Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1835

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (riformulazzjoni)

ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/10/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1835/oj

13.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1835

tat-12 ta' Ottubru 2015

li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 45 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (“l-Aġenzija”) ġiet stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK (1) biex tappoġġa lill-Kunsill u l-Istati Membri fl-isforz tagħhom biex itejbu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-Unjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta' kriżijiet u biex issostni l-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża.

(2)

L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, approvata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, tidentifika l-istabbiliment ta' aġenzija għad-difiża bħala element importanti għall-iżvilupp ta' riżorsi militari Ewropej aktar flessibbli u effiċjenti.

(3)

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tal-11 ta' Diċembru 2008 japprova r-rwol ewlieni tal-Aġenzija fil-proċess tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet essenzjali ta' difiża għall-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).

(4)

L-Artikolu 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi l-adozzjoni, mill-Kunsill, ta' deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija, li għandha tieħu kont tal-livell ta' parteċipazzjoni effettiva tal-Istati Membri fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

(5)

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u b'mod partikolari tal-PSDK.

(6)

L-istruttura tal-Aġenzija għandha tagħtiha s-setgħa li tirrispondi għall-ħtiġijiet operazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għall-PSDK, u fejn ikun meħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet tagħha, biex tikkoopera ma' pajjiżi, organizzazzjonijiet u entitajiet terzi.

(7)

L-Aġenzija għandha tiżviluppa relazzjonijiet ta' ħidma mill-qrib ma' arranġamenti, raggruppamenti u organizzazzjonijiet eżistenti, bħal dawk stabbiliti taħt il-Ftehim Qafas fil-forma ta' Letter of Intent (“Ftehim Qafas LoI”), l-Organisation Conjointe de Coopération en matière d'Armement (OCCAR) u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

(8)

Għall-fini li twettaq il-missjoni tagħha, l-Aġenzija għandha tkun tista' tikkoopera, u tikkonkludi arranġamenti xierqa, mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.

(9)

F'konformità mal-Artikolu 18(2) tat-TUE, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkollu rwol ewlieni fl-istruttura tal-Aġenzija u jipprovdi l-ħolqa essenzjali bejn l-Aġenzija u l-Kunsill.

(10)

Fl-eżerċitar tar-rwol tiegħu ta' superviżjoni politika u tfassil tal-politika, il-Kunsill għandu joħroġ linji gwida jew gwida lill-Aġenzija.

(11)

Fid-dawl tan-natura tagħhom, il-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi bejn l-Aġenzija u pajjiżi, organizzazzjonijiet u entitajiet terzi għandhom jiġu approvati mill-Kunsill b'unanimità.

(12)

Meta jadotta linji gwida u deċiżjonijiet b'konnessjoni mal-ħidma tal-Aġenzija, il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-livell ta' Ministri tad-Difiża. Kwalunkwe linji gwida jew deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, b'rabta mal-ħidma tal-Aġenzija, għandhom jitħejjew f'konformità mal-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(13)

Il-kompetenzi tal-korpi preparatorji u konsultattivi tal-Kunsill, b'mod partikolari dawk tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti taħt l-Artikolu 240 tat-TFUE, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) taħt l-Artikolu 38 tat-TUE u l-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) ma għandhomx ikunu affettwati.

(14)

Id-Diretturi Nazzjonali tal-Armamenti (DNA), id-Diretturi tal-Kapaċitajiet, id-Diretturi għar-Riċerka u Teknoloġija (R&T) u d-Diretturi tal-Politika tad-Difiża għandhom jirċievu rapporti u jikkontribwixxu fi kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħhom fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill marbuta mal-Aġenzija.

(15)

L-Aġenzija għandha jkollha l-personalità ġuridika meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha, filwaqt li żżomm kuntatti mill-qrib mal-Kunsill u tirrispetta b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha.

(16)

Għandu jsir provvediment sabiex il-baġits amministrati mill-Aġenzija jkunu jistgħu jirċievu, fuq bażi ta' każ b'każ, kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, b'rispett sħiħ tar-regoli, proċeduri u proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet applikabbli għaliha, inkluż l-Artikolu 41(2) tat-TUE.

(17)

L-Aġenzija, filwaqt li tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha, għandha tipprevedi wkoll il-possibbiltà li gruppi speċifiċi ta' Stati Membri jistabbilixxu proġetti jew programmi ad hoc.

(18)

Il-fatt li dawn il-proġetti u l-programmi ad hoc jaqgħu fi ħdan il-funzjonijiet u l-kompiti attribwiti lill-Aġenzija huwa sostnut mill-isforzi magħmulin biex jiġi ċċarat l-istatus ta' dawn l-attivitajiet bħala komponenti integrali tal-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jiżgura li l-attivitajiet fejn ir-rwol tal-Aġenzija fl-amministrazzjoni ta' proġetti u programmi b'appoġġ għall-Istati Membri jġib valur miżjud biss jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (“Protokoll Nru 7”), annessi għat-TUE u t-TFUE, u l-punt (aa) tal-Artikolu 151(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2). Biex tapplika tali eżenzjoni, l-Aġenzija jrid ikollha rwol li għandu valur miżjud. L-eżenzjoni għalhekk ma tkunx testendi għal każijiet fejn dak ir-rwol jinvolvi biss prodotti jew servizzi li qed jiġu akkwistati għall-Istati Membri.

(19)

Soġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti, skont l-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 46 tat-TUE u mal-Protokoll Nru 10 dwar kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 tat-TUE (“il-Protokoll Nru 10”), anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Aġenzija għandha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti.

(20)

L-Aġenzija għandha jkollha proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jippermettulha twettaq il-kompiti tagħha b'mod effiċjenti, filwaqt li tirrispetta l-politiki nazzjonali tas-sigurtà u d-difiża tal-Istati Membri parteċipanti.

(21)

L-Aġenzija għandha twettaq il-missjoni tagħha b'rispett sħiħ għall-Artikolu 40 tat-TUE.

(22)

L-Aġenzija għandha taġixxi b'konformità sħiħa mal-istandards u r-regoli ta' sigurtà tal-Kunsill. L-Aġenzija għandha tapplika l-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(23)

B'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka mhijiex se tkun marbuta b'din id-Deċiżjoni.

(24)

Għadd ta' emendi sostanzjali għandhom isiru fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK (5). Għall-finijiet ta' ċarezza, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi riformulata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

STABBILIMENT, MISSJONI U KOMPITI TAL-AĠENZIJA

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   Aġenzija fil-qasam tal-iżvilupp, riċerka, akkwiżizzjoni u armamenti tal-kapaċitajiet ta' difiża (“Aġenzija Ewropea għad-Difiża” jew l-“Aġenzija”), kif oriġinarjament stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK, għandha b'dan tkompli f'konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   L-Aġenzija għandha taġixxi taħt l-awtorità tal-Kunsill, b'appoġġ għall-PESK u l-PSDK, fil-qafas istituzzjonali uniku tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi tal-Kunsill. Il-missjoni tal-Aġenzija għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni, b'rispett sħiħ għall-Artikolu 40 tat-TUE.

3.   L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kollha li jixtiequ jkunu parti minnha. L-Istati Membri li diġà jipparteċipaw fl-Aġenzija fil-mument tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu jitqiesu bħala Stati Membri parteċipanti.

4.   Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jipparteċipa fl-Aġenzija wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jew li jixtieq jirtira mill-Aġenzija għandu jinnotifika lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu u jinforma lir-RGħ. Kwalunkwe arranġament tekniku u finanzjarju meħtieġ għal tali parteċipazzjoni jew irtirar għandu jkun determinat mill-Bord ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 8.

5.   L-Aġenzija għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell.

Artikolu 2

Missjoni

1.   Il-missjoni tal-Aġenzija hija li tagħti appoġġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri fl-isforz tagħhom biex itejbu l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni ta' kriżijiet u li ssostni l-PSDK kif inhi issa u meta tiżviluppa fil-futur.

2.   L-Aġenzija għandha tidentifika l-ħtiġijiet operazzjonali, tippromwovi l-miżuri li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet, tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u, fejn hu meħtieġ, l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa biex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, tipparteċipa fid-definizzjoni tal-politika Ewropea dwar kapaċitajiet u armamenti, u tassisti lill-Kunsill fl-evalwazzjoni tat-titjib tal-kapaċitajiet militari.

3.   Il-missjoni tal-Aġenzija għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' difiża.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jipparteċipa fl-Aġenzija;

(b)

“Stati Membri kontributuri” tfisser Stati Membri parteċipanti li jikkontribwixxu għal proġett jew programm partikolari tal-Aġenzija.

Artikolu 4

Superviżjoni politika u arranġamenti ta' rapportar lill-Kunsill

1.   L-Aġenzija għandha topera taħt l-awtorità u s-superviżjoni politika tal-Kunsill, u għandha tipprovdilu rapporti u li għandha tirċievi linji gwida jew gwida mingħandu b'rabta mal-ħidma tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tal-Qafas ta' Pjanar ta' tliet snin tagħha.

2.   L-Aġenzija għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha, u għandha b'mod partikolari:

(a)

tippreżenta lill-Kunsill, f'Novembru ta' kull sena, rapport dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għal dik is-sena;

(b)

soġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti, tippreżenta, tal-inqas darba fis-sena, informazzjoni lill-Kunsill dwar il-kontribut tal-Aġenzija għall-attivitajiet ta' valutazzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni strutturata permanenti, imsemmija taħt il-punt (f)(ii) tal-Artikolu 5(3).

L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kunsill fil-ħin dovut informazzjoni dwar kwistjonijiet importanti li jkunu ser jiġu ppreżentati lill-Bord ta' Tmexxija għal deċiżjoni.

3.   Il-Kunsill, b'unanimità, u fuq parir tal-KPS jew korpi kompetenti oħra tal-Kunsill skont il-każ, għandu joħroġ linji gwida jew gwida kull sena b'rabta mal-ħidma tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tal-Qafas ta' Pjanar ta' tliet snin tagħha.

4.   L-Aġenzija tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif meħtieġ, għall-implimentazzjoni tal-missjoni tagħha.

Artikolu 5

Funzjonijiet u kompiti

1.   Fit-twettiq tal-funzjonijiet u l-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tirrispetta l-kompetenzi l-oħra tal-Unjoni u dawk tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

2.   It-twettiq mill-Aġenzija tal-funzjonijiet u l-kompiti tagħha għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' difiża.

3.   L-Aġenzija, soġġett għall-awtorità tal-Kunsill, għandha:

(a)

tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-objettivi ta' kapaċità militari tal-Istati Membri u tevalwa kemm qed jiġu rispettati l-impenji ta' kapaċità pprovduti mill-Istati Membri, b'mod partikolari billi:

(i)

tidentifika, f'assoċjazzjoni mal-korpi kompetenti tal-Kunsill, inkluż l-EUMC, u bl-użu fost oħrajn tal-Mekkaniżmu ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDM) u kwalunkwe suċċessur, il-ħtiġijiet futuri tal-Unjoni għall-kapaċità ta' difiża;

(ii)

tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u kwalunkwe suċċessur tiegħu;

(iii)

tevalwa, fid-dawl ta' kriterji li għandhom jaqblu magħhom l-Istati Membri, l-impenji ta' kapaċità pprovduti mill-Istati Membri, fost oħrajn permezz tal-proċess tas-CDP u s-CDM u kwalunkwe suċċessur tagħhom;

(b)

tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta' metodi ta' akkwist effettivi u kompatibbli, b'mod partikolari billi:

(i)

tippromwovi u tikkoordina l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet militari;

(ii)

tippromovi akkwisti kosteffettivi u effiċjenti billi tidentifika u xxerred l-aħjar prattika;

(iii)

tipprovdi evalwazzjonijiet dwar prijoritajiet finanzjarji għall-iżvilupp u l-akkwiżizzjoni ta' kapaċitajiet;

(c)

tipproponi proġetti multilaterali sabiex jitwettqu l-objettivi f'termini ta' kapaċitajiet militari, u tiżgura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-ġestjoni ta' programmi speċifiċi ta' kooperazzjoni, b'mod partikolari billi:

(i)

tippromwovi u tipproponi proġetti kooperattivi multilaterali ġodda;

(ii)

tidentifika u tipproponi attivitajiet kollaborattivi fil-kamp operazzjonali;

(iii)

taħdem għall-koordinazzjoni tal-programmi eżistenti implimentati mill-Istati Membri;

(iv)

tassumi, fuq talba tal-Istati Membri, ir-responsabbiltà għall-ġestjoni ta' programmi speċifiċi;

(v)

tħejji, fuq talba tal-Istati Membri, programmi li għandhom jiġu ġestiti mill-OCCAR jew permezz ta' arranġamenti oħra, skont il-każ;

(d)

tappoġġa r-riċerka dwar it-teknoloġija tad-difiża, u tikkoordina u tippjana attivitajiet ta' riċerka konġunta u l-istudju ta' soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet operazzjonali futuri, b'mod partikolari billi:

(i)

tippromwovi, flimkien mal-attivitajiet ta' riċerka tal-Unjoni fejn xieraq, riċerka mmirata lejn l-issodisfar tal-ħtiġijiet futuri tal-kapaċità ta' sigurtà u difiża u b'hekk issaħħaħ il-potenzjal industrijali u teknoloġiku tal-Ewropa f'dan il-kamp;

(ii)

tippromwovi r-R&T, għal skopijiet ta' difiża konġunta, immirati b'mod aktar effettiv;

(iii)

tikkatalizza r-R&T, għal skopijiet ta' difiża, permezz ta' studji u proġetti;

(iv)

tamministra kuntratti ta' R&T għal skopijiet ta' difiża;

(v)

taħdem flimkien mal-Kummissjoni sabiex tikseb l-ogħla komplementarjetà u sinerġija possibbli bejn programmi ta' riċerka ta' difiża, dawk ċivili jew dawk marbuta mas-sigurtà;

(e)

tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u, jekk meħtieġ, l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura utli għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża u għat-titjib tal-effiċjenza tal-infiq militari, b'mod partikolari billi:

(i)

tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża li jkun kompetittiv fil-livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-suq intern u l-kompetenzi tal-Kummissjoni f'dan il-qasam;

(ii)

tiżviluppa politiki u strateġiji rilevanti f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u, kif ikun meħtieġ, mal-industrija;

(iii)

f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, taħdem għall-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri rilevanti fl-UE kollha, fl-ambitu tal-kompiti tal-Aġenzija.

