Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0397

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat- 30 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0631

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/397/oj

    1.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 120/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 397/2013

    tat-30 ta’ April 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-esperjenza li nkisbet mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri fl-2010 u fl-2011 uriet li l-kalkoku preċiż tal-emissjonijiet speċifiċi medji u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi jista’ jsir biss abbażi tad-dejta ddettaljata msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Għalhekk huwa xieraq li d-dejta aggregata speċifikata fl-ewwel tabella mogħtija fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tiġi aġġustata biex tkun tinkludi biss dik id-dejta li hija strettament meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Madankollu, sabiex jittejbu l-kwalità u l-preċiżjoni tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri, jeħtieġ li jiġu speċifikati iktar uħud mill-parametri tad-dejta meħtieġa u li jiżdiedu parametri oħrajn li s’issa kienu qed jiġu mmonitorjati fuq bażi volontarja.

    (3)

    L-inklużjoni tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip bħala parametru tad-dejta li għandu jiġi mmonitorjat u rrappurtat jista’ jtejjeb il-mod kif il-manifatturi jivverifikaw il-kalkoli provviżorji tal-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom u, b’hekk, jiżgura iktar preċiżjoni fis-sett tad-dejta finali.

    (4)

    Il-karozzi tal-passiġġieri li għandhom approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2) jew il-karozzi li għandhom approvazzjoni individwali skont l-Artikolu 24 tal-istess Direttiva ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur. Madankollu, huwa importanti li l-għadd ta’ dawk il-vetturi jiġi mmonitorjat b’mod konsistenti sabiex jiġi vvalutat kwalunkwe impatt potenzjali li jista’ jkun hemm fuq il-proċess tal-monitoraġġ u fuq il-kisba tal-mira tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet medji tas-CO2. Għalhekk, kull sena għandu jingħata l-għadd totali ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet.

    (5)

    Għandu jiġi żgurat ukoll li l-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri jiġi allinjat mal-monitoraġġ għall-karozzi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), billi l-kapaċità tal-magna u l-konsum tal-enerġija elettrika jiġu inklużi bħala parametri obbligatorji tal-monitoraġġ, minbarra n-numru tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, meta ċ-ċertifikat tal-konformità ma jintużax bħala s-sors tad-dejta primarja, u d-dejta tittieħed, fost l-oħrajn, mid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi ċċarat il-fatt li, f’dawk il-każijiet, id-dejta trid tkun konsistenti mad-dejta mogħtija fiċ-ċertifikati tal-konformità.

    (6)

    Sabiex ikun żgurat li dawk l-emendi jkunu jistgħu jitqiesu għall-monitoraġġ tad-dejta fl-2013, huwa xieraq li d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att jiġi previst għal jum li ma jkunx iktar tard mis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (7)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (3)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    IL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAR TAL-EMISSJONIJIET

    IL-PARTI A –   Il-ġbir tad-dejta dwar il-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u l-istabbiliment tat-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2

    1.

    Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata fit-territorju tagħhom:

    (a)

    il-manifattur;

    (b)

    in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

    (c)

    it-tip, il-varjant u l-verżjoni;

    (d)

    l-għamla u l-isem kummerċjali;

    (e)

    il-kategorija tal-vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip;

    (f)

    l-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda;

    (g)

    il-massa;

    (h)

    l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2;

    (i)

    l-impronta: it-tul bejn il-fusien u l-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

    (j)

    it-tip ta’ fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

    (k)

    il-kapaċità tal-magna;

    (l)

    il-konsum tal-enerġija elettrika;

    (m)

    il-kodiċi għat-teknoloġija innovattiva jew għall-grupp ta’ teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li ġej minn dik it-teknoloġija innovattiva.

    2.

    Id-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1 għandha tittieħed miċ-ċertifikat tal-konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti, jew għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ mill-manifattur tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti. F’każ li ma jintużax iċ-ċertifikat tal-konformità, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ. F’każ li, għal karozza tal-passiġġieri, jiġu speċifikati kemm valur minimu kif ukoll valur massimu għall-valuri tal-massa u tal-impronta msemmijin fil-punt 1(i), l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra massima għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil (kemm il-petrol u kemm il-gass), li jkollhom ċertifikati tal-konformità li juru ċ-ċifri għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għaż-żewġ tipi ta’ fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass.

