This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0245
Commission Regulation (EU) No 245/2013 of 19 March 2013 amending Regulation (EC) No 272/2009 as regards the screening of liquids, aerosols and gels at EU airports Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad- 19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013 tad- 19 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 245/2013
tad-19 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu.
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni teħtieġ tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament billi tissupplimentahom. |
(2) |
Miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili huma stipulati fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). B’mod partikolari, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 jistipula metodi, inklużi teknoloġiji għall-individwazzjoni ta’ splussivi likwidi, biex likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) ikunu jistgħu jiddaħħlu f’żoni ristretti ta’ sigurtà u jittellgħu abbord l-inġenji tal-ajru. |
(3) |
Sabiex jippermetti introduzzjoni progressiva ta’ sistema għall-iskrinjar tal-isplussivi likwidi, l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (3) stabbilixxa żewġ dati: id-29 ta’ April 2011 għall-iskrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs) miksuba f’ajruport ta’ pajjiż terz jew inkella abbord inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju u d-29 ta’ April 2013 għall-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet kollha. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011 tat-22 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tad-dħul f’fażijiet tal-iskrining ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet fl-ajruporti tal-UE (4) ħassar id-data tad-29 ta’ April 2011 peress li l-iżviluppi fil-livell tal-UE u dak internazzjonali ftit qabel id-29 ta’ April 2011 urew li ftit ajruporti effettivament kienu se jkunu kapaċi joffru faċilitajiet ta’ skrinjar u li ma setax ikun ċar għall-passiġġieri jekk il-likwidi, aerosols u ġellijiet miksuba f’ajruport ta’ pajjiż terz jew abbord inġenju tal-ajru ta’ trasportatur mhux Komunitarju kinux se jitħallew jiddaħħlu f’żoni ristretti tas-sigurtà jew abbord inġenju al-ajru. |
(5) |
L-iżviluppi ta’ natura teknoloġika jew regolatorja kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak internazzjonali jistgħu jaffettwaw id-dati stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 u, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposti għar-reviżjoni, partikolarment billi jitqiesu l-operabbiltà tat-tagħmir u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri. |
(6) |
Il-Kummissjoni ħadmet mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati kollha biex tivvaluta s-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskrinjar tal-likwidi, tal-aerosols u tal-ġellijiet fl-ajruporti tal-UE sa Lulju 2012. Bħala parti minn din il-ħidma, twettqu provi operazzjonali. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’Lulju 2012 fil-forma ta’ rapport tal-Kummissjoni (5). |
(7) |
Abbażi ta’ din il-valutazzjoni u, partikolarment, meta jitqies ir-riskju operazzjonali konsiderevoli kieku l-likwidi, aerosols u ġellijiet kollha kellhom jiġu skrinjati b’mod obbligatorju għall-isplussivi likwidi fl-ajruporti kollha tal-Unjoni mid-29 ta’ April 2013, il-Kummissjoni tqis li din id-data għandha tiġi sostiwita bit-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet li tiżgura ż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà u l-faċilitazzjoni tal-passiġġieri fl-istadji kollha kif dettaljati fir-regoli ta’ implimentazzjoni. |
(8) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(4) ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19.
(5) COM(2012)404, 18.7.2012, mhux ippubblikat.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fil-Parti A, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(b) |
Il-Parti B1 hija sostitwita b’dan li ġej: “PARTI B1. Likwidi, aerosols u ġellijiet Likwidi, aerosols u ġellijiet għandhom jitħallew jiddaħħlu f’żoni ristretti tas-sigurtà bil-kundizzjoni li jkunu skrinjati jew eżentati mill-iskrining skont ir-rekwiżiti tar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.” |