(f)

soġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' kooperazzjoni strutturata permanenti, tappoġġa dik il-kooperazzjoni b'mod partikolari billi:

(i)

tiffaċilita inizjattivi ewlenin ta' żvilupp tal-kapaċitajiet konġunti jew Ewropej;

(ii)

tikkontribwixxi għall-valutazzjoni regolari tal-kontributi tal-Istati Membri parteċipanti rigward il-kapaċitajiet, b'mod partikolari kontributi magħmula f'konformità mal-kriterji li għandhom jiġu stabbiliti, fost oħrajn, abbażi tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 u tirrapporta dwar dan mill-inqas darba fis-sena.

(g)

taħdem għall-koerenza ma' politiki oħra tal-Unjoni sakemm dawn ikollhom implikazzjonijiet għall-kapaċitajiet tad-difiża;

(h)

trawwem kooperazzjoni tad-difiża iktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri parteċipanti, skont il-Qafas ta' Pjanar għal kooperazzjoni tad-difiża sistematika u fuq perjodu ta' żmien twil;

(i)

tipprovdi appoġġ lill-operazzjoni tal-PSDK, filwaqt li tieħu kont tal-proċeduri għall-ġestjoni tal-kriżi tal-UE.

Artikolu 6

Personalità ġuridika

L-Aġenzija għandha jkollha l-personalità ġuridika meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet u tilħaq l-objettivi tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Aġenzija tgawdi mill-kompetenza ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi fil-liġijiet tagħhom. L-Aġenzija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali. L-Aġenzija għandha jkollha l-kompetenza li tikkonkludi kuntratti ma' entitajiet jew organizzazzjonijiet privati jew pubbliċi.

KAPITOLU II

ORGANI U PERSUNAL TAL-AĠENZIJA

Artikolu 7

Kap tal-Aġenzija

1.   Il-Kap tal-Aġenzija għandu jkun ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

2.   Il-Kap tal-Aġenzija għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni u l-funzjonament ġenerali tal-Aġenzija u għandu jiżgura li l-linji gwida u l-gwida tal-Kunsill u d-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija jiġu implimentati mill-Kap Eżekuttiv, li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Aġenzija.

3.   Il-Kap tal-Aġenzija għandu jippreżenta r-rapporti tal-Aġenzija lill-Kunsill kif hemm imsemmi fl-Artikolu 4(2).

4.   Il-Kap tal-Aġenzija għandu jkun responsabbli għan-negozjar ta' arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet, raggruppamenti jew entitajiet oħra f'konformità mad-direttivi mogħtija mill-Bord ta' Tmexxija. Fil-qafas ta' tali arranġamenti, kif approvati mill-Bord ta' Tmexxija, il-Kap tal-Aġenzija għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet ta' ħidma xierqa magħhom.

Artikolu 8

Bord ta' Tmexxija

1.   Bord ta' Tmexxija magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru parteċipant, awtorizzat biex jorbot lill-gvern tiegħu, u rappreżentant mill-Kummissjoni, għandu jkun il-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaġixxi fil-qafas tal-linji gwida u l-gwida tal-Kunsill.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' fil-livell tal-Ministri tad-Difiża tal-Istati Membri parteċipanti jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord ta' Tmexxija għandu fil-prinċipju jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena fil-livell tal-Ministri tad-Difiża.

3.   Il-Kap tal-Aġenzija għandu jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija. Jekk Stat Membru parteċipant jitlob hekk, il-Kap tal-Aġenzija għandu jsejjaħ laqgħa fi żmien xahar.

4.   Il-Kap tal-Aġenzija jista' jiddelega s-setgħa li jippresiedi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija fil-livell tar-rappreżentanti tal-Ministri tad-Difiża.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiltaqa' f'kompożizzjonijiet speċifiċi (bħala DNA, Diretturi tal-Kapaċitajiet, Diretturi tar-R&T jew Diretturi tal-Politika tad-Difiża).

6.   Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija jattendu għalihom:

(a)

il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 10, jew ir-rappreżentant tiegħu;

(b)

il-President tal-EUMC jew ir-rappreżentant tiegħu;

(c)

rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

7.   Il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi li jistieden, fuq kwistjonijiet ta' interess komuni:

(a)

lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO jew ir-rappreżentant innominat minnu/minnha;

(b)

lill-Kapijiet/Presidenti ta' arranġamenti, raggruppamenti jew organizzazzjonijiet oħra li l-ħidma tagħhom hija rilevanti għal dik tal-Aġenzija (bħal dawk stabbilit taħt il-Ftehim Qafas LoI, kif ukoll l-OCCAR u l-ESA);

(c)

kif ikun meħtieġ, rappreżentanti ta' partijiet terzi oħra.

Artikolu 9

Kompiti u setgħat tal-Bord ta' Tmexxija

1.   Fil-qafas tal-linji gwida u l-gwida tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-Bord ta' Tmexxija:

(a)

għandu japprova r-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill;

(b)

għandu jadotta b'mod unanimu, il-baġit ġenerali tal-Aġenzija mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena;

(c)

għandu japprova l-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin tal-Aġenzija, li għandu jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Aġenzija fi ħdan il-limiti tal-baġit ġenerali, filwaqt li jinnota li l-valuri finanzjarji attribwiti għat-tieni u t-tielet sena tal-Qafas ta' Ppjanar huma għall-finijiet ta' ppjanar biss u ma jikkostitwixxux limiti legalment vinkolanti;

(d)

għandu japprova l-istabbiliment fi ħdan l-Aġenzija ta' proġetti jew programmi ad hoc f'konformità mal-Artikolu 19;

(e)

għandu jaħtar il-Kap Eżekuttiv u d-Deputat;

(f)

għandu jiddeċiedi, fejn rilevanti, li l-Aġenzija tista' tiġi fdata minn Stat Membru wieħed jew iktar bil-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' ċerti attivitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 17;

(g)

għandu japprova kwalunkwe rakkomandazzjoni lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni;

(h)

għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Tmexxija;

(i)

jista' jemenda d-dispożizzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Aġenzija;

(j)

jista' jemenda r-regoli u r-regolamenti applikabbli għal aġenti temporanji jew kuntrattwali u għal esperti nazzjonali sekondati;

