Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1236

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2013 tat- 2 ta’ Diċembru 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 322, 3.12.2013, pp. 23–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1236/oj

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1236/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “mezzi fuq il-binarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 321/2013

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ‘il quddiem, “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn ‘il quddiem, it-“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini tal-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrevedi t-TSI fuq il-vaguni tal-merkanzija.

(3)

Fil-25 ta’ Marzu 2013, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar emendi għat-TSI fuq il-vaguni tal-merkanzija (ERA/REC/01-2013/INT).

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward is-subsistema ta’ ‘mezzi fuq il-binarji - vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (5).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 321/2013 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 8(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Wara perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-konstitwenti tal-interoperabbiltà prodotta ġdida ta’ ‘sinjali minn wara’, għandhom ikunu koperti permezz tad-Dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE.”

2.

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)   ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 (WAG TSI) huwa emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 1.2 “Ambitu ġeografiku” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ambitu ġeografiku ta’ din it-TSI huwa n-netwerk tas-sistema ferrovjarja kollha, magħmula minn:

is-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (TEN) kif deskritt fl-Anness I taqsima 1.1 “Netwerk” tad-Direttiva 2008/57/KE,

is-sistema ferrovjarja b’veloċità qawwija trans-Ewropea (TEN) kif deskritt fl-Anness I taqsima 2.1 “Netwerk” tad-Direttiva 2008/57/KE,

partijiet oħra tan-netwerk tas-sistema ferrovjarja kollha, wara l-estensjoni tal-ambitu kif deskritt fl-Anness I Taqsima 4 tad-Direttiva 2008/57/KE,

u bl-esklużjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.”

(2)

Fil-punt 4.2.3.5.2 ‘Imġiba dinamika fil-moviment’, ir-raba’ paragrafu jinbidel minn dan li ġej:

“ ‘Imġiba dinamika fil-moviment’ titħalla tiġi vvalutata fil-livell ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà skont il-punt 6.1.2.1. F’dan il-każ test speċifiku jew simulazzjoni fuq il-livell tas-subsistema mhix meħtieġa.”

(3)

Fil-punt 4.2.3.6.1 “Disinn strutturali tal-qafas tal-bogie”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-integrità tal-istruttura tal-qafas tal-bogie titħalla tiġi vvalutata fil-livell ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà skont il-punt 6.1.2.1. F’dan il-każ test speċifiku jew simulazzjoni fil-livell tas-subsistema mhix meħtieġa.”

(4)

Fil-punt 4.2.4.3.2.1 “Brejk tas-servizz”:

(a)

it-test tat-tieni paragrafu, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

fuljett UIC 544-1:2013”;

(b)

It-test tat-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kalkolu għandu jiġi vvalidat b’testijiet. Il-kalkolu tal-prestazzjoni tal-brejk skont l-UIC 544-1 għandu jkun vvalidat skont kif jisttabilixxi l-UIC 544-1:2013.”

(5)

Fil-punt 4.2.4.3.2.2 “Brejk tal-ipparkjar”, it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Il-prestazzjoni minima tal-brejk tal-ipparkjar, mingħajr riħ, għandha tiġi determinata mill-kalkoli kif definit fil-Klawżola 6 tal-EN 14531-6:2009.”

(6)

Fil-punt 4.2.4.3.3 “Kapaċità termali”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-tagħbija termali li l-unità kapaċi tiflaħ bla telf negattiv fil-prestazzjoni tal-brejk minħabba effetti termali jew mekkaniċi, għandha tiġi definita u espressa f’termini ta’ veloċità, tagħbija tal-fus, gradjazzjoni u distanza tal-brejk.’

(7)

Fil-punt 4.2.4.3.4 “Protezzjoni miż-żerżieq tar-roti (WSP)” it-test tar-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-tipi ta’ unitajiet li ġejjin għandhom jiġu mmuntati b’WSP:

tipi ta’ unitajiet mgħammra b’kull tip ta’ blokok tal-brejkijiet għajr il-blokok tal-brejkijiet kompożiti, li għalihom l-utilizzazzjoni medja massima tal-adeżjoni hija ta’ aktar minn 0,12,

tipi ta’ unitajiet mgħammra b’diski tal-brejkijiet biss u/jew bi blokok ta’ brejkijiet kompożiti, li għalihom l-utlizzazzjoni medja massima hija ta’ aktar minn 0,11.”

(8)

It-test tal-punt 4.2.6.3: “Tagħmir mehmuż tagħmir għal sinjal minn wara” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fil-każ tal-unitajiet kollha mfassla biex jirċievu sinjal minn wara, żewġ biċċiet ta’ tagħmir fuq wara tal-unità għandhom jipprovdu l-istallazzjoni ta’ żewġ fanali jew żewġ platti riflettivi kif jistipula l-Appendiċi E fl-istess għoli ‘l fuq mir-rejl u mhux ogħla minn 2 000 mm. Id-dimensjonijiet u l-ispazju liberu ta’ dan it-tagħmir mehmuż għandhom ikunu kif deskritt fil-kapitolu 1 tad-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”

(9)

Fil-punt 4.3.3 Interfaċċja tas-subsistema “b’kmand, kontroll u sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji” it-tabella 7 “Interface b’kmand, kontroll u sinjalazzjon” hija sostitwit b’dan li ġej:

“Referenza f’din it-TSI

Referenza Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE

Anness A, Tabella A2, indiċi 77

4.2.3.3 a)

Il-karatteristiċi tal-mezzi fuq il-binarji kompatibbli mas-sistema tad-detezzjoni tat-trejnijiet ibbażata fuq ċirkwiti tal-linji

distanzi tal-fusien (3.1.2.1, 3.1.2.4, 3.1.2.5 u 3.1.2.6),

tagħbija fuq il-fusijiet tal-vettura (3.1.7.1),

impedanza bejn ir-roti (3.1.9),

użu ta’ blokok tal-brejkijiet komposti (3.1.6).

4.2.3.3 b)

Il-karatteristiċi tal-mezzi fuq il-binarji kompatibbli mas-sistema tad-detezzjoni tat-trejnijiet ibbażata fuq kawnters tal-fusien

distanzi tal-fusien (3.1.2.1, 3.1.2.2, 3.1.2.5 u 3.1.2.6),

ġeometrija tar-roti (3.1.3.1 - 3.1.3.4),

spazji bejn ir-roti liberu mill-kompenenti induttivi/tal-metall (3.1.3.5)

materjal tar-roti (3.1.3.6).

4.2.3.3 c)

Il-karatteristiċi tal-mezzi fuq il-binarji kompatibbli mas-sistema tad-detezzjoni tat-trejnijiet ibbażata fuq tagħmir anellat (loop)

massa tal-metall tal-vettura (3.1.7.2).”

(10)

Fil-punt 4.4 “Regoli tal-operat”, it-tielet paragrafu, l-ewwel inċiż, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

deskrizzjoni tal-operat fil-modalità normali, inklużi l-karatteristiċi u l-limiti operattivi tal-unità (eż. il-gejġ tal-vettura, il-veloċità massima tad-disinn, it-tagħbijiet tal-fusien, il-prestazzjoni tal-brejkijiet, il-kompatibbiltà mas-sistemi tad-ditezzjoni tat-trejns, il-kundizzjonijiet ambjentali permessi).”

(11)

Fil-punt 4.7 “Kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet għas-saħħa u s-sikurezza tal-istaff talbu li l-operat u l-manutenzjoni tal-unitajiet huma koperti mir-rekwiżiti essenzjali 1.1.5, 1.3.1, 1.3.2, 2.5.1 u 2.6.1 stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE.”.

(12)

Fil-punt 4.8 “Parametri li għandhom jiġu rreġistrati fil-fajl tekniku” hija emendata kif ġej:

(a)

It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.8   Parametri li għandhom jiġu rreġistrati fil-fajl tekniku u r-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi awtorizzati”;

(b)

it-test tat-18-il inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

Tagħbija termali komponenti tal-brejk espressa f’termini ta’ veloċità, piż fuq il-fus, u distanza tal-brejk.”;

(c)

it-tieni paragrafu li ġej jiżdied fl-aħħar:

“Id-dejta dwar il-mezzi fuq il-binarji li għandhom ikunu rreġistrati fir- “Reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi awtorizzati (ERATV)” hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati (*1).

(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” "

(13)

Fil-punt 6.1.2.1 “Tagħmir tad-dawran”, l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dimostrazzjoni tal-konformità għat-tagħmir tad-dawran hija stabbilita fil-kapitolu 2 tad-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2013/01/INT verżjoni 1.0 tal-11.2.2013 ippubblikat fil-websajt tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”

(14)

Fil-punt 6.1.2.3 “Rota” it-test fl-ittra (b), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tkun teżisti proċedura ta’ verifika li tiżgura li fil-fażi tal-produzzjoni l-ebda diffetti ma jaffettwaw ħażin is-sikurezza minħabba kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi mekkaniċi tar-roti. Is-saħħa tensili tal-materjal tar-rota, l-ebbusija tar-rimm, is-saħħa kontra l-frammentazzjoni (fil-każ tar-roti bil-brejk bil-ħajta), ir-reżistenza għall-impatti, il-karatteristiċi tal-materjal u l-indafa tal-materjal għandhom jiġu vverifikati. Il-proċedura tal-verifika għandha tispeċifika l-kampjonarju tal-baċċ użat għal kull karatteristika li għandha tiġi vverifikata.”

