Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0050

    Deċiżjoni (UE) 2016/244 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2015/50)

    ĠU L 45, 20.2.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/01/2023; Impliċitament imħassar minn 32022R1917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/244/oj

    20.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 45/13


    DEĊIŻJONI (UE) 2016/244 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-18 ta' Diċembru 2015

    li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (BĊE/2015/50)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (2), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta' Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (3),

    Billi:

    (1)

    Jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/10 (4) tiġi allinjata mal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (5) u għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Banek Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6).

    (2)

    Barra minn hekk, il-proċedura għall-ġbir ta' informazzjoni dwar ksur u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet stipulata fid-Deċiżjoni BĊE/2010/10 għandha tapplika wkoll għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità taħt ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (7), ir-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/39) (8) u r-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (9) peress li rriżulta li hija għodda effettiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar tal-istatistika, li jista' jseħħ ukoll fil-kuntest ta' dawk ir-regolamenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċizjoni BĊE/2010/10 hija emendata kif ġej:

    1.

    fl-Artikolu 1, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “2.

    ‘istituzzjoni finanzjarja monetarja’ (IFM) għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (*);

    (*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).”;"

    2.

    fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

    “7.

    ‘fond ta' investiment’ (FI) għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (**);

    (**)  Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).”;"

    3.

    fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

    “8.

    ‘istituzzjoni ġiro tal-uffiċċji tal-posta’ (POGI) għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/39) (***);

    (***)  Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1074/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar obbligi ta' rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).”;"

    4.

    fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

    “9.

    ‘korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni’ (FVC) għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (****);

    (****)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).”;"

    5.

    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:

    “1.   Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-aġenti li jirrapportaw mal-istandards minimi meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom, kif stipulat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33), l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (*****), l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39), u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40). F'każ ta' nonkonformità, il-BĊE u l-BĊN kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jwettqu fażi ta' valutazzjoni u/jew jibdew proċedura ta' ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2). Wara proċedura ta' ksur, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

    (*****)  Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)”."

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016. Għandha tapplika mill-perjodu ta' referenza Ġunju 2016 għar-rekwiżiti tar-rappurtar ta' kull xahar u annwali, u mit-tieni trimestru tal-2016 għar-rekwiżiti tar-rappurtar trimestrali.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Diċembru 2015.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

    (2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

    (3)  ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21.

    (4)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta' Awwissu 2010 dwar nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika, (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).

    (8)  Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 1074/2013 tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar obbligi ta' rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).

    (9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).


    Top