EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1863

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1863 tat-18 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 274, 18.10.2015, p. 174–197 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1863/oj

18.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/174


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1863

tat-18 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Fl-24 ta' Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”), laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta' Azzjoni Konġunt li jistabbilixxi approċċ għall-kisba ta' soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li jwassal għal din is-soluzzjoni komprensiva jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali maqbula b'mod reċiproku li għandhom jittieħdu miż-żewġ naħat għal perijodu ta' sitt xhur u jiġġeddu bi qbil komuni.

(3)

Fit-2 ta' April 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni, laħqu ftehim dwar il-parametri ewlenin ta' Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (il-JCPOA) mal-Iran.

(4)

Fl-14 ta' Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, laħqu ftehim mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni sħiħa tal-JCPOA ser tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan u tipprovdi għat-tneħħija totali tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet nukleari.

(5)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2231 (2015) li tapprova l-JCPOA, filwaqt li ħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tagħha f'konformità mal-iskeda ta' żmien stabbilita fil-JCPOA u li tipprovdi għall-azzjonijiet li għandhom isiru f'konformità mal-JCPOA.

(6)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill laqa' u approva l-JCPOA u impenja ruħu li jżomm mat-termini tiegħu u jsegwi l-pjan ta' implimentazzjoni maqbul. Il-Kunsill appoġġa bis-sħiħ ukoll ir-Riżoluzzjoni tal-UNSCR 2231 (2015).

(7)

Il-Kunsill kompla jtenni li l-azzjonijiet u l-impenji tal-Unjoni taħt il-JCPOA relatati mat-tneħħija tas-sanzjonijiet ser jitwettqu f'konformità mal-iskeda ta' żmien u l-arranġamenti ddettaljati speċifikati fil-JCPOA; u li t-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tidħol fis-seħħ ladarba l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tkun ivverifikat li l-Iran implimenta l-impenji tiegħu relatati ma' kwistjonijiet nukleari kif stabbilit fil-JCPOA.

(8)

Il-Kunsill innota li d-dispożizzjonijiet taħt il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt maqbul f'Ġinevra fl-2013 kienu ġew estiżi għal sitt xhur oħra, biex jiġi kopert il-perijodu sakemm l-IAEA tkun ivverifikat li l-Iran ħa dawn l-azzjonijiet.

(9)

L-impenn li jitneħħew is-sanzjonijiet kollha tal-Unjoni relatati ma' kwistjonijiet nukleari f'konformità mal-JCPOA huwa mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim speċifikat fil-JCPOA u għall-introduzzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet tal-Unjoni f'każ li l-Iran jonqos b'mod sinifikanti milli jwettaq l-impenji tiegħu taħt il-JCPOA.

(10)

Fil-każ tal-introduzzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet tal-Unjoni, ser tiġi pprovduta protezzjoni adegwata għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi f'konformità mal-JCPOA filwaqt li kienet fis-seħħ it-tneħħija tas-sanzjonijiet b'mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet preċedenti meta s-sanzjonijiet ġew imposti oriġinarjament.

(11)

L-UNSCR 2231 (2015) tipprovdi li, malli l-IAEA tkun ivverifikat l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Iran relatati ma' kwistjonijiet nukleari kif stabbilit fil-JCPOA, id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008), 1929 (2010) u 2224 (2015) għandhom jintemmu.

(12)

L-UNSCR 2231 (2015) tipprovdi wkoll li l-Istati għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-14 ta' Lulju 2015, miċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, mehmuża bħala l-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015), li għandha l-għan li tippromwovi t-trasparenza u toħloq atmosfera li tiffaċilita l-implimentazzjoni sħiħa tal-JCPOA.

(13)

Id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-14 ta' Lulju 2015 jinkludu mekkaniżmu għal rieżami u jipprovdu għal deċiżjonijiet dwar trasferimenti relatati ma' kwistjonijiet nukleari lejn, jew attivitajiet relatati ma' kwistjonijiet nukleari ma', l-Iran, restrizzjonijiet fuq l-armi, u missili ballistiċi, kif ukoll miżuri ta' projbizzjoni ta' viża u ffriżar tal-assi applikabbli għal ċerti persuni u entitajiet.

(14)

F'konformità mal-JCPOA, l-Istati Membri għandhom itemmu l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji kollha tal-Unjoni relatati ma' kwistjonijiet nukleari fl-istess ħin li l-IAEA tkun ivverifikat li l-Iran implimenta l-miżuri maqbula relatati ma' kwistjonijiet nukleari.

(15)

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jintroduċu, fl-istess data, reġim ta' awtorizzazzjoni li jirrieżamina u jiddeċiedi dwar trasferimenti relatati ma' kwistjonijiet nukleari lejn, jew attivitajiet relatati ma' kwistjonijiet nukleari ma', l-Iran li mhumiex koperti mill-UNSCR 2231 (2015), b'konsistenza sħiħa mal-JCPOA.

(16)

F'konformità mal-JCPOA, ser tiġi stabbilita Kummissjoni Konġunta li tikkonsisti minn rappreżentanti tal-Iran u taċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, mar-Rappreżentant Għoli biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-JCPOA u ser ikollha l-funzjonijiet previsti f'dan il-JCPOA.

(17)

Jeħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(18)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għat-trasferiment dirett jew indirett lill-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, jew għall-benefiċċju tiegħu bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 2(c), subparagrafu 1 tal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi b'ilma ħafif.” .

(2)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafi 1, 2, 5 u 6 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha lejn u mill-Iran fit-territorji tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom qegħdin isiru b'mod kuntrarju għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri, b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi tal-baħar, jistgħu jirrikjedu spezzjonijiet ta' bastiment fl-ibħra internazzjonali bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti jġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom qegħdin isiru b'mod kuntrarju għal din id-Deċiżjoni.

5.   F'każijiet fejn titwettaq spezzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jeliminaw oġġetti (pereżempju billi jeqirduhom, jagħmluhom inoperabbli, jaħżnuhom jew jittrasferixxuhom lil Stat ieħor għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew ta' destinazzjoni għall-eliminazzjoni) li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom qegħdin isiru b'mod kuntrarju għal din id-Deċiżjoni. Tali konfiska u eliminazzjoni bħal dawn ser jitwettqu bi spejjeż għall-importatur, jew jekk ma jkunx possibbli li dawn l-ispejjeż jiġu rkuprati mill-importatur, huma jistgħu, skont il-leġislazzjoni nazzjonali, jiġu rkuprati minn kwalunkwe persuna oħra jew entità responsabbli għat-tentattiv ta' forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni illeċiti.

6.   L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' servizzi ta' bunkering jew ta' forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta' bastimenti, lill-bastimenti bi sjieda Iranjana jew b'kuntratt Iranjan, inklużi bastimenti mikrija, għandhom jiġu pprojbiti jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom qegħdin isiru b'mod kuntrarju għal din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji jew sa ma l-merkanzija tkun ġiet spezzjonata, u kkonfiskata u eliminata jekk ikun neċessarju, f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 5.”.

(3)

L-Artikolu 18 jinbidel b'dan li ġej:

“L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, ta' servizzi ta' inġinerija u ta' manutenzjoni lill-inġenji tal-ajru tal-merkanzija Iranjani għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom qegħdin isiru b'mod kuntrarju għal din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi ma jkunx neċessarju għal finijiet umanitarji u ta' sigurtà jew sa ma l-merkanzija tkun ġiet spezzjonata, u kkonfiskata u eliminata jekk ikun neċessarju, f'konformità mal-Artikolu 15(1) u (5).”.

(4)

Fl-Artikolu 19(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

persuni oħra li l-Kunsill tas-Sigurtà indika li kienu involuti fi, assoċjati direttament ma', jew appoġġaw, l-attivitajiet nukleari tal-Iran, sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni mwettqa b'mod kuntrarju għall-impenji tal-Iran fil-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (JCPOA) jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist ta' oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjali u teknoloġija pprojbiti speċifikati fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015); li assistew persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jaġixxu b'mod inkonsistenti mal-JCPOA jew l-UNSCR 2231 (2015); li aġixxew f'isem jew fuq ordni ta' persuni jew entitajiet indikati, kif elenkati fl-Anness III.

(e)

persuni oħra li mhumiex koperti mill-Anness III li kienu involuti fi, assoċjati direttament ma', jew appoġġaw, l-attivitajiet nukleari tal-Iran, sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni mwettqa b'mod kuntrarju għall-impenji tal-Iran fil-JCPOA jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist ta' oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjali u teknoloġija pprojbiti speċifikati fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) jew f'din id-Deċiżjoni; li assistew persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jaġixxu b'mod inkonsistenti mal-JCPOA, l-UNSCR 2231 (2015) jew din id-Deċiżjoni; li aġixxew f'isem jew fuq ordni ta' persuni jew entitajiet indikati, kif elenkati fl-Anness IV.”.

(5)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għat-transitu mit-territorji ta' Stati Membri għall-finijiet ta' attivitajiet relatati direttament mal-oġġetti speċifikati fil-paragrafu 2(c), subparagrafu 1 tal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi b'ilma ħafif.”.

(6)

Fl-Artikolu 19(7), il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

it-tisħiħ tal-objettivi tal-UNSCR 2231 (2015), inkluż fejn l-Artikolu XV tal-Istatut tal-IAEA jkun applikabbli;”.

(7)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafi 9 u 10 jinbidlu b'dan li ġej:

“9.   F'każijiet fejn skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni inklużi fil-lista fl-Anness I, II, III jew IV, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati minn dan.

10.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7(i) u (ii) għandu jissottometti l-awtorizzazzjonijiet proposti lill-Kunsill tas-Sigurtà għall-approvazzjoni.”.

(8)

Fl-Artikolu 20(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(d)

persuni u entitajiet oħra li l-Kunsill tas-Sigurtà indika li kienu involuti fi, assoċjati direttament ma', jew appoġġaw lil, l-attivitajiet nukleari tal-Iran, sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni mwettqa b'mod kuntrarju għall-impenji tal-Iran fil-JCPOA jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist ta' oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjali u teknoloġija pprojbiti speċifikati fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015); li assistew persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jaġixxu b'mod inkonsistenti mal-JCPOA jew l-UNSCR 2231 (2015); li aġixxew f'isem jew fuq ordni ta' persuni jew entitajiet indikati, jew li kienu jappartjenu lil jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet indikati, kif elenkati fl-Anness III;

(e)

persuni u entitajiet oħra li mhumiex koperti mill-Anness III li kienu involuti fi, assoċjati direttament ma', jew appoġġaw, l-attivitajiet nukleari tal-Iran, sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni mwettqa b'mod kuntrarju għall-impenji tal-Iran fil-JCPOA jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist ta' oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjali u teknoloġija pprojbiti speċifikati fid-dikjarazzjoni mehmuża mal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) jew f'din id-Deċiżjoni; li assistew persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jaġixxu b'mod inkonsistenti mal-JCPOA, l-UNSCR 2231 (2015) jew din id-Deċiżjoni; li aġixxew f'isem jew fuq ordni ta' persuni jew entitajiet indikati, jew li kienu jappartjenu lil jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet indikati, kif elenkati fl-Anness IV.”.

(9)

Fl-Artikolu 20(3) il-formulazzjoni finali tinbidel b'dan li ġej:

“wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill tas-Sigurtà dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn xieraq, aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fl-assenza ta' deċiżjoni negattiva mill-Kunsill tas-Sigurtà fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.”.

(10)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill tas-Sigurtà u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(b)

is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel id-data tal-UNSCR 1737 (2006), u ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill tas-Sigurtà;

(c)

neċessarji għal attivitajiet relatati direttament mal-oġġetti speċifikati fil-paragrafu 2(c), subparagrafu 1 tal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi b'ilma ħafif.

(d)

neċessarji għall-proġetti ta' kooperazzjoni nukleari ċivili deskritti fl-Anness III tal-JCPOA, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill tas-Sigurtà u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(e)

neċessarji għal attivitajiet relatati direttament mal-oġġetti speċifikati fl-Artikoli 26c u 26d, jew għal kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-JCPOA, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kunsill tas-Sigurtà u approvazzjoni minn dan tal-aħħar.”.

(11)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità indikati milli jagħmlu ħlas dovut taħt kuntratt li sar qabel ma tali persuna jew entità jkunu ġew elenkati, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(a)

il-kuntratt mhuwa relatat ma' ebda oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġija, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizz ta' senserija jew servizz ipprojbiti msemmija f'din id-Deċiżjoni;

(b)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1,

u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kunsill tas-Sigurtà dwar l-intenzjoni li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew li jawtorizza, fejn xieraq, li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.”.

(12)

L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

“L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew għal pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1929 (2010), 2231 (2015), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f'konformità ma', kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti mid-Deċiżjoni preżenti, ma għandha tingħata lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness I,II, III jew IV, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fl-Iran, inkluż il-Gvern tal-Iran, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' kwalunkwe persuna jew entità bħal din jew għall-benefiċċju tagħhom.”.

(13)

L-Artikolu 23 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I u III abbażi tad-determinazzjonijiet li jkunu saru mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista fl-Annessi II u IV u jadotta modifiki għaliha.”.

(14)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness III.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 19(1)(b), (c) u (e) u 20(1)(b), (c) u (e), huwa għandu jemenda l-Annessi II u IV kif adattat.”.

(15)

L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni u entitajiet elenkati, kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I u mill-Kunsill tas-Sigurtà fir-rigward tal-Anness III.

2.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati, kif ipprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I, jew mill-Kunsill tas-Sigurtà fir-rigward tal-Anness III. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-ID, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu wkoll id-data tal-indikazzjoni.”.

(16)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 4 jinbidel b'li ġej:

“4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 19(1)(a), 20(1)(a), 20(2) u 20(12), sa fejn japplikaw għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness V, għandhom jiġu sospiżi.

5.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 19(1)(b) u (c), 20(1)(b) u (c), 20(2) u 20(12), sa fejn japplikaw għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness VI, għandhom jiġu sospiżi.”

(17)

L-Artikolu 26a jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 26a

1.   Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 1(1)(a), (b), (d) u (e), l-Artikoli 2, 3, 3a, 3b, 3c, 3d, 3e, 4, 4a, 4b, 4c, 4d, 4e, 4f, 4g, 4h, 4i, 4j, 5, 6, 6a, 7, 8, 8a, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18a, 18b, l-Artikoli 20(7), 20(11), 20(13), 20(14), l-Artikoli 21 u 26b għandhom jiġu sospiżi.”.

(18)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 26c

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti lill-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, jew għall-benefiċċju tiegħu, minn ċittadini ta' Stati Membri jew bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija li ġejjin, sew jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom u sew jekk le, għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni każ b'każ mill-Kunsill tas-Sigurtà:

(a)

l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-merkanzija u t-teknoloġija kollha li jinsabu fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

(b)

kwalunkwe oġġett ieħor jekk l-Istat Membru jiddetermina li dan jista' jikkontribwixxi għal attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew l-arrikkiment jew l-ilma tqil inkonsistenti mal-JCPOA.

2.   Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta' tagħmir imsemmi fil-paragrafu 2(c), subparagrafu 1 tal-Anness B għall-UNSCR 2231 (2015) għal reatturi b'ilma ħafif.

3.   L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiżguraw li:

(a)

jiġu ssodisfatti, fejn xieraq, ir-rekwiżiti tal-Linji gwida kif jinsabu fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

(b)

jkunu kisbu u jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut;

(c)

jinnotifikaw, fejn xieraq, lill-Kunsill tas-Sigurtà fi żmien għaxart ijiem mill-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment; u

(d)

fil-każ ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija fornuti inklużi fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari, jinnotifikaw ukoll lill-IAEA fi żmien għaxart ijiem mill-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment.

4.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija u lanqas għall-provvediment ta' kwalunkwe assistenza jew taħriġ tekniku, assistenza finanzjarja, investiment, senserija jew servizzi oħra relatati magħhom, li huwa direttament relatat ma':

(a)

il-modifika neċessarja ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni stabbli ta' isotopi;

(b)

l-esportazzjoni tal-uranju arrikkit tal-Iran li jmur 'il hinn minn 300 kilogramma bi skambju għal uranju naturali; jew

(c)

l-immodernizzar tar-reattur Arak abbażi tad-disinn kunċettwali maqbul u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali maqbul ta' tali reattur,

sakemm l-Istati Membri jiżguraw li:

(d)

l-attivitajiet kollha bħal dawn jitwettqu strettament f'konformità mal-JCPOA;

(e)

jinnotifikaw lill-Kunsill tas-Sigurtà u l-Kummissjoni Konġunta għaxart ijiem qabel tali attivitajiet;

(f)

jiġu ssodisfatti, fejn xieraq, ir-rekwiżiti tal-Linji gwida kif jinsabu fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari;

(g)

jkunu kisbu u jkunu fil-pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett provdut; u

(h)

f'każ ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija fornuti inklużi fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari, jinnotifikaw ukoll lill-IAEA fi żmien għaxart ijiem mill-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment.

5.   L-għoti ta' assistenza jew taħriġ tekniku, finanzjament jew assistenza finanzjarja, investiment, senserija jew servizzi oħra, relatati mal-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, il-manifattura jew l-użu tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni każ b'każ mill-Kunsill tas-Sigurtà.

6.   L-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mill-Iran, iċ-ċittadini tiegħu, jew entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq l-ordni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom fi kwalunkwe attività li tinvolvi l-estrazzjoni tal-uranju, jew il-produzzjoni jew l-użu ta' materjali nukleari kif elenkati fil-Parti 1 tal-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari għandu jkun soġġett għal approvazzjoni każ b'każ mill-Kunsill tas-Sigurtà.

7.   L-akkwist minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 mill-Iran għandu jkun soġġett għal approvazzjoni każ b'każ mill-Kumissjoni Konġunta, sew jekk joriġinaw mit-territorju tal-Iran u sew jekk le.

8.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe approvazzjoni mogħtija f'konformità ma' dan l-Artikolu jew dwar attivitajiet imwettqa skontu.

Artikolu 26d

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lill-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, jew għall-benefiċċju tiegħu, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija mhux koperti mill-Artikolu 26c jew l-Artikolu 26e, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew l-arrikkiment jew l-ilma tqil jew attivitajiet oħra inkonsistenti mal-JCPOA, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qiegħed jesporta, sew jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom u sew jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta' tagħmir imsemmi f'dak il-paragrafu għal reatturi b'ilma ħafif.

3.   L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiżguraw li jkunu kisbu u jkunu fil-pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett provdut.

4.   L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiżguraw lijinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra fi żmien għaxart ijiem minn tali attivitajiet.

5.   Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, u lanqas għall-provvediment ta' kwalunkwe assistenza jew taħriġ tekniku, assistenza finanzjarja, investiment, senserija jew servizzi oħra relatati magħhom, li huwa direttament relatat ma':

(a)

il-modifika neċessarja ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni stabbli ta' isotopi;

(b)

l-esportazzjoni tal-uranju arrikkit tal-Iran li jmur 'il hinn minn 300 kilogramma bi skambju ma' uranju naturali; jew

(c )

l-immodernizzar tar-reattur Arak abbażi tad-disinn kunċettwali maqbul u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali maqbul ta' tali reattur;

dment li l-Istati Membri jiżguraw li:

(d)

l-attivitajiet kollha bħal dawn isiru strettament f'konformità mal-JCPOA;

(e)

huma jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra għaxart ijiem qabel tali attivitajiet; u

(f)

jkunu kisbu u jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.

6.   L-għoti ta' assistenza jew taħriġ tekniku, finanzjament jew assistenza finanzjarja, investiment, senserija jew servizzi oħra, relatati mal-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, il-manifattura jew l-użu tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

7.   L-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mill-Iran, iċ-ċittadini tiegħu, jew entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq l-ordni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom fi kwalunkwe attività kummerċjali li tinvolvi teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni każ b'każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

8.   L-akkwist minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 mill-Iran għandu jkun soġġett għal approvazzjoni, każ b'każ, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, sew jekk joriġinaw fit-territorju tal-Iran u sew jekk le.

9.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għall-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-akkwist tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jekk jiddeterminaw li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-akkwist ikkonċernati jew l-għoti tas-servizz ikkonċernat jikkontribwixxu għal attivitajiet inkonsistenti mal-JCPOA.

10.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu mill-inqas għaxart ijiem minn qabel.

Artikolu 26e

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti lill-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż, jew għall-benefiċċju tiegħu, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bi transitu mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija li jinsabu fil-lista tas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili jew ta' kwalunkwe oġġett addizzjonali li jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sistemi ta' konsenja ta' armi nukleari għandhom jiġu pprojbiti, sew jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom u sew jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu jiġi pprojbit ukoll li:

(a)

jingħataw assistenza jew taħriġ tekniku, investiment jew servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif jidhru fil-paragrafu 1 u mal-provvediment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż;

(b)

jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe forniment, bejgħ, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u t-teknoloġiji, jew għall-għoti ta' assistenza jew taħriġ tekniku, servizzi jew assistenza relatati magħhom, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, jew għall-użu f'dan il-pajjiż;

(c )

ikun hemm parteċipazzjoni, konsapevoli jew intenzjonata, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li tiġi evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b);

(d)

isir xi investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mill-Iran, iċ-ċittadini tiegħu, jew entitajiet inkorporati fl-Iran jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq l-ordni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom fi kwalunkwe attività li tinvolvi teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-akkwist minn ċittadini ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 mill-Iran għandu jkun ipprojbit, sew jekk joriġinaw fit-territorju tal-Iran u sew jekk le.