(k)

għandu jiddetermina l-arranġamenti tekniċi u finanzjarji rigward il-parteċipazzjoni jew l-irtirar ta' Stati Membri kif hemm imsemmi fl-Artikolu 1(4);

(l)

għandu jadotta direttivi dwar in-negozjar ta' arranġamenti amministrattivi mill-Kap tal-Aġenzija;

(m)

għandu japprova l-arranġamenti ad hoc imsemmija fl-Artikolu 23(1);

(n)

għandu jikkonkludi l-arranġamenti amministrattivi bejn l-Aġenzija u partijiet terzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 26(1);

(o)

għandu japprova l-kontijiet u l-karta tal-bilanċ annwali;

(p)

għandu jagħti l-kunsens tiegħu għal deċiżjoni marbuta mal-istruttura organizzazzjonali tal-Aġenzija;

(q)

għandu japprova l-ftehimiet fil-livell tas-servizz jew arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 25, bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma amministrattivi fin-natura tagħhom;

(r)

għandu jadotta d-deċiżjonijiet rilevanti l-oħra kollha marbuta mat-twettiq tal-missjoni tal-Aġenzija.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'maġġoranza kkwalifikata. Il-voti tal-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu ppeżati f'konformità mal-Artikolu 16(4) u (5) tat-TUE. Huma biss ir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti li għandhom jieħdu sehem fil-vot.

3.   Jekk rappreżentant ta' Stat Membru parteċipant fil-Bord ta' Tmexxija jiddikjara li, għal raġunijiet importanti u ddikjarati ta' politika nazzjonali, biħsiebu jopponi l-adozzjoni ta' deċiżjoni li għandha tittieħed b'maġġoranza kkwalifikata, ma għandux jittieħed vot. Dak ir-rappreentant jisa' jirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill, permezz tal-Kap tal-Aġenzija, bil-għan li jinħarġu linji gwida lill-Bord ta' Tmexxija, kif meħtieġ. Inkella, il-Bord ta' Tmexxija, b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jiriferi l-kwistjoni lill-Kunsill għal deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'unanimità.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kap Eżekuttiv jew minn Stat Membru parteċipanti, jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi:

(a)

kumitati għat-tħejjija ta' deċiżjonijiet amministrattivi u baġitarji tal-Bord ta' Tmexxija, magħmula minn delegati tal-Istati Membri parteċipanti u rappreżentant tal-Kummissjoni;

(b)

kumitati speċjalizzati fi kwistjonijiet speċifiċi taħt il-kompetenza tal-Aġenzija. Dawn il-kumitati għandhom ikunu magħmula minn delegati tal-Istati Membri parteċipanti u, sakemm il-Bord ta' Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor, rappreżentant tal-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni li tistabbilixxi tali kumitati għandha tispeċifika l-mandat u d-durata tagħhom.

Artikolu 10

Il-Kap Eżekuttiv

1.   Il-Kap Eżekuttiv, u l-Viċi kap, għandhom jintgħażlu u jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija fuq rakkomandazzjoni mill-Kap tal-Aġenzija għal tliet snin. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jagħti estensjoni ta' sentejn. Il-Kap Eżekuttiv u l-Viċi kap għandhom jaġixxu taħt l-awtorità tal-Kap tal-Aġenzija u f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom jippreżentaw il-kandidaturi lill-Kap tal-Aġenzija, li għandu jinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar dan. Il-proċess tal-preselezzjoni għandu jiġi organizzat taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-Aġenzija.

Soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, għandu jitwaqqaf Bord Konsultattiv, u l-kompożizzjoni tiegħu għandha tkun b'tali mod li jinkiseb bilanċ tajjeb ta' rappreżentanti mis-SEAE, l-Aġenzija u l-Istati membri parteċipanti.

Abbażi tal-proċess ta' preselezzjoni, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija għażla ta' mill-anqas żewġ kandidati bl-indikazzjoni tal-kandidat/a rakkomandat/a tiegħu.

3.   Il-Kap Eżekuttiv, bl-għajnuna tal-Viċi kap, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-Aġenzija. Il-Kap Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-unitajiet funzjonali, sabiex jiżgura l-koerenza ġenerali tal-ħidma tagħhom.

4.   Il-Kap Eżekuttiv għandu r-responsabbiltà li:

(a)

jiżgura l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin tal-Aġenzija;

(b)

jipprepara l-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija;

(c)

jipprepara l-abbozz tal-baġit ġenerali annwali biex jiġi ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxija;

(d)

jipprepara l-Pjan ta' Ppjanar ta' tliet snin biex jiġi ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxija;

(e)

jiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi preparatorji tal-Kunsill, b'mod partikolari l-KPS u l-EUMC, u jipprovdilhom informazzjoni;

(f)

jipprepara r-rapporti msemmija fl-Artikolu 4(2);

(g)

jipprepara d-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa u jimplimenta l-baġit ġenerali tal-Aġenzija u l-baġits ta' proġetti jew programmi ad hoc fdati lill-Aġenzija;

(h)

jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija;

(i)

jieħu ħsieb l-aspetti kollha tas-sigurtà;

(j)

jieħu ħsieb kull kwistjoni li tirrigwarda l-persunal.

5.   Fi ħdan it-termini tal-baġit ġenerali tal-Aġenzija u b'kont meħud tal-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin maqbul, il-Kap Eżekuttiv għandu jkollu s-setgħa li jiffirma kuntratti u jirrekluta persunal. Il-Kap Eżekuttiv għandu jeżerċita l-istess setgħa fir-rigward tal-baġits l-oħra definiti fl-Artikolu 12, b'mod partikolari l-baġits assoċjati mal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu IV u kwalunkwe baġit li jirrizulta minn dħul addizzjonali msemmi fl-Artikolu 15.

6.   Il-Kap Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta' Tmexxija.

7.   Il-Kap Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

Artikolu 11

Persunal

1.   Il-persunal tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv, għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal temporanji u kuntrattwali reklutati minn fost kandidati mill-Istati Membri parteċipanti kollha fuq l-usa' bażi ġeografika possibbli, u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jingħażel mid-Direttur Eżekuttiv fuq il-bażi tal-kompetenza u l-ħila rilevanti u permezz ta' proċeduri ġusti u trasparenti ta' kompetizzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika bil-quddiem id-dettalji tal-pożizzjonijiet kollha disponibbli u l-kriterji rilevanti għall-proċess tal-għażla. Fil-każijiet kollha, ir-reklutaġġ għandu jsir bil-għan li l-Aġenzija tikseb is-servizzi ta' persunal tal-ogħla livell ta' abbiltà u effiċjenza.

2.   Il-Kap tal-Aġenzija, fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija, għandu jaħtar u jġedded il-persunal tal-livelli amministrattivi għolja tal-Aġenzija.

3.   Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun magħmul minn:

(a)

persunal reklutat direttament mill-Aġenzija b'kuntratti ta' terminu fiss, magħżul minn fost ċittadini tal-Istati Membri parteċipanti. Il-Kunsill, waqt li aġixxa b'unanimità, adotta r-regolamenti applikabbli għal tali persunal (6). Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirrivedi u jemenda kif meħtieġ dawk ir-regolamenti fejn jingħata s-setgħa li jagħmel dan.

