This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0525
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/525 of 27 March 2015 amending Annex I to Regulation (EC) No 669/2009 implementing Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards the increased level of official controls on imports of certain feed and food of non-animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/525 tas- 27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/525 tas- 27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 84, 28.3.2015, p. 23–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793
28.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/525
tas-27 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
(4) |
B'mod partikolari, għall-kunsinni tal-lewż li joriġina mill-Awstralja, tal-pistaċċi li joriġinaw mill-Istati Uniti u tal-berquq imnixxef li joriġina mill-Uzbekistan, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet dwar dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista. |
(5) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu emendati n-noti tal-aħħar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri skont dak ir-Regolament ikollhom fil-mira tal-inqas il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa. Jixraq ukoll li jinżammu noti tal-aħħar individwali għal ċerti pestiċidi li mhumiex elenkati f'dak il-programm ta' kontroll jew li jistgħu jeħtieġu, fi Stat Membru wieħed jew aktar, metodu ta' residwu uniku sabiex jiġu analizzati. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi tan-NM (1) |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||||
Għeneb imnixxef (frott id-dielja) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
|
L-Awstralja (AU) |
Aflatossini |
20 |
||||||
|
|
||||||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||||
|
|
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||||
|
|
72 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||||
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||||
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||||
Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
72 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
10 |
|||||||
|
|
70 70 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
20 |
|||||||
|
|
20 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||||
Frawli (friski) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; |
20 |
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||||
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
20 |
|||||||||
Weraq tal-betel (Piper betle L.) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
|
|||||||||
Żerriegħa tal-ġulġlien |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
20 |
||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
||||||||||
|
|
10 |
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||||
|
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
||||||||||
Enzimi; enzimi ppreparati |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||||
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
||||||||||
|
|
40 40 |
Il-Kenja (KE) |
10 |
|||||||
|
|
|
|||||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
||||||||||
Nagħniegħ |
ex 1211 90 86 ; |
30 |
Il-Marokk (MA) |
10 |
|||||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
ex 2008 99 99 |
70 |
|||||||||
Fażola mnixxfa |
0713 39 00 |
|
In-Niġerja (NG) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
Għeneb tal-mejda |
0806 10 10 |
|
Il-Perù (PE) |
10 |
|||||||
(Ikel — frisk) |
|
||||||||||
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
|
|||||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
(Għalf u ikel) |
|
||||||||||
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||||
Weraq tal-betel (Piper betle L.) |
ex 1404 90 00 |
10 |
It-Tajlandja (TH) |
Salmonella (10) |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
|
|||||||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||||
|
|
72 |
|||||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
10 |
||||||
|
|
||||||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||||
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
||||||||||
Weraq tad-dwieli |
ex 2008 99 99 |
11; 19 |
It-Turkija (TR) |
20 |
|||||||
(Ikel) |
|
|
|||||||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
20 |
||||||
|
|
||||||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
||||||
|
|
||||||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
Għeneb imnixxef (frott id-dielja) |
0806 20 |
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||||
(Ikel) |
|
||||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
|||||||
|
|
20 75 |
|||||||||
|
|
30 70 |
|||||||||
|
|
40 |
|||||||||
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||||
|
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
|||||||
|
|
20 |
|||||||||
|
|
20 |
|||||||||
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.
(2) Ir-residwi mill-inqas ta' dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa (il-pestiċidi li jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Residwi tal-klorbufam.
(4) Residwi tal-fentoat.
(5) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(6) Residwi tat-trifluralin.
(7) Ir-residwi tal-aċefat, l-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4-dimetilanilina mogħtija bħala amitraż), id-diafentjuron, id-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p' u o,p'), id-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tal-eżaflumuron, il-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-fentoat u t-tijofanat metil.
(9) Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p' u o,p'), id-dinotefuran, il-folpet, il-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-tijofanat metil u t-triforina.
(10) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel [traduzzjoni mhix uffiċjali] (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(11) Residwi tal-aċefat u tad-diafentjuron.
(12) Residwi tal-flubendiammid.
(13) Residwi tal-etefon.
(14) Residwi tal-formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, protijofos u triforina.
(15) Ir-residwi tal-aċefat, tad-dikrotofos, tal-protijofos, talkwinalfos u tat-triforina.
(16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(17) Residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-tijofanat metil.
(18) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metrafenon.
(19) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-fentoat u l-kwinalfos.”