Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0739

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/739 tas-7 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

ĠU L 117, 8.5.2015, pp. 49–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/739/oj

8.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 117/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/739

tas-7 ta' Mejju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK (1), wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR 2127 (2013).

(2)

Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2196 (2015).

(3)

L-UNSCR 2196 (2015) tipprevedi ċerti emendi għall-kriterji għal restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għal persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-UNSCR 2127 (2013).

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti emendi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

L-Istati Membri, ladarba jiskopru, għandhom jaqbdu, jirreġistraw u jeħilsu minn (pereżempju billi jeqirdu, jagħmlu inoperabbli, jaħżnu jew jittrasferixxu lil Stat ieħor għajr dak minn fejn joriġinaw jew Stati ta' destinazzjoni għar-rimi) oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija projbita skont l-Artikolu 1.”

.

(2)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, u l-għoti ta' assistenza teknika relatata jew finanzjament u assistenza finanzjarja, intenzjonati biss għall-appoġġ ta', jew l-użu mill-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonjiet Uniti fir-RĊA (MINUSCA), it-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana (AU-RTF), u l-missjonijiet tal-Unjoni u l-forzi Franċiżi stazzjonati fir-RĊA;”

.

(3)

Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħħhom tal-persuni deżinjati mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 57 tal-UNSCR 2127 (2013) (‘il-Kumitat’) bħala persuni li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza, inklużi persuni:

(a)

li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

(b)

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat;

(c)

li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitt armat fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(d)

li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(e)

li jostakolaw it-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

(f)

li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom;

(g)

li huma mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew ipprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità indikata mill-Kumitat, jew entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità indikata mill-Kumitat;

kif elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.”

.

(4)

Fl-Artikolu 2b, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha bis-sjieda ta' jew kontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet deżinjati mill-Kumitat bħala li jingaġġaw fi jew li jagħtu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza, inklużi persuni u entitajiet li:

(a)

li bl-aġir tagħhom jiksru l-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 54 tal-UNSCR 2127 (2013) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, jew li direttament jew indirettament ipprovdew, biegħu, jew ittrasferixxew lil gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA, jew li rċevew armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, relatati ma' attivitajiet vjolenti ta' gruppi armati jew netwerks kriminali fir-RĊA;

(b)

involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li tikkostitwixxi abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inklużi atti li jinvolvu vjolenza sesswali, fil-mira taċ-ċivili, attakki abbażi ta' etnika jew reliġjon, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u ħtif u spustament furzat;

(c)

li jirreklutaw jew jużaw tfal f'kunflitt armat fir-RĊA, bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(d)

li jipprovdu appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament jew il-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali, inklużi d-djamanti, id-deheb, l-annimali selvaġġi u l-prodotti mill-annimali selvaġġi fi jew mir-RĊA;

(e)

li jostakolaw it-twassil ta' assistenza umanitarja fir-RĊA, jew l-aċċess ta', jew id-distribuzzjoni ta' assistenza umanitarja fir-RĊA;

(f)

li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom;

(g)

li huma mexxejja ta' entità deżinjata mill-Kumitat, jew ipprovdew appoġġ għal, jew aġixxew għal jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità indikata mill-Kumitat, jew entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn persuna jew entità indikata mill-Kumitat;

għandhom ikunu ffriżati.

Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).


Top