(15)

It-test tal-punt 6.1.2.4 “Fus” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Flimkien mar-rekwiżit għall-assemblaġġ t’hawn fuq, id-dimostrazzjoni tal-konformità tal-karatteristiċi tar-reżistenza u l-għejja mekkanika tal-fus għandha tissejjes fuq il-Klawżoli 4, 5 u 6 tal-EN13103:2009 + A2:2012.

Il-kriterji tad-deċiżjoni għall-istress permissibbli hija speċifikata fil-Klawżola 7 tal-EN 13103:2009 + A2:2012. Proċedura ta’ verifika għandha tkun teżisti biex tiżgura li fil-fażi tal-produzzjoni l-ebda difetti ma jafu jolqtu ħażin is-sikurezza minħabba kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi mekkaniċi tal-fusien. Is-saħħa tensili tal-materjal fil-fus, ir-reżistenza għall-impatti, l-integrità tal-wiċċ, il-karatteristiċi tal-materjal u l-indafa tal-materjal għandhom jiġu verifikati. Il-proċedura tal-verifika għandha tispeċifika il-kampjonarju tal-baċċ użat għal kull karatteristika li għandha tiġi vverifikata.”

(16)

Fil-punt 6.2.2.3 “Imġiba dinamika fil-moviment”, ir-raba’ paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta jkun meħtieġ test fuq il-linja meħud b’metodu ta’ kejl normali, l-unità għandha tiġi vvalutata kontra l-valuri tal-limitu stipulati fit-taqsimiet 1.2 u 1.3 tad-dokument tekniku tal-ERA ERA/TD/2013/01/INT verżjoni 1.0 tal-11.2.2013 ippubblikat fuq il-websajt tal-ERA (http://www.era.europa.eu)”.

(17)

Fil-punt 6.2.2.5 “Mezzi fuq il-binarji għal bidla manwali ta’ settijiet tar-roti”, it-test tal-paragrafu “Bidla bejn gejġis tal-linji ta’ bejn 1 435 mm u1 668 mm” tinbidel b’dan li ġej:

“Is-soluzzjonijiet tekniċi deskritti fil-figuri li ġejjin tal-fuljett tal-UIC 430-1:2012 huma meqjusa bħala konformi mar-rekwiżiti fil-punt 4.2.3.6.7:

għall-unitajiet tal-fusien: Il-Figuri 9 u10 tal-Anness B.4, u l-Figura18 tal-Anness H tal-fuljett tal-UIC 430-1:2012,

għall-unitajiet bogie: Il-Figure 18 tal-Anness H tal-fuljett tal-UIC 430-1:2012.”

(18)

Fil-punt 6.3 it-titolu għandu jaqra “Subsistema li fiha komponenti li jikkorrispondu għal kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkollhomx dikjarazzjoni tal-KE” u l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Entità Notifikata hija permess toħroġ ċertifikat tal-KE għall-verifika ta’ subsistema, anki jekk xi wieħed jew aktar mill-komponenti li jikkorresondu mal-kostitwenti tal-interoperabbiltà inkorportati fi ħdan is-subsistema mhumiex koperti mid-dikjarazzjoni rilevanti tal-konformità tal-KE skont dan it-TSI (ICs mhux ċertifikati), jekk il-kostitwent ikun ġie manifatturat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan it-TSI u t-tip tal-kostitwemnt kien:

użat f’subsistema diġà approvata, u

imqiegħed fis-servizz f’talanqas Stat Membru wieħed qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan it-TSI.”

(19)

Fil-punt 6.5 “Kostitwenti li jkollhom dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE”, l-ittra (b) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(b)

iċ-ċertifikati tal-konformità tal-KE, iċ-ċertifikati tal-eżamijiet tat-tip KE u ċ-ċertifikati tal-eżamijiet tad-disinn KE tal-ICs li ġejjin għandhom jibqgħu validi skont dan it-TSI sal-iskadenza tagħhom:

Sett tar-roti;

Rota;

Fus.”

(20)

Appendiċi B “Proċeduri speċifiċi għall-moviment dinamiku” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi B

mhux użat.”