Artikolu 26f

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' grafit u ta' metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qiegħed jesporta, sew jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom u sew jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   L-għoti ta':

(a)

assistenza jew taħriġ tekniku u servizzi oħra relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe forniment, bejgħ, jew trasferiment ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-provvediment ta' assistenza u taħriġ tekniċi relatati,

għandu wkoll ikun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jekk:

(a)

huma jiddeterminaw li il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ikkonċernati jew l-għoti tas-servizz ikkonċernat:

(i)

jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew l-arrikkiment jew l-ilma tqil jew attivitajiet oħra relatati ma' kwistjonijiet nukleari inkonsistenti mal-JCPOA;

(ii)

jikkontribwixxu għall-programm militari jew dak tal-missili ballistiċi tal-Iran; jew

(iii)

jibbenefikaw direttament jew indirettament lill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjani;

(b)

il-kuntratti għall-konsenja ta' tali oġġetti jew assistenza ma jinkludux garanziji adatti għall-utent aħħari.

4.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu mill-inqas għaxart ijiem minn qabel.

Artikolu 26g

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran, minn ċittadini ta' Stati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' software għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qiegħed jesporta, sew jekk joriġinaw mit-territorji tagħhom u sew jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   L-għoti ta':

(a)

assistenza jew taħriġ tekniku u servizzi oħra relatati mal-punti msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe forniment, bejgħ, jew trasferiment ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew għall-provvediment ta' assistenza u taħriġ tekniċi relatati,

għandu wkoll ikun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tal-oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 jekk:

(a)

huma jiddeterminaw li l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ikkonċernati jew l-għoti tas-servizz ikkonċernat:

(i)

jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati mal-ipproċessar mill-ġdid jew l-arrikkiment jew l-ilma tqil jew attivitajiet oħra relatati ma' kwistjonijiet nukleari inkonsistenti mal-JCPOA;

(ii)

jikkontribwixxu għall-programm militari jew dak tal-missili ballistiċi tal-Iran; jew

(iii)

jibbenefikaw direttament jew indirettament lill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjani.

(b)

il-kuntratti għall-konsenja ta' tali oġġetti jew assistenza ma jinkludux garanziji adatti għall-utent aħħari.

4.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu mill-inqas għaxart ijiem minn qabel.”.

(19)

L-Annessi li jinsabu fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni huma miżjuda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mid-data li fiha l-Kunsill ikun innota li d-Direttur Ġenerali tal-IAEA ppreżenta rapport lill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonferma li l-Iran ħa l-miżuri speċifikati fil-paragrafi 15.1 sa 15.11 tal-Anness V tal-JCPOA. Id-data tal-applikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fl-istess jum f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il- Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


ANNESS I

“ANNESS III

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(d) u tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(d)

A.

Persuni

B.

Entitajiet.”


ANNESS II

“ANNESS IV

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(e) u tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(e)

A.

Persuni

B.

Entitajiet.”


ANNESS III

“ANNESS V

LISTA TAL-PERSUNI U L-ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26(4)

1.

AGHA-JANI, Dawood

2.

ALAI, Amir Moayyed

3.

ASGARPOUR, Behman

4.

ASHIANI, Mohammad Fedai

5.

ASHTIANI, Abbas Rezaee

6.

ATOMIC ENERGY ORGANISATION OF IRAN (AEOI)

7.

BAKHTIAR, Haleh

8.

BEHZAD, Morteza

9.

ESFAHAN NUCLEAR FUEL RESEARCH AND PRODUCTION CENTRE (NFRPC) U ESFAHAN NUCLEAR TECHNOLOGY CENTRE (ENTC)

10.

FIRST EAST EXPORT BANK, P.L.C.:

11.

HOSSEINI, Seyyed Hussein

12.

IRANO HIND SHIPPING COMPANY

13.

IRISL BENELUX NV

14.

JABBER IBN HAYAN

15.

KARAJ NUCLEAR RESEARCH CENTRE

16.

KAVOSHYAR COMPANY

17.

LEILABADI, Ali Hajinia

18.

MESBAH ENERGY COMPANY

19.

MODERN INDUSTRIES TECHNIQUE COMPANY

20.

MOHAJERANI, Hamid-Reza

21.

MOHAMMADI, Jafar

22.

MONAJEMI, Ehsan

23.

NOBARI, Houshang

24.

NOVIN ENERGY COMPANY

25.

NUCLEAR RESEARCH CENTER FOR AGRICULTURE AND MEDICINE

26.

PARS TRASH COMPANY

27.

PISHGAM (PIONEER) ENERGY INDUSTRIES

28.

QANNADI, Mohammad

29.

RAHIMI, Amir

30.

RAHIQI, Javad

31.

RASHIDI, Abbas

32.

SABET, M. Javad Karimi

33.

SAFDARI, Seyed Jaber

34.

SOLEYMANI, Ghasem

35.

SOUTH SHIPPING LINE IRAN (SSL)

36.

TAMAS COMPANY.”


ANNESS IV

“ANNESS VI

LISTA TAL-PERSUNI U L-ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26(5)

1.

ACENA SHIPPING COMPANY LIMITED

2.

ADVANCE NOVEL

3.

AGHAJARI OIL & GAS PRODUCTION COMPANY

4.

AGHAZADEH, Reza

5.

AHMADIAN, Mohammad

6.

AKHAVAN-FARD, Massoud

7.

ALPHA EFFORT LTD

8.

ALPHA KARA NAVIGATION LIMITED

9.

ALPHA NARI NAVIGATION LIMITED

10.

ARIAN BANK

11.

ARVANDAN OIL & GAS COMPANY

12.

ASHTEAD SHIPPING COMPANY LTD

13.

ASPASIS MARINE CORPORATION

14.

ASSA CORPORATION

15.

ASSA CORPORATION LTD

16.

ATLANTIC INTERMODAL

17.

AVRASYA CONTAINER SHIPPING LINES

18.

AZARAB INDUSTRIES

19.

AZORES SHIPPING COMPANY ALIAS AZORES SHIPPING FZE LLC

20.

BANCO INTERNACIONAL DE DESARROLLO CA

21.

BANK KARGOSHAE

22.

BANK MELLAT

23.

BANK MELLI IRAN INVESTMENT COMPANY

24.

BANK MELLI IRAN ZAO

25.

BANK MELLI PRINTING AND PUBLISHING COMPANY

26.

BANK MELLI,

27.

BANK OF INDUSTRY AND MINE

28.

BANK REFAH KARGARAN

29.

BANK TEJARAT

30.

BEST PRECISE LTD

31.

BETA KARA NAVIGATION LTD

32.

BIIS MARITIME LIMITED

33.

BIS MARITIME LIMITED

34.

BONAB RESEARCH CENTER

35.

BRAIT HOLDING SA

36.

BRIGHT JYOTI SHIPPING

37.

BRIGHT SHIP FZC

38.

BUSHEHR SHIPPING COMPANY LIMITED

39.

BYFLEET SHIPPING COMPANY LTD

40.

CEMENT INVESTMENT AND DEVELOPMENT COMPANY

41.

CENTRAL BANK OF IRAN

42.

CHAPLET SHIPPING LIMITED

43.

COBHAM SHIPPING COMPANY LTD

44.

CONCEPT GIANT LTD

45.

COOPERATIVE DEVELOPMENT BANK

46.

CRYSTAL SHIPPING FZE

47.

DAJMAR, Mohammad Hossein

48.

DAMALIS MARINE CORPORATION

49.

DARYA CAPITAL ADMINISTRATION GMBH

50.

DARYA DELALAN SEFID KHAZAR SHIPPING COMPANY

51.

DELTA KARA NAVIGATION LTD

52.

DELTA NARI NAVIGATION LTD

53.

DIAMOND SHIPPING SERVICES

54.

DORKING SHIPPING COMPANY LTD

55.

EAST OIL & GAS PRODUCTION COMPANY

56.

EDBI EXCHANGE COMPANY

57.

EDBI STOCK BROKERAGE COMPANY

58.

EFFINGHAM SHIPPING COMPANY LTD

59.

EIGHTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

60.

EIGHTH OCEAN GMBH & CO. KG

61.

ELBRUS LTD

62.

ELCHO HOLDING LTD

63.

ELEGANT TARGET DEVELOPMENT LIMITED

64.

ELEVENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

65.

ELEVENTH OCEAN GMBH & CO. KG

66.

EMKA COMPANY

67.

EPSILON NARI NAVIGATION LTD

68.

E-SAIL A.K.A.E-SAIL SHIPPING COMPANY

69.

ETA NARI NAVIGATION LTD

70.

ETERNAL EXPERT LTD

71.

EUROPÄISCH-IRANISCHE HANDELSBANK

72.

EXPORT DEVELOPMENT BANK OF IRAN

73.

FAIRWAY SHIPPING

74.

FAQIHIAN, Dr Hoseyn

75.

FARNHAM SHIPPING COMPANY LTD

76.

FASIRUS MARINE CORPORATION

77.

FATSA

78.

FIFTEENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

79.

FIFTEENTH OCEAN GMBH & CO. KG

80.

FIFTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

81.

FIFTH OCEAN GMBH & CO. KG

82.

FIRST ISLAMIC INVESTMENT BANK

83.

FIRST OCEAN ADMINISTRATION GMBH

84.

FIRST OCEAN GMBH & CO. KG

85.

FIRST PERSIAN EQUITY FUND

86.

FOURTEENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

87.

FOURTEENTH OCEAN GMBH & CO. KG

88.

FOURTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

89.

FOURTH OCEAN GMBH & CO. KG

90.

FUTURE BANK BSC

91.

GACHSARAN OIL & GAS COMPANY

92.

GALLIOT MARITIME INCORPORATION

93.

GAMMA KARA NAVIGATION LTD

94.

GIANT KING LIMITED

95.

GOLDEN CHARTER DEVELOPMENT LTD

96.

GOLDEN SUMMIT INVESTMENTS LTD

97.

GOLDEN WAGON DEVELOPMENT LTD

98.

GOLPARVAR, Gholam Hossein

99.

GOMSHALL SHIPPING COMPANY LTD

100.

GOOD LUCK SHIPPING COMPANY LLC

101.

GRAND TRINITY LTD.

102.

GREAT EQUITY INVESTMENTS LTD

103.

GREAT METHOD LTD

104.

