This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0439
Council Implementing Decision 2014/439/CFSP of 8 July 2014 implementing Decision 2012/642/CFSP concerning restrictive measures against Belarus
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK tat- 8 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
ĠU L 200, 9.7.2014, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/439/PESK
tat-8 ta' Lulju 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK li timponi miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li għandha tiżdied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis ukoll li tmien persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(4) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
ANNESS
I.
Il-persuni li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:|
Nru. 8 |
Arkhipau, Aliaksandr Mikhailavich; |
|
Nru. 21 |
Berastau, Valery Vasilievich; |
|
Nru. 27 |
Bushnaia, Natallia Uladzimirauna; |
|
Nru. 131 |
Mihun, Andrei Arkadzevich; |
|
Nru. 164 |
Samaliuk, Hanna Valerieuna; |
|
Nru. 195 |
Svorab, Mikalai Kanstantsinavich; |
|
Nru. 200 |
Tratsiak, Piotr Uladzimiravich; |
|
Nru. 212 |
Varapaev, Ihar Ryhoravich. |
II.
Il-persuna li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fil-parti A tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:|
|
Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
|
|
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
|
|
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' allegat vjolazzjonijiet tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov biss. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu. |
9.7.2014 |