This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0940
Regulation (EU) 2015/940 of the European Parliament and of the Council of 9 June 2015 on certain procedures for applying the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and Bosnia and Herzegovina, of the other part, and for applying the Interim Agreement on trade and trade-related matters between the European Community, of the one part, and Bosnia and Herzegovina, of the other part (codification)
Regolament (UE) 2015/940 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Bożnija u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
Regolament (UE) 2015/940 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Bożnija u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
ĠU L 160, 25.6.2015, p. 69–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/69 |
REGOLAMENT (UE) 2015/940 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ġunju 2015
dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Bożnija u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra
(kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 (2) ġie emendat (3) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“FSA”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu nhar is-16 ta' Ġunju 2008. |
(3) |
Fis-16 ta' Ġunju 2008, il-Kunsill ikkonkluda Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa l-waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (4), (“Ftehim Temporanju”) li pprovda għad-dħul fis-seħħ kmieni tad-dispożizzjonijiet kummerċjali u ta' dawk relatati mal-kummerċ tal-FSA. Dan il-Ftehim Temporanju daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008. |
(4) |
Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim Temporanju. Ladarba d-dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ ta' dawn l-istrumenti huma fil-biċċa l-kbira tagħhom identiċi, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-implimentazzjoni tal-FSA wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(5) |
L-FSA u l-Ftehim Temporanju jistipulaw li prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni b'dazju doganali mnaqqas, fil-limiti tal-kwoti tariffarji. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġestjoni ta' dawk il-kwoti tariffarji. |
(6) |
Fejn ikunu neċessarji miżuri protettivi għall-kummerċ, dawn għandhom jiġu adottati konformement mad-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament (UE) 2015/479tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (7) jew, skont il-każ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (8). |
(7) |
Meta Stat Membru jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' frodi jew nuqqas fl-għoti ta' koperazzjoni amministrattiva, għandha tapplika l-liġi tal- Unjoni rilevanti, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (9). |
(8) |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(9) |
L-implimentazzjoni tal-klawsoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim Temporanju u tal-FSA teħtieġ kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement, il-punt (b) tal-Artikolu 39(5) u l-Artikolu 40(4) tal-FSA, jekk dan ikun meħtieġa għal raġunijiet imperattivi urġenti, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, (“FSA”), u tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (“Ftehim Temporanju”).
Artikolu 2
Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd
Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement l-Artikolu 28 tal-FSA, fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-ħut u l-prodotti tas-sajd, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Tnaqqis tat-tariffa
1. Suġġett għall-paragrafu 2, ir-rati preferenzali tad-dazju għandhom jiġu arrotondonditi sal-ewwel post deċimali.
2. Fejn ir-riżultat tal-kalkolazzjoni tar-rata tad-dazju preferenzali skont il-paragrafu 1 ikun wieħed milli ġejjin, ir-rata preferenzali għandha tiġi kkunsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:
(a) |
1 % jew anqas fil-każ ta' dazji ad valorem, jew |
(b) |
EUR 1 jew anqas għal kull ammont individwali fil-każ ta' dazji speċifiċi. |
Artikolu 4
Adattamenti tekniċi
L-emendi u l-adattamenti tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament li jkunu neċessarji wara tibdil fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC, jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u l-Bożnija-Ħerzegovina, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3).
Artikolu 5
Klawsola ta' salvagwardja ġenerali
Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA.
Artikolu 6
Klawsola ta' nuqqas
Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 40 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritici
Fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali jew kritiċi fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament tal-punt (b) tal-Artikolu 39(5) u l-Artikolu 40(4) tal-FSA, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati kif previst fl-Artikoli 24 u 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikoli 39 u 40 tal-FSA.
Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuq din fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Klawżola ta' salvagwardja għall-prodotti tal-agrikultura u s-sajd
1. Minkejja l-proċeduri previsti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament, fejn hu meħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura ta' salvagwardja kif previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA dwar il-prodotti tal-agrikultura u tas-sajd, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa wara li tkun irrikorriet, meta jkun applikabbli, għall-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA.
Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuq din it-talba:
(a) |
sa tlett ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba, meta ma tkunx tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA, jew |
(b) |
sa tlett ijiem wara tmiem il-perjodu ta' tletin jum imsemmi fil-punt (a) tal-Artikoli 24(5) tal-Ftehim Temporanju u suċċessivament fil-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tal-FSA meta tkun tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju u wara l-Artikolu 39 tal-FSA. |
Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kunsill bil-miżuri li tiddeċiedi.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 9(4).
Artikolu 9
Proċedura ta' kumitat
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 4 u 11 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Għall-finijiet tal-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 10
Dumping u Sussidji
Fil-każ ta' prattika li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim Temporanju mill-Unjoni, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(2) tal-FSA, l-introduzzjoni ta' miżuri kontra d-dumping u/jew miżuri kompensatorji ser jiġu deċiżi skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u/jew Regolament (KE) Nru 597/2009 rispettivament.
Artikolu 11
Kompetizzjoni
1. Fil-każ ta' xi prattika li tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 36 tal-Ftehim Temporanju, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 71 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hijiex kompatibbli ma' dak il-Ftehim.
Il-miżuri previsti fl-Artikoli 36(10) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 71(10) tal-FSA, għandhom jiġu adottati fil-każi ta' għajnuna, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 597/2009 u, f'każi oħrajn, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 207 tat-Trattat.
2. Fil-każ ta' prattika li tista' twassal għall-applikazzjoni ta' miżuri fuq l-Unjoni mill-Bożnija-Ħerzegovina fuq il-bażi tal-Artikolu 36 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament tal-Artikolu 71 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hijiex kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-FSA. Fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tieħu deciżjonijiet xierqa fuq il-bażi ta' kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101, 102 u 107 tat-Trattat.
Artikolu 12
Frodi jew nuqqas li tkun provduta koperazzjoni amministrattiva
Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-infomazzjoni provduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, issib li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 44 tal-FSA jkunu sodisfatti, mingħajr dewmien hi għandha:
(a) |
tinforma lill-Kunsill; u |
(b) |
tinnotifika lill-Kumitat Temporanju, u suċċessivament lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar is-sejba tagħha flimkien ma' informazzjoni oġġettiva, u tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Kumitat Temporanju, u suċċessivament mal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
Kull pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 29(5) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament taħt l-Artikolu 44(5) tal-FSA, għandha ssir mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 29(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 44(4) tal-FSA.
Artikolu 13
Notifika
Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'isem l-Unjoni, għandha tkun responsabbli għan-notifika lill-Kumitat Temporanju, u suċċessivament lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament, kif mitlub fil-Ftehim Temporanju jew fl-FSA.
Artikolu 14
Tħassir
Regolament (KE) Nru 594/2008 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fl- għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Ġunju 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2015.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1).
(3) Ara l-Anness I.
(4) ĠU L 169, 30.6.2008, p. 13.
(5) Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16)..
(6) Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fir-rigward ta' materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(10) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(11) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 |
|
Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Il-punt 17 biss tal-Anness |
ANNESS II
Tabella ta' Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 594/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 8 |
Artikoli 1 sa 8 |
Artikolu 8a |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
__ |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
__ |
Anness I |
__ |
Anness II |