passport Egġizzjan), (c) 981358 (Passport Egġizzjan), (d) C00071659 (sostitut tal-passaport maħruġ mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja). Tagħrif ieħor: (a) Fil-ħabs fil-Ġermanja). Tagħrif ieħor: Ikkundannat għal 5 snin u 6 xhur priġunerija fil-Ġermanja fit- 6 ta' Diċembru 2007. Data tan-nomina msemmija fl- Artikolu 2a (4) (b): 6.12.2005.” |