This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0214
Council Decision (EU) 2015/214 of 10 February 2015 endorsing the Shift2Rail Master Plan
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/214 tal- 10 ta' Frar 2015 li tapprova l-Pjan Direttur Shift2Rail
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/214 tal- 10 ta' Frar 2015 li tapprova l-Pjan Direttur Shift2Rail
ĠU L 36, 12.2.2015, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/214
tal-10 ta' Frar 2015
li tapprova l-Pjan Direttur Shift2Rail
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4) tal-Anness I tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Pjan Direttur S2R għandu jiġi stabbilit u żviluppat mill-Impriża Konġunta Shift2Rail, b'konsultazzjoni mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u l-Pjattaforma Teknoloġika tal-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea dwar il-Ferroviji (ERRAC), biex jistimula l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju fuq medda twila ta' żmien. |
|
(2) |
Il-Pjan Direttur Shift2Rail għandu jidentifika l-prijoritajiet ewlenin u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u operazzjonali essenzjali meħtieġa mill-partijiet ikkonċernati kollha biex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi tal-Impriża Konġunta Shift2Rail imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 642/2014. |
|
(3) |
Il-Pjan Direttur Shift2Rail għandu jkun xprunat mill-prestazzjoni u strutturat madwar numru limitat ta' oqsma tematiċi ewlenin, jew Programmi ta' Innovazzjoni kif identifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 642/2014. |
|
(4) |
Il-verżjoni tal-Pjan Direttur Shift2Rail approvata mill-Bord Governattiv fl-24 ta' Settembru 2014 u li tintegra kontribuzzjonijiet ewlenin mill-partijiet ikkonċernati rilevanti, tikkostitwixxi l-bażi tas-sejħa għal membri assoċjati mnedija mill-Kummissjoni fis-6 ta' Ottubru 2014 skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 642/2014 u l-bażi għall-istabbiliment tal-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-Pjan Direttur strateġiku Shift2Rail huwa b'dan approvat.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS