Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0270

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 270/2013 tal- 21 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 82, 22.3.2013, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/270/oj

    22.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 82/47


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 270/2013

    tal-21 ta’ Marzu 2013

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistabbilixxi regoli rigward il-livell miżjud ta’ kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq l-importazzjonijiet tal-għalf u l-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti relatati mal-ikel notifikati bis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-verifiki f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti dwar konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, imressqin kull tliet xhur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, juru li l-lista għandha tiġi emendata.

    (4)

    B’mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata biex tonqos l-intensità tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli turi titjib ġenerali fil-konformità mar-rekwiżiti relevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom il-frekwenza attwali ta’ kontrolli uffiċjali ma għadhiex ġustifikata. L-entrata fil-lista dwar il-weraq tal-kosbor u l-ħabaq mit-Tajlandja għandha tiġi emendata skont dan sakemm il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi huma kkonċernati.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, fl-entrati li jikkonċernaw it-Tajlandja, ir-ringiela li tirreferi għal “Weraq tal-kosbor” u “Ħabaq (sagru, ħelu)”“Ikel – ħxejjex aromatiċi friski)”, fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi, tinbidel b’dan li ġej:

    “—

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 99 90

    72

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi ta’ residwi singulari (4)

    10 ”

    Ħabaq (sagru, ħelu)

    ex 1211 90 86

    20

    (Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


    Top