This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0829
Commission Implementing Regulation (EU) No 829/2014 of 30 July 2014 amending and correcting Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tat- 30 ta' Lulju 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tat- 30 ta' Lulju 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
31.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 829/2014
tat-30 ta' Lulju 2014
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Bħalissa, ir-rikonoxximent tal-Isvizzera skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-ħmira. L-Isvizzera ressqet talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha għall-ħmira organika wkoll. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u l-kjarifiki sussegwenti pprovduti mill-Isvizzera wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-ħmira organika huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). Minħabba f'hekk, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tal-Isvizzera, fir-rigward ta' prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, għandu japplika wkoll għall-ħmira organika. |
(3) |
Ir-rikonoxximent ta' New Zealand skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal prodotti agrikoli li mhumiex ipproċessati u għal prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel, ħlief għall-inbid u l-ħmira. L-awtoritajiet ta' New Zealand ippreżentaw talba lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħha wkoll għall-inbid organiku. L-eżami tal-informazzjoni li tressaq ma' dik it-talba u kjarifiki sussegwenti pprovduti minn New Zealand wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-inbid organiku huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll ta' New Zealand, fir-rigward ta' prodotti pproċessati għall-użu bħala ikel, għandhom japplikaw anki għall-inbid organiku. |
(4) |
Skont l-informazzjoni pprovduta minn New Zealand, inbidlu l-awtorità kompetenti, wieħed mill-korpi tal-kontroll u l-korp għall-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-bidla għandha titniżżel fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(5) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-finijiet ta' ekwivalenza. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet li waslu sal-31 ta' Ottubru 2013 għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Wara l-eżami tal-informazzjoni kollha mogħtija, il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li jinstabu konformi mar-rekwiżiti rilevanti għandhom jitniżżlu f'dik il-lista. |
(7) |
“LibanCert” hu mniżżel fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Madankollu, dan la għarraf lill-Kummissjoni b'informazzjoni rilevanti relattiva għall-korp tal-akkreditazzjoni msemmi fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u lanqas b'xi bidliet fid-dossier tekniku tiegħu skont l-Artikolu 12(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, ir-rapport annwali li bagħat “LibanCert” fl-2013 juri li dan ma kienx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kummissjoni stiednet lil “LibanCert” biex jiċċara dawn il-kwistjonijiet iżda sad-data tal-iskadenza ma weġibx. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, “LibanCert” waqaf jopera. U għalhekk għandu jitneħħa mil-lista fl-Anness IV. |
(8) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 355/2014 (4) fih żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għal pajjiż terz għall-korp tal-kontroll “Abcert AG” li bi żball jirreferi għal “IMO Swiss AG” minflok għal “IMOswiss AG”. |
(9) |
Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet ikkoreġuti dwar Abcert AG u IMOswiss AG għandhom japplikaw minn meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 355/2014. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1) u (5)(a) tal-Anness II għandhom japplikaw mit-12 ta' April 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar l-Isvizzera, il-punt 1 “Kategoriji tal-prodotti”, ir-ringiela “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel”, titneħħa n-nota (2) f'qiegħ il-paġna. |
(2) |
L-entrata dwar New Zealand hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat u kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar “Abcert AG”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Moldova tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata dwar “CCPB Srl” hi emendata kif ġej:
|
(3) |
Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-entrata dwar “IB”dan li ġej:
|
(5) |
L-entrata dwar “IMO Swiss AG” hi emendata kif ġej:
|
(6) |
Titneħħa l-entrata dwar “LibanCert”. |