(b)

esperti nazzjonali ssekondati mill-Istati Membri parteċipanti għal karigi fl-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija jew għal kompiti u proġetti speċifiċi. Il-Kunsill, waqt li aġixxa b'unanimità, adotta r-regolamenti applikabbli għal tali persunal (7). Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirrivedi u jemenda dawk ir-regolamenti kif meħtieġ, fejn jingħata s-setgħa li jagħmel dan.

(c)

Uffiċjali tal-Unjoni ssekondati mal-Aġenzija għal żmien fiss u/jew għal kompiti jew proġetti speċifiċi kif meħtieġ.

4.   L-Aġenzija tista' wkoll tirrikorri għal:

(a)

persunal ta' pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet u entitajiet [li għandhom jitħallsu minnhom, u] li magħhom l-Aġenzija tkun ikkonkludiet arranġamenti amministrattivi skont l-Artikolu 26(1), issekondati jew assenjati lill-Aġenzija bil-qbil tal-Bord ta' Tmexxija, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-arranġamenti.

(b)

aġenti kuntrattwali u esperti ssekondati, għall-fini ta' kontribuzzjoni lejn l-implimentazzjoni ta' proġett jew programm ad hoc wieħed jew aktar tal-Aġenzija msemmija fil-Kapitolu IV.. F'każijiet bħal dawn, il-baġits assoċjati ma' dawk il-proġetti jew programmi ad hoc jistgħu jkopru s-salarji bażiċi tal-persunal kuntrattwali u l-allowances u l-ispejjeż tal-esperti ssekondati kkonċernati.

5.   Bil-karigi miżmuma kollha f'daqqa, l-għadd totali ta' snin li persunal jista' jservi fl-Aġenzija għandu jkun anqas minn 10 snin.

6.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe tilwima bejn l-Aġenzija u kwalunkwe persuna li japplikaw għaliha r-regolamenti tal-persunal tal-Aġenzija.

KAPITOLU III

BAĠIT U REGOLI FINANZJARJI

Artikolu 12

Il-baġit tal-Aġenzija

Il-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi l-baġit ġenerali, il-baġits assoċjati mal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Kapitolu IV u kwalunkwe baġit li jirriżulta minn dħul addizzjonali msemmi fl-Artikolu 15.

Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi stabbilit konsistentement mal-prinċipji baġitarji tal-Unjoni Ewopea (8).

Artikolu 13

Il-baġit ġenerali

1.   Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipprovdi lill-Bord ta' Tmexxija stima preliminari tal-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena ta' wara.

2.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipproponi stima preliminari riveduta tal-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena ta' wara, flimkien mal-abbozz tal-Qafas ta' Ppjanar ta' tliet snin lill-Bord ta' Tmexxija.

3.   Sat-30 ta' Settembru ta' kull sena, il-Kap tal-Aġenzija għandu jipproponi l-abbozz tal-baġit ġenerali lill-Bord ta' Tmexxija L-abbozz għandu jinkludi:

(a)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa:

(i)

biex ikopru l-ispejjeż tal-operat, il-persunal u l-laqgħat tal-Aġenzija;

(ii)

biex tagħti parir estern, b'mod partikolari analiżi operazzjonali, essenzjali għall-Aġenzija biex twettaq il-kompiti tagħha, u għal attivitajiet speċifiċi għall-benefiċċju komuni tal-Istati Membri parteċipanti kollha, skont l-Artikolu 5;

(b)

tbassir tad-dħul meħtieġ biex jiġi kopert l-infiq.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jimmira biex jiżgura li l-approprjazzjonijiet imsemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2 jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-approprjazzjonijiet totali msemmija f'dak il-paragrafu. Dawk l-approprjazzjonijiet għandhom jirriflettu ħtiġijiet reali u għandhom jippermettu rwol operazzjonali għall-Aġenzija.

5.   L-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jkun sostnut minn ġustifikazzjonijiet dettaljati u pjan ta' stabbiliment tal-persunal.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi b'unanimità, jista' jiddeċiedi li l-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jkopri wkoll proġett jew programm partikolari fejn ikun ċar li dan hu għall-benefiċċju komuni tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

7.   L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu kklassifikati taħt titoli u kapitoli li jirraggruppaw l-infiq skont it-tip jew il-fini, suddiviżi f'artikoli skont il-ħtieġa.

8.   Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet provviżorji”. Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu f'każijiet ta' inċertezza, minħabba raġunijiet serji, dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew dwar l-ambitu għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla.

9.   Id-dħul għandu jikkonsisti minn:

(a)

kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti abbażi tal-iskala tad-dħul nazzjonali gross (DNG);

(b)

dħul ieħor.

L-abbozz tal-baġit ġenerali għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat u kull fejn ikun possibbli għandu jindika l-ammont previst.

10.   Il-Bord ta' Tmexxija, filwaqt li jaġixxi b'unanimità, għandu jadotta l-abbozz tal-baġit ġenerali sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Meta jagħmel dan, il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-Kap tal-Aġenzija, jew minn rappreżentant maħtur mill-Kap tal-Aġenzija, jew minn membru tal-Bord ta' Tmexxija mistieden mill-Kap tal-Aġenzija biex jagħmel dan. Il-Kap Eżekuttiv għandu jiddikjara li l-baġit ikun ġie adottat u jinnotifika lill-Istati Membri parteċipanti.

11.   Jekk, fil-bidu ta' sena finanzjarja, l-abbozz tal-baġit ġenerali ma jkunx għadu ġie adottat, tista' ssir nefqa kull xahar ta' somma ekwivalenti għal mhux aktar minn wieħed minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti fir-rigward ta' kwalunkwe kapitolu jew suddiviżjoni oħra tal-baġit. Madankollu, dak l-arranġament ma għandux ikollu l-effett li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija approprjazzjonijiet li jeċċedu wieħed minn kull tnax ta' dawk previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali li jkun qed jitħejja. Il-Bord ta' Tmexxija, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kap Eżekuttiv, jista' jawtorizza nefqa ta' iżjed minn wieħed minn kull tnax, sakemm l-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja ma jeċċedux dawk tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Kap Eżekuttiv jista' jagħmel sejħa għall-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-approprjazzjonijiet awtorizzati taħt din id-dispożizzjoni, li għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat is-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

Artikolu 14

Baġit emendatorju

1.   F'każ ta' ċirkostanzi inevitabbli jew imprevisti, il-Kap Eżekuttiv jista' jipproponi abbozz ta' baġit emendatorju lill-Bord ta' Tmexxija.

2.   L-abbozz ta' baġit emendatorju għandu jiġi mfassal, propost, approvat u adottat u tingħata notifika f'konformità mal-istess proċedura tal-baġit annwali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaġixxi billi jqis l-urġenza dovuta.

Artikolu 15

Dħul addizzjonali

1.   Fil-qafas tal-missjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 2, l-Aġenzija tista' tirċievi dħul addizzjonali għal fini speċifika:

(a)

mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fuq bażi ta' każ b'każ, b'rispett sħiħ għar-regoli, il-proċeduri u l-proċessi ta' teħid ta applikabbli għalih;

(b)

minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew partijiet terzi oħra, dment li l-Bord ta' Tmexxija jiddeċiedi mod ieħor fi żmien xahar milli jirċievi tali informazzjoni mingħand l-Aġenzija.

2.   Id-dħul imsemmi fil-paragrafu (1) jista' jintuża biss għall-għan speċifiku li għalih ikun assenjat.

Artikolu 16

Kontribuzzjonijiet u rimborżi

1.   Determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet fejn hija applikabbli l-iskala tad-DNG:

(a)

Fejn tkun applikabbli l-iskala tad-DNG, il-qsim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li mingħandhom hi meħtieġa kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-iskala tal-prodott nazzjonali gross kif speċifikat fl-Artikolu 41(2) tat-TUE u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (9), jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li tista' tieħu postha.

(b)

Id-data għall-kalkolu ta' kull kontribuzzjoni għandha tkun dik stabbilita fil-kolonna tar-“Riżorsi proprji tad-DNG” fit-tabella tas-“Sommarju tal-finanzjament tal-baġit ġenerali skont it-tip tar-riżors proprju u skont l-Istat Membru” li hija mehmuża mal-aktar baġit reċenti adottat mill-Unjoni. Il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru li mingħandu hija dovuta kontribuzzjoni għandha tkun proporzjonali mas-sehem tad-DNG ta' dak l-Istat Membru fit-total tad-DNG aggregat tal-Istati Membri li mingħandhom hija dovuta kontribuzzjoni.

2.   Skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet:

(a)

Il-kontribuzzjonijiet maħsuba biex jiffinanzjaw il-baġit ġenerali tal-Aġenzija għandhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti fi tliet pagamenti indaqs, sal-15 ta' Marzu, il-15 ta' Ġunju u l-15 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja kkonċernata.

(b)

Meta jiġi adottat baġit emendatorju, il-kontribuzzjonijiet meħtieġa għandhom jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati fi żmien 60 jum mill-ħarġa tas-sejħa għal kontribuzzjonijiet.

(c)

Kull Stat Membru għandu jħallas it-tariffi bankarji marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tiegħu stess.

(d)

Jekk il-baġit annwali ma jiġix approvat sat-30 ta' Novembru, l-Aġenzija tista' toħroġ, fuq talba ta' Stat Membru, sejħa proviżorja individwali għal kontribuzzjonijiet għal dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Ġestjoni mill-Aġenzija ta' baġits assoċjati ma' attivitajiet ad hoc

1.   Il-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mid-Duirettur Eżekuttiv jew minn Stat Membru, jista' jiddeċiedi li l-Aġenzija tista' tiġi fdata mill-Istati Membri bil-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' ċerti attivitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha f'konformità mal-Artikoli 19 u 20.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija, fil-kuntest ta' proġetti u programmi ad hoc tal-Aġenzija, jista' jawtorizza lill-Aġenzija, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'arranġamenti li jirregolaw l-attivitajiet inkwistjoni, biex tidħol f'kuntratti u ftehimiet ta' għotja, u tiġbor il-kontribuzzjonijiet meħtieġa minn dawn l-Istati Membri minn qabel sabiex tonora tali kuntratti u ftehimiet ta' għotja.

Artikolu 18

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Aġenzija huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/643/PESK (10), b'unanimità. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi b'unanimità, għandu jirrieżamina u jemenda dawn id-dispożizzjonijiet, kif meħtieġ.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu, fuq proposta mill-Kap Eżekuttiv, jadotta kif meħtieġ ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit ġenerali, b'mod partikolari rigward l-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għar-regoli relevanti tal-Unjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiżgura, b'mod partikolari, li jittieħed kont dovut tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-provvista u tal-protezzjoni kemm tas-sigriet fil-qasam tad-difiża kif ukoll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet kollha tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija.

KAPITOLU IV

ĠESTJONI MILL-AĠENZIJA TA' PROĠETTI JEW PROGRAMMI AD HOC U BAĠITS ASSOĊJATI MAGĦHOM

Artikolu 19

Proġetti jew programmi ad hoc tal-Kategorija A (opzjoni ta' non-parteċipazzjoni) u baġits ad hoc assoċjati magħhom

1.   Stat Membru parteċipanti wieħed jew iktar jew il-Kap Eżekuttiv jistgħu jippreżentaw lill-Bord ta' Tmexxija proġett jew programm ad hoc li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Aġenzija, li għandu jippresupponi parteċipazzjoni ġenerali mill-Istati Membri parteċipanti, billi jindika wkoll l-valur miżjud li mistenni jġib lill-Aġenzija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun infurmat bil-baġit ad hoc, jekk ikun hemm, li ser ikun assoċjat mal-proġett jew programm propost, kif ukoll b'kontribuzzjonijiet potenzjali minn partijiet terzi.

2.   Fil-prinċipju għandhom jikkontribwixxu l-Istati Membri parteċipanti kollha. Huma għandhom jinformaw lill-Kap Eżekuttiv bl-intenzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu japprova l-istabbiliment tal-proġett jew il-programm ad hoc.

4.   Il-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kap Eżekuttiv jew minn Stat Membru parteċipanti, jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi kumitat biex jissorvelja l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett jew programm ad hoc. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn delegati minn kull wieħed mill-Istati Membri kontributuri u, meta l-Unjoni tikkontribwixxi għall-proġett jew il-programm, rappreżentant tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija għandha tispeċifika l-mandat u d-durata tal-kumitat.

5.   Għall-proġett jew il-programm ad hoc, l-Istati Membri kontributuri, imlaqqgħin fil-Bord ta' Tmexxija, għandhom japprovaw:

(a)

ir-regoli għall-ġestjoni tal-proġett jew tal-programm;

(b)

fejn xieraq, il-baġit ad hoc assoċjat mal-proġett jew il-programm, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjonijiet u r-regoli implimentattivi meħtieġa;

(c)

il-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi fil-kumitat imsemmi fil-paragrafu 4. Il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid tad-deċiżjoni tal-Unjoni.

6.   Meta l-Unjoni tikkontribwixxi għal proġett jew programm ad hoc, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5, b'konformità sħiħa mal-proċeduri ta' teħid tad-deċiżjonijiet applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 20

Proġetti jew programmi ad hoc tal-Kategorija B (opzjoni ta' parteċipazzjoni) u baġits ad hoc assoċjati magħhom

1.   Stat Membru parteċipanti wieħed jew iktar jistgħu jinfurmaw lill-Bord ta' Tmexxija li huma biħsiebhom jistabbilixxu proġett jew programm ad hoc li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Aġenzija, u fejn xieraq il-baġit ad hoc assoċjat miegħu, billi jindika wkoll l-valur miżjud li mistenni jġib lill-Aġenzija. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun infurmat bil-baġit ad hoc, jekk ikun hemm, li ser ikun assoċjat mal-proġett jew il-programm propost u bid-dettalji, jekk ikunu rilevanti, dwar riżorsi umani għal tali proġett jew programm, kif ukoll b'kontribuzzjonijiet potenzjali minn partijiet terzi.

