This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1362
Commission Regulation (EU) 2015/1362 of 6 August 2015 amending Annex III to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of silicon dioxide (E 551) in extracts of rosemary (E 392) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1362 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) fl-estratti tal-klin (E 392) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1362 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) fl-estratti tal-klin (E 392) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 210, 7.8.2015, pp. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1362
tas-6 ta' Awwissu 2015
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) fl-estratti tal-klin (E 392)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni. |
|
(3) |
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant miżjud mal-addittiv tal-ikel antiossidant f'forma ta' trab — l-estratt tal-klin (E 392) tressqet fis-27 ta' Ottubru 2014 u ġiet disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(4) |
L-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant jippermetti li l-estratt tal-klin f'forma ta' trab jibqa' fi fluss liberu għal perjodu itwal ta' żmien mingħajr ma jagħqad/jibbies matul iż-żmien tal-ħżin, li jkun iktar faċli biex iġġorru u li jiġi applikat b'mod iktar effiċjenti meta jiġi miżjud mal-ikel. |
|
(5) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel stabbilixxa grupp livell ta' ADI (Doża Aċċettabbli ta' Kuljum) ta' “mhux speċifikat” għad-diossidu tas-siliċju (E 551) u għal ċerti silikati (jiġifieri, sodju, potassju, kalċju, u silikati tal-manjeżju) meta jintużaw bħala antiagglomeranti (3). Dak jimplika li ma jirrappreżentax xi periklu għas-saħħa fil-livelli neċessarji biex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq. L-esponiment addizzjonali tal-konsumatur għad-diossidu tas-siliċju meta jintuża bħala antiagglomerant f'estratt tal-klin jibqa' limitat. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid tfittex li tikseb l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
Ladarba l-awtorizzazzjoni tal-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) f'estratti tal-klin (E 392) tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jkollhiex effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux neċessarju li titfittex li tinkiseb l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(8) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tad-diossidu tas-siliċju (E 551) bħala antiagglomerant f'estratti tal-klin (E 392). |
|
(9) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-mument tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-25 serje, 1990.
ANNESS
Fil-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel entrata għall-addittiv tal-ikel E 551, id-diossidu tas-siliċju:
|
“E 551 |
Diossidu tas-siliċju |
30 000 mg/kg fil-preparazzjoni |
Estratti tal-klin niexfa f'forma ta' trab (E 392)” |