EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015L1480R(01)

Rettifika tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent (ĠU L 226, 29.8.2015)

C/2019/2067

ĠU L 72, 14.3.2019, p. 141–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/1480/corrigendum/2019-03-14/oj

14.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/141


Rettifika tad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat-28 ta' Awwissu 2015 li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 226 tad-29 ta' Awwissu 2015 )

F'paġna 10, fl-Anness II, fil-punt (3) (a), fl-emendi għat-Taqsima A tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/50/KE,

minflok:

“3.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl taċ-ċomb— mhux mibdul”,

aqra:

“3.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl taċ-ċomb

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni taċ-ċomb huwa dak deskritt fit-Taqsima A(4) ta' dan l-Anness. Il-metodu ta' referenza għall-kejl taċ-ċomb huwa dak deskritt fl-EN 14902:2005 ‘Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb/Cd/As/Ni fil-frazzjoni ta' PM10 tal-materja partikolata sospiża’.”;

F'paġna 11, fl-Anness II, fil-punt (3) (a), fl-emendi għat-Taqsima A tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/50/KE,

minflok:

“6.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-benżene — mhux mibdul”,

aqra:

“6.   Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-benżen

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżen huwa dak deskritt fl-EN 14662:2005, il-partijiet 1, 2 u 3 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-benżen’.”.


Top