2.   Biex jiżdiedu kemm jista' jkun l-opportunitajiet ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri parteċipanti kollha għandhom ikunu infurmati bil-proġett jew programm ad hoc, inkluż il-bażi li fuqha tista' tiżdied il-parteċipazzjoni, fi żmien biżżejjed biex kwalunkwe Stat Membru parteċipanti jista' juri l-interess tiegħu li jipparteċipa. Barra minn hekk, l-inizjatur(i) tal-proġett jew programm għandhom jagħmlu ħilithom sabiex ikabbru s-sħubija kemm jista' jkun possibbli. Il-parteċipazzjoni għandha tiġi stabbilita mill-inizjaturi fuq bażi ta' każ b'każ.

3.   Il-proġett jew programm ad hoc għandu mbagħad jitqies bħala proġett jew programm tal-Aġenzija, sakemm il-Bord ta' Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Kwalunkwe Stat Membru parteċipant li, aktar 'il quddiem, jixtieq jipparteċipa fil-proġett jew programm ad hoc għandu jinnotifika lill-Istati Membri kontributuri bl-intenzjonijiet tiegħu. L-Istati Membri kontributuri, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu din in-notifika, għandhom jiddeċiedu bejniethom, b'kont dovut meħud tal-bażi stabbilita meta l-Istati Membri parteċipanti jiġu infurmati bil-proġett jew programm, dwar il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-Istati Membri kontributuri għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa bejniethom għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-proġett jew programm ad hoc u, fejn xieraq, il-baġit assoċjat miegħu. Meta l-Unjoni tikkontribwixxi għal tali proġett jew programm, il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fid-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu b'konformità sħiħa mal-proċeduri ta' teħid tad-deċiżjonijiet applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-Istati Membri kontributuri għandhom iżommu lill-Bord ta' Tmexxija infurmat, kif xieraq, bl-iżviluppi marbuta ma' tali proġett jew programm.

Artikolu 21

Kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti jew programmi ad hoc tal-Aġenzija u l-baġits ad hoc assoċjati magħhom

1.   Fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tal-Aġenzija, funzjonijiet u kompiti, kif iddefinit fl-Artikoli 2 u 5 rispettivament, u soġġett għall-approvazzjoni tal-proġetti u programmi ad hoc f'konformità mal-Artikoli 19 u 20, l-attivitajiet tal-Aġenzija jistgħu jkopru, fost oħrajn:

(a)

l-akkwiżizzjoni permezz ta' kuntratti pubbliċi, mogħtijaf'konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi;

(b)

għotjiet, mogħtija f'konformità mad-dispożizzjonijiet u regoli finanzjarji msemmija fl-Artikolu 18.

2.   Baġits ad hoc assoċjati ma' proġetti u programmi tal-Aġenzija u ġestiti skont l-Artikolu 17 għandhom, fejn ikun rilevanti, jinkludu approprjazzjonijiet mfassla biex ikopru:

(a)

spejjeż relatati ma' impenji legali msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

spejjeż imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 13(3), sa fejn dawn l-ispejjeż huma direttament imġarrba bħala riżultat tal-ġestjoni tal-proġetti u l-programmi ad hoc kkonċernati.

Artikolu 22

Kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lil baġits ad hoc

Jistgħu jsiru kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-baġits ad hoc stabbiliti għal proġetti jew programmi ad hoc imsemmija fl-Artikoli 19 u 20.

Artikolu 23

Parteċipazzjoni ta' partijiet terzi

1.   Partijiet terzi jistgħu jikkontribwixxu, bħala membri kontributuri, għal proġett jew programm ad hoc partikolari, stabbilit f'konformità mal-Artikolu 19 jew 20, u għall-baġit assoċjat miegħu. Il-Bord ta' Tmexxija li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu japprova kif meħtieġ arranġamenti ad hoc bejn l-Aġenzija u partijiet terzi għal kull proġett jew programm partikolari.

2.   Għal proġetti jew programmi ad hoc stabbiliti taħt l-Artikolu 19, l-Istati Membri kontributuri mlaqqgħin fi ħdan il-Bord ta' Tmexxija għandhom japprovaw kwalunkwe modalità meħtieġa mal-partijiet terzi rilevanti rigward il-kontribuzzjoni tagħhom.

3.   Għal proġetti jew programmi ad hoc stabbiliti taħt l-Artikolu 20, l-Istati Membri kontributuri għandhom jiddeċiedu l-arranġamenti meħtieġa kollha mal-partijiet terzi rilevanti rigward il-kontribuzzjoni tagħhom.

KAPITOLU V

RELAZZJONIJIET MA' ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI

Artikolu 24

Relazzjonijiet mal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni hija membru tal-Bord ta' Tmexxija mingħajr dritt tal-vot u għandha tkun assoċjata b'mod sħiħ mal-ħidma tal-Aġenzija, fi spirtu ta' kooperazzjoni u benefiċċju reċiproku.

2.   L-Aġenzija għandha taħdem biex ikollha relazzjonijiet ta' ħidma mal-Kummissjoni, b'mod partikolari bil-għan li jkun hemm skambju ta' għarfien espert u gwida f'dawk l-oqsma fejn l-attivitajiet tal-Unjoni għandhom influwenza fuq il-missjoni tal-Aġenzija u fejn l-attivitajiet tal-Aġenzija huma rilevanti għal dawk tal-Unjoni.

3.   L-arranġamenti meħtieġa biex ikopru kontribuzzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, mill-baġit ġenerali tal-Unjoni taħt l-Artikoli 15 u 22, għandhom jiġu stabbiliti, bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni bi ftehim reċiproku, jew bejn l-Istati Membri kontributuri u l-Kummissjoni bi ftehim reċiproku.

4.   Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fi proġetti u programmi tal-Aġenzija. F'tali każ, għandha tipparteċipa fid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(2) u (3), mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-iżvilupp tal-kapaċita tad-difiża.

Artikolu 25

Relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni

1.   Sa fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji stabbiliti bit-TUE jew it-TFUE jew abbażi tagħhom.

Fejn meħtieġ, l-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet dwar il-livell ta' servizz jew arranġamenti ta' ħidma ma' tali entitajiet. Tali arranġamenti ta' ħidma jistgħu jikkonċernaw skambju ta' informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inkluża data personali u informazzjoni kklassifikata, f'konformità mar-regoli tas-sigurtà rilevanti.

2.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jipparteċipaw fi proġetti u programmi tal-Aġenzija u l-baġit assoċjat magħhom.

KAPITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI, ORGANIZZAZZJONIJIET U ENTITAJIET TERZI

Artikolu 26

Arranġamenti amministrattivi u kwistjonijiet oħra

1.   Għall-fini li twettaq il-missjoni tagħha, l-Aġenzija tista' tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' pajjiżi, organizzazzjonijiet u entitajiet terzi. Tali arranġamenti għandhom ikopru b'mod partikolari:

(a)

il-prinċipju ta' relazzjoni bejn l-Aġenzija u l-parti terza;

(b)

dispożizzjonijiet għal konsultazzjoni dwar suġġetti marbuta mal-ħidma tal-Aġenzija;

(c)

kwistjonijiet ta' sigurtà.

Meta tagħmel dan, għandha tirrispetta l-qafas istituzzjonali uniku u l-awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni. Kull tali arranġament għandu jiġi konkluż mill-Bord ta' Tmexxija bl-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'unanimità.

2.   L-Aġenzija għandha jkollha relazzjonijiet ta' ħidma mill-qrib mal-elementi rilevanti tal-OCCAR u ma' dawk stabbiliti taħt il-Ftehim Qafas LoI, bil-għan li tinkorpora dawk l-elementi jew tassimila l-prinċipji u l-prattiċi tagħhom meta jkun il-waqt, skont il-każ u bi qbil reċiproku.

3.   Trasparenza reċiproka u żviluppi koerenti fil-qasam tal-kapaċitajiet għandhom jiġu żgurati permezz tal-applikazzjoni tal-proċeduri tal-Mekkaniżmu ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet. Relazzjonijiet oħra ta' ħidma bejn l-Aġenzija u l-korpi rilevanti tan-NATO għandhom ikunu ddefiniti permezz ta' arranġament amministrattiv kif imsemmi fil-paragrafu 1, b'konformità sħiħa mal-qafas ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni stabbilit bejn l-Unjoni u n-NATO.

4.   Fil-qafas tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li tistabbilixxi relazzjonijiet ta' ħidma ma' organizzazzjonijiet u entitajiet li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, bil-ħsieb li tiffaċilita l-parteċipazzjoni possibbli tagħhom fi proġetti u programmi.

5.   Bil-għan li tiffaċilita l-parteċipazzjoni possibbli tagħhom fi proġetti u programmi speċifiċi u fil-qafas tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li tistabbilixxi relazzjonijiet ta' ħidma ma' pajjiżi terzi.

6.   Fejn l-Aġenzija tkun fi ħsiebha tistabbilixxi relazzjonijiet ta' ħidma ma' organizzazzjonijiet, entitajiet jew pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, u f'konformità mal-Artikolu 7(4), għandha tara li tikseb approvazzjoni minn qabel mingħand il-Bord ta' Tmexxija.

L-Aġenzija għandha tirrapporta wkoll lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-iżviluppi ta' relazzjonijiet stabbiliti.

Fl-eventwalità ta' Stati Membri parteċipanti jitolbu dan, l-Aġenzija għandha ssejjaħ laqgħa ad hoc mal-Istati Membri parteċipanti u l-organizzazzjoni, entità jew pajjiż terz li magħhom l-Aġenzija tkun daħlet f'arranġamenti amministrattivi, għall-finijiet ta' konsultazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni possibbli ta' dik l-organizzazzjoni, entità jew pajjiż terz fi proġetti u programmi speċifiċi.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET VARJI

Artikolu 27

Privileġġi u immunitajiet

1.   Il-privileġġi u l-immunitajiet tad-Direttur Eżekuttiv u tal-persunal tal-Aġenzija huma previsti fid-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-membri tal-persunal tagħha, datata l-10 ta' Novembru 2004.

Sakemm tidħol fis-seħħ dik id-Deċiżjoni, l-Istat ospitanti jista' jagħti lill-Kap Eżekuttiv u lill-persunal tal-Aġenzija l-privileġġi u l-immunitajiet li jinsabu fiha.

2.   Il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Aġenzija huma dawk previsti fil-Protokoll Nru 7.

3.   B'mod partikolari, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 7 japplika meta r-rwol tal-Aġenzija fl-amministrazzjoni ta' proġetti jew programmi li jappoġġaw il-fatt li l-Istati Membri jġibu valur miżjud, u mhux każijiet fejn dak ir-rwol jinvolvi biss oġġetti jew servizzi akkwistati għall-Istati Membri.

Artikolu 28

Klawsola ta' rieżami

Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Kap tal-Aġenzija għandu jippreżenta rapport lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bil-ħsieb tal-possibbiltà ta' rieżami tagħha mill-Kunsill.

Artikolu 29

Responsabbiltà legali

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni f'konformità ma' kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ inkluża f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata bir-regoli rilevanti applikabbli għall-Aġenzija.

Artikolu 30

Aċċess għal dokumenti

Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandhom japplikaw għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

Artikolu 31

Protezzjoni tad-Data

Ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom japplikaw għall-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija.

Il-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kap tal-Aġenzija, għandu jadotta regoli ta' implimentazzjoni kif meħtieġ.

Artikolu 32

Sigurtà

1.   L-Aġenzija għandha tapplika r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (11).

2.   L-Aġenzija għandha tiżgura s-sigurtà adegwata fil-komunikazzjonijiet esterni tagħha.

Artikolu 33

Reġim lingwistiku

Ir-reġim lingwistiku tal-Aġenzija għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità.

Artikolu 34

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/411/PESK hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operattivi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK (ĠU L 183, 13.7.2011, p. 16).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/676/KE tal-24 ta' Settembru 2004 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 9).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/677/KE tal-24 ta' Settembru 2004 dwar ir-Regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali u l-persunal militari ssekondati lill-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 64).

(8)  Il-prinċipji tal-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/643/PESK tat-18 ta' Settembru 2007 dwar ir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea u dwar ir-regoli dwar l-akkwist u r-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-baġit operattiv tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (ĠU L 269, 12.10.2007, p. 1).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


ANNESS I

ATTI MĦASSRA U EMENDI SUĊĊESSIVI

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/551/PESK

ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17.

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/299/PESK

ĠU L 102, 12.4.2008, p. 34.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/411/PESK

ĠU L 183, 13.7.2011, p. 16.


ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 2011/411/PESK

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3(c)

Artikolu 4(3) sa (4)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5(3)(g)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 9(1)(b)

Artikolu 9(1)(c)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 1

Artikolu 11

Artikolu 11(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(3)(a)

Artikolu 11(3)(b) u (c)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(1), it-tieni, it-tielet u r-raba' sentenza

Artikolu 11(6)

Artikolu 11(8)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(9)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 13(2)(a)(ii)

Artikolu 13(2)(a)(ii)

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 14(3)

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 22(4)

Artikolu 24(4), it-tieni sentenza

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 23(2)

Artikolu 24(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 25

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 24(6) sa (8)

Artikolu 24(6)

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 25, l-ewwel paragrafu

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 28

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 33

Artikolu 31

Artikolu 34

Artikolu 32

Artikolu 35


Top