GREAT PROSPECT INTERNATIONAL LTD

105.

HAFIZ DARYA SHIPPING LINES

106.

HARVEST SUPREME LTD.

107.

HARZARU SHIPPING

108.

HELIOTROPE SHIPPING LIMITED

109.

HELIX SHIPPING LIMITED

110.

HK INTERTRADE COMPANY LTD

111.

HONG TU LOGISTICS PRIVATE LIMITED

112.

HORSHAM SHIPPING COMPANY LTD

113.

IFOLD SHIPPING COMPANY LIMITED

114.

INDUS MARITIME INCORPORATION

115.

INDUSTRIAL DEVELOPMENT & RENOVATION ORGANIZATION

116.

INSIGHT WORLD LTD

117.

INTERNATIONAL SAFE OIL

118.

IOTA NARI NAVIGATION LIMITED

119.

IRAN FUEL CONSERVATION ORGANIZATION

120.

IRAN INSURANCE COMPANY

121.

IRANIAN OFFSHORE ENGINEERING & CONSTRUCTION CO

122.

IRANIAN OIL COMPANY LIMITED

123.

IRANIAN OIL PIPELINES AND TELECOMMUNICATIONS COMPANY (IOPTC)

124.

IRANIAN OIL TERMINALS COMPANY

125.

IRANO MISR SHIPPING COMPANY

126.

IRINVESTSHIP LTD

127.

IRISL (MALTA) LTD

128.

IRISL EUROPE GMBH

129.

IRISL MARINE SERVICES AND ENGINEERING COMPANY

130.

IRISL MARITIME TRAINING INSTITUTE

131.

IRITAL SHIPPING SRL

132.

ISI MARITIME LIMITED

133.

ISIM AMIN LIMITED

134.

ISIM ATR LIMITED

135.

ISIM OLIVE LIMITED

136.

ISIM SAT LIMITED

137.

ISIM SEA CHARIOT LTD

138.

ISIM SEA CRESCENT LTD

139.

ISIM SININ LIMITED

140.

ISIM TAJ MAHAL LTD

141.

ISIM TOUR COMPANY LIMITED

142.

ISLAMIC REPUBLIC OF IRAN SHIPPING LINES

143.

JACKMAN SHIPPING COMPANY

144.

KALA NAFT

145.

KALAN KISH SHIPPING COMPANY LTD

146.

KAPPA NARI NAVIGATION LTD

147.

KARA SHIPPING AND CHARTERING GMBH

148.

KAROON OIL & GAS PRODUCTION COMPANY

149.

KAVERI MARITIME INCORPORATION

150.

KAVERI SHIPPING LLC

151.

KEY CHARTER DEVELOPMENT LTD.

152.

KHALILIPOUR, Said Esmail

153.

KHANCHI, Ali Reza

154.

KHAZAR EXPL & PROD CO

155.

KHAZAR SHIPPING LINES

156.

KHEIBAR COMPANY

157.

KING PROSPER INVESTMENTS LTD.

158.

KINGDOM NEW LTD

159.

KINGSWOOD SHIPPING COMPANY LIMITED

160.

KISH SHIPPING LINE MANNING COMPANY

161.

LAMBDA NARI NAVIGATION LIMITED

162.

LANCING SHIPPING COMPANY LIMITED

163.

LOGISTIC SMART LTD

164.

LOWESWATER LTD

165.

MACHINE SAZI ARAK

166.

MAGNA CARTA LIMITED

167.

MALSHIP SHIPPING AGENCY

168.

MARBLE SHIPPING LIMITED

169.

MAROUN OIL & GAS COMPANY

170.

MASJED-SOLEYMAN OIL & GAS COMPANY

171.

MASTER SUPREME INTERNATIONAL LTD.

172.

MAZANDARAN CEMENT COMPANY

173.

MEHR CAYMAN LTD

174.

MELLAT BANK SB CJSC

175.

MELLI AGROCHEMICAL COMPANY PJS

176.

MELLI BANK PLC

177.

MELLI INVESTMENT HOLDING INTERNATIONAL

178.

MELODIOUS MARITIME INCORPORATION

179.

METRO SUPREME INTERNATIONAL LTD

180.

MIDHURST SHIPPING COMPANY LIMITED (MALTA)

181.

MILL DENE LTD

182.

MINISTRY OF ENERGY (Ministeru tal-Enerġija)

183.

MINISTRY OF PETROLEUM (Ministeru taż-Żejt)

184.

MODALITY LTD

185.

MODERN ELEGANT DEVELOPMENT LTD

186.

MOUNT EVEREST MARITIME INCORPORATION

187.

NAFTIRAN INTERTRADE COMPANY

188.

NAFTIRAN INTERTRADE COMPANY SRL

189.

NAMJOO, Majid

190.

NARI SHIPPING AND CHARTERING GMBH & CO. KG

191.

NARMADA SHIPPING

192.

NATIONAL IRANIAN DRILLING COMPANY

193.

NATIONAL IRANIAN GAS COMPANY

194.

NATIONAL IRANIAN OIL COMPANY

195.

NATIONAL IRANIAN OIL COMPANY NEDERLAND (MAGĦRUFA BĦALA.: NIOC NETHERLANDS REPRESENTATION OFFICE)

196.

NATIONAL IRANIAN OIL COMPANY PTE LTD

197.

NATIONAL IRANIAN OIL COMPANY, INTERNATIONAL AFFAIRS LIMITED

198.

NATIONAL IRANIAN OIL ENGINEERING AND CONSTRUCTION COMPANY (NIOEC)

199.

NATIONAL IRANIAN OIL PRODUCTS DISTRIBUTION COMPANY (NIOPDC)

200.

NATIONAL IRANIAN OIL REFINING AND DISTRIBUTION COMPANY

201.

NATIONAL IRANIAN TANKER COMPANY

202.

NEUMAN LTD

203.

NEW DESIRE LTD

204.

NEW SYNERGY

205.

NEWHAVEN SHIPPING COMPANY LIMITED

206.

NINTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

207.

NINTH OCEAN GMBH & CO. KG

208.

NOOR AFZA GOSTAR

209.

NORTH DRILLING COMPANY

210.

NUCLEAR FUEL PRODUCTION AND PROCUREMENT COMPANY

211.

OCEAN CAPITAL ADMINISTRATION GMBH

212.

OCEAN EXPRESS AGENCIES PRIVATE LIMITED

213.

ONERBANK ZAO

214.

OXTED SHIPPING COMPANY LIMITED

215.

PACIFIC SHIPPING

216.

PARS SPECIAL ECONOMIC ENERGY ZONE

217.

PARTNER CENTURY LTD

218.

PEARL ENERGY COMPANY LTD

219.

PEARL ENERGY SERVICES, SA

220.

PERSIA INTERNATIONAL BANK PLC

221.

PETRO SUISSE

222.

PETROIRAN DEVELOPMENT COMPANY LTD

223.

PETROLEUM ENGINEERING & DEVELOPMENT COMPANY

224.

PETROPARS INTERNATIONAL FZE

225.

PETROPARS IRAN COMPANY

226.

PETROPARS LTD.

227.

PETROPARS OILFIELD SERVICES COMPANY

228.

PETROPARS UK LIMITED

229.

PETWORTH SHIPPING COMPANY LIMITED

230.

POST BANK OF IRAN

231.

POWER PLANTS' EQUIPMENT MANUFACTURING COMPANY (SAAKHTE TAJHIZATE NIROOGAHI)

232.

PROSPER METRO INVESTMENTS LTD.

233.

RASTKHAH, Engineer Naser

234.

REIGATE SHIPPING COMPANY LIMITED

235.

RESEARCH INSTITUTE OF NUCLEAR SCIENCE & TECHNOLOGY

236.

REZVANIANZADEH, Mohammad Reza

237.

RISHI MARITIME INCORPORATION

238.

SACKVILLE HOLDINGS LTD

239.

SAFIRAN PAYAM DARYA SHIPPING COMPANY

240.

SALEHI, Ali Akbar

241.

SANFORD GROUP

242.

SANTEXLINES

243.

SECOND OCEAN ADMINISTRATION GMBH

244.

SECOND OCEAN GMBH & CO. KG

245.

SEIBOW LOGISTICS LIMITED

246.

SEVENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

247.

SEVENTH OCEAN GMBH & CO. KG

248.

SHALLON LTD

249.

SHEMAL CEMENT COMPANY

250.

SHINE STAR LIMITED

251.

SHIPPING COMPUTER SERVICES COMPANY

252.

SILVER UNIVERSE INTERNATIONAL LTD.

253.

SINA BANK

254.

SINO ACCESS HOLDINGS

255.

SINOSE MARITIME

256.

SISCO SHIPPING COMPANY LTD

257.

SIXTEENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

258.

SIXTEENTH OCEAN GMBH & CO. KG

259.

SIXTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

260.

SIXTH OCEAN GMBH & CO. KG

261.

SMART DAY HOLDINGS LTD

262.

SOLTANI, Behzad

263.

SORINET COMMERCIAL TRUST (SCT)

264.

SOROUSH SARAMIN ASATIR

265.

SOUTH WAY SHIPPING AGENCY CO. LTD

266.

SOUTH ZAGROS OIL & GAS PRODUCTION COMPANY

267.

SPARKLE BRILLIANT DEVELOPMENT LIMITED

268.

SPRINGTHORPE LIMITED

269.

STATIRA MARITIME INCORPORATION

270.

SUREH (NUCLEAR REACTORS FUEL COMPANY)

271.

SYSTEM WISE LTD

272.

TAMALARIS CONSOLIDATED LTD

273.

TENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

274.

TENTH OCEAN GMBH & CO. KG

275.

TEU FEEDER LIMITED

276.

THETA NARI NAVIGATION

277.

THIRD OCEAN ADMINISTRATION GMBH

278.

THIRD OCEAN GMBH & CO. KG

279.

THIRTEENTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

280.

THIRTEENTH OCEAN GMBH & CO. KG

281.

TOP GLACIER COMPANY LIMITED

282.

TOP PRESTIGE TRADING LIMITED

283.

TRADE CAPITAL BANK

284.

TRADE TREASURE

285.

TRUE HONOUR HOLDINGS LTD

286.

TULIP SHIPPING INC

287.

TWELFTH OCEAN ADMINISTRATION GMBH

288.

TWELFTH OCEAN GMBH & CO. KG

289.

UNIVERSAL TRANSPORTATION LIMITATION UTL

290.

VALFAJR 8TH SHIPPING LINE

291.

WEST OIL & GAS PRODUCTION COMPANY

292.

WESTERN SURGE SHIPPING COMPANY LIMITED

293.

WISE LING SHIPPING COMPANY LIMITED

294.

ZANJANI, Babak

295.

ZETA NERI NAVIGATION.”


Top