    3.

    Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

    (a)

    is-sorsi użati għall-ġbir tad-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1;

    (b)

    l-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li huma suġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

    (c)

    l-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li għandhom approvazzjoni individwali;

    (d)

    l-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li għandhom approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira;

    (e)

    il-perċentwali tal-pompi tal-fjuwil kollha fit-territorju tagħhom li jipprovdu l-fjuwil tat-tip E85.

    IL-PARTI B –   Il-metodu biex jiġi stabbilit it-tagħrif dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri

    It-tagħrif dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri jeħtieġ li jistabbilixxu skont il-punti 1 u 3 tal-Parti A għandu jiġi stabbilit skont il-metodu mogħti f’din il-Parti.

    1.

    L-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta’ monitoraġġ rispettiva, imqassam fi tliet kategoriji – dik tal-vetturi li huma suġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, dik tal-vetturi li huma suġġetti għal approvazzjoni individwali, u dik tal-vetturi li huma suġġetti għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira.

    2.

    It-tqassim tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri skont il-verżjoni tagħhom

    Għal kull verżjoni ta’ kull varjant ta’ kull tip ta’ karozza ġdida tal-passiġġieri, għandhom jiġu rreġistrati l-għadd ta’ karozzi tal-passiġġieri li jkun għadhom kemm ġew irreġistrati u d-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1 tal-Parti A.

    3.

    L-Istati Membri għandhom jindikaw il-pompi tal-fjuwil fit-territorju tagħhom li jipprovdu l-fjuwil tat-tip E85 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (1).

    IL-PARTI C –   Il-format għat-trażmissjoni tad-dejta

    Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw it-tagħrif speċifikat fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-formati li ġejjin:

    Id-dejta aggregata, inkluż it-tagħrif ġenerali speċifikat fil-punt 3 tal-Parti A:

    Stat Membru (2)

     

    Sena

     

    Sors tad-dejta

     

    Għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li huma suġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE

     

    Għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li għandhom approvazzjoni individwali

     

    Għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li għandhom approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira

     

    Perċentwali tal-pompi tal-fjuwil kollha li jipprovdu l-fjuwil tat-tip E85, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010

     

    Għadd totali ta’ pompi tal-fjuwil li jipprovdu l-fjuwil tat-tip E85, f’każ li l-proporzjon ta’ dawn il-pompi jaqbeż it-30 % tal-pompi tal-fjuwil kollha, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010

     

    Id-dejta ddettaljata speċifikata fil-punt 1 tal-Parti A

    Sena

    Isem il-manifattur

    - denominazzjoni standard tal-UE

    Isem il-manifattur

    - denominazzjoni tal-manifattur

    Isem il-manifattur

    - denominazzjoni fir-reġistru nazzjonali

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

    It-tip

    Il-varjant

    Il-verżjoni

    L-għamla

    L-isem kummerċjali

    Il-kategorija tal-vettura li jkollha approvazzjoni tat-tip

    L-għadd totali ta’ reġistrazzjonijiet ġodda

    Il-massa (f’kg)

    L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (fi g/km)

    It-tul bejn il-fusien (f’mm)

    Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir (f’mm)

    Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fusien l-oħrajn (f’mm)

    It-tip ta’ fjuwil (3)

    Il-modalità tal-fjuwil (3)

    Il-kapaċità tal-magna (f’ċm3)

    Il-konsum tal-enerġija elettrika (f’Wh/km)

    Il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta’ teknoloġiji innovattivi (4)

    It-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (fi g/km) (4)

    Sena 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip 1

    It-tip nru 1

    Il-varjanti nru 1

    Il-verżjoni nru 1

    Sena 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip 1

    It-tip nru 1

    Il-varjanti nru 1

    Il-verżjoni nru 2

    Sena 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip 1

    It-tip nru 1

    Il-varjanti nru 2

    Il-verżjoni nru 1

    Sena 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Manifattur 1

    Numru tal-approvazzjoni tat-tip 1

    It-tip nru 1

    Il-varjanti nru 2

    Il-verżjoni nru 2


    (1)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.

    (2)  Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet “EL” u “UK” rispettivament.

    (3)  Skont l-Artikolu 6.

    (4)  Skont l-Artikolu 12.”


    Top