(21)

Appendiċi C “Kundizzjonijiet addizzjonali mhux obbligatorji” huwa emendat kif ġej:

(a)

L-paragrafu tal-punt “1. Sistema ta’ akkoppjaġġ manwali”, huwa emendat kif ġej:

(i)

il-ħams inċiż huwa sostitwit b’li ġej:

“—

L-ispazju liberu għall-ganċ li jgħaqqad iż-żewġ vaguni għandu jkun skont il-kapitolu 2 tad-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu).”

(ii)

id-disa’ inċiż huwa sostitwit b’li ġej:

“—

L-ispazju għall-operat tax-xaft tat-tħarrik għandu jkun skont il-kapitolu 3 tad-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18 ta’ Jannar 2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu).”

(b)

It-test fil-punt “2. Għatab u manki tal-idejn tal-UIC” tinbidel b’dan li ġej:

“L-unità għandha tiġi mgħammra b’għatab u manki tal-idejn skont il-kapitolu 4 tad-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-ERA (http://www.era.europa.eu).”

(c)

It-Tabella C.3 “Prestazzjoni minima tal-brejk għall-modi ta’ bbrejkjar G u P” hija sostitwita bit-tabella segwenti:

Mod ta’ bbrejkjar

Tagħmir kmand

tip ta’ unità

Status tat-tagħbija

Rekwiżit għal veloċità mexxejja ta’ 100 km/h

Rekwiżit għal veloċità mexxejja ta’ 120 km/h

Distanza massima tal-ibbrejkjar

Distanza minima tal-ibbrejkjar

Distanza massima tal-ibbrejkjar

Distanza minima tal-ibbrejkjar

Mod tal-ibbrejkjar “P”

Bidla (9)

“S1“ (2)

Vojt

Smax = 700 m

λmin = 65 %

amin = 0,60 m/s2

Smin = 390 m,

λmax = 125 %, (130 %) (*2),

amax = 1,15 m/s2

Smax = 700 m

λmin = 100 %

amin = 0,88 m/s2

Smin = 580 m,

λmax = 125 %, (130 %) (*2),

amax = 1,08 m/s2

Intermedju

Smax = 810 m

λmin = 55 %

amin = 0,51 m/s2

Smin = 390 m,

λmax = 125 %,

amax = 1,15 m/s2

 

Mgħobbi

Smax = 700 m

λmin = 65 %

amin = 0,60 m/s2

Smin = Max [(S = 480 m, λmax = 100 %, amax = 0,91 m/s2), (S miksub b’forza ritardatorja medja ta’ 16,5 kN kull fus)] (5)

 

Relay ta’ tagħbija varjabbli (10)

“SS”, “S2”

Vojt

Smax = 480 m

λmin = 100 % (1)

amin = 0,91 m/s2  (1)

Smin = 390 m,

λmax = 125 %, (130 %), (*2)

amax = 1,15 m/s2

Smax = 700 m

λmin = 100 %

amin = 0,88 m/s2

Smin = 580 m,

λmax = 125 %, (130 %), (*2)

amax = 1,08 m/s2

‘S2’ (3)

Mgħobbi

Smax = 700 m

λmin = 65 %

amin = 0,60 m/s2

Smin = Max [(S = 480 m, λmax = 100 %, amax = 0,91 m/s2), (S miksub b’forza ritardatorja medja ta’ 16,5 kN kull fus)] (6)

 

‘SS’ (4)

Mgħobbi

(18t kull fus għall-blokok tal-brejkijiet)

 

Smax  (8) = Max [S = 700 m, λmax = 100 %,

amax = 0,88 m/s2), (S miksub b’forza ritardatorja medja ta’ 16kN kull fus)] (7)

Mod tal-ibbrejkjar “G”

 

There shall be no separate assessment of the braking performance of units in position G. A unit’s braked weight in position G is the result of the braked weight in position P (see UIC 544-1:2013)

 

(22)

Appendiċi D “standards jew dokumenti normattivi riferiti f’din it-TSI” huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel tabella — it-test “Kontenut ta’ prEN 16235 inkluż fl-Appendiċi B ta’ din it-TSI” taċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, is-17-il ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2013/01/INT verżjoni 1.0 ta’ 11.2.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu)”.

(b)

L-ewwel tabella - it-test “Kontenut ta’ prEN 16235 inkluż fl-Appendiċi B ta’ din it-TSI” taċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, l-20 ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2013/01/INT verżjoni 1.0 ta’ 11.2.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu).

(c)

L-ewwel tabella — it-test “EN 13103:2009 + A1:2010” fiċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, it-28 ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

‘EN13103:2009 + A2:2012’.

(d)

L-ewwel tabella — it-test “UIC 430-1:2006” fiċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, it-32 ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Fuljett tal-UIC 430-1:2012”.

(e)

L-ewwel tabella — it-test “UIC 544-1:2012” fiċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, il-35 ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“UIC 544-1:2013”

(f)

L-ewwel tabella — it-test “Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.0 ta’ 4.6.2012” fiċ-ċellula fil-kolonna “Referenza għal standards mandatorji”, l-aħħar ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu)”.

(g)

It-tieni tabella — it-test “Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.0 tal-4.6.2012” fiċ-ċellula fil-kolonna “Fuljett tal-UIC/Standard”, ir-raba’ ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu)”.

(h)

It-tieni tabella — it-test “Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.0 tal-4.6.2012” fiċ-ċellula fil-kolonna “Fuljett tal-UIC/Standard”, is-sitt ringiela, huwa sostitwit b’dan li ġej.

“Id-dokument tekniku tal-ERA, ERA/TD/2012-04/INT verżjoni 1.2 tat-18.1.2013 ippubblikat fil-websajt tal-Aġenzija (http://www.era.europa.eu)”.


(*1)   ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32.” ”


(*2)  Biss għal tagħbija tal-ibbrejkjar b’żewġ stadji (kmand ta’ bidla) u P10 (blokok tal-ħadid fondut b’10 % fosfru)- jew blokok tal-brejkijiet LL

(1)  

Formula
, b’Te = 2 sek. Kalkolu tad-distanza skont EN 14531-1:2005 taqsima 5.11

(2)  Unità “S1” hija unità b’tagħmir vojt/mgħobbi. It-tagħbija massima għal kull fus hija ta’ 22,5 t.

(3)  Unità”S2” hija unità b’relay ta’ tagħbija varjabbli. It-tagħbija massima għal kull fus hija ta’ 22,5 t.

(4)  Unità”SS” għandha tkun mgħammra b’relay ta’ tagħbija varjabbli. It-tagħbija massima għal kull fus hija ta’ 22,5 t.

(5)  Il-forza massima medja tar-ritardazzjoni permessa (għal veloċità mexxejja ta’ 100 km/h) hija

Formula
. Dan il-valur joħroġ mill-input tal-enerġija tal-ibbrejkjar massima permessa fuq rota ta’ brejk bil-ganċ b’dijametru fil-medda ta’ [920 mm; 1 000 mm] waqt l-ibbrejkjar (il-piż tal-brejk għandu jkun limitat sa 18 tunnellata/fus).

(6)  Il-forza massima medja tar-ritardazzjoni permessa (għal veloċità mexxejja ta’ 100 km/h) hija

Formula
. Dan il-valur joħroġ mill-input tal-enerġija tal-ibbrejkjar massima permessa fuq rota ta’ brejk bil-ganċ b’dijametru fil-medda ta’ [920 mm; 1 000 mm] waqt l-ibbrejkjar (il-piż tal-brejk għandu jkun limitat sa 18 tunnellata/fus). Normalment unità, b’V max = 100 km/h u li tkun immuntata b’relay varjabbli hija mfassla li tikseb λ = 100 % sa 14,5 t/fus.

(7)  Il-forza massima medja tar-ritardazzjoni permessa (għal veloċità mexxejja ta’ 120 km/h) hija

Formula
. Dan il-valur joħroġ mill-input tal-enerġija tal-ibbrejkjar massima permessa fuq rota ta’ brejk bil-ganċ b’dijametru fil-medda ta’ [920 mm; 1 000 mm] waqt l-ibbrejkjar (il-piż tal-brejk għandu jkun limitat sa 18 tunnellata/fus). Il-massa/fus hija limitata għal 20 t/fus u l-λ korrispondenti huwa ta’ 90 %. Jekk ikun jeħtieġ li λ > 100 % b’massa/fus > 18 t allura jkun neċessarju li tqis xi tip ieħor ta’ brejk.

(8)  λ m’għandhiex tisboq 125 %, b’qies ta’ ibbrejkjar biss fuq roti (blokok tal-brejkijiet), il-forza massima medja tar-ritardazzjoni permessa ta’ 16 kN/fus (għal veloċità mexxejja ta’ 120 km/h).

(9)  Bidla skont l-EN 15624:2008 + A1:2010.

(10)  Relay varjabbli tat-tagħbija skont EN 15611:2008 + A1:2010 f’kumbinazzjoni ma’ tagħmir sensibbli għal tagħbija varjabbli skont EN 15625:2008 + A1:2010.


Top