EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0104

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013 tal- 4 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 34, 5.2.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/104/oj

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 104/2013

tal-4 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprovdi li r-regoli ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jistgħu jippermettu l-użu ta’ tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) u ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) għall-iskrinjar ta’ persuni (ta’ passiġġieri u ta’ persuni oħra barra l-passiġġieri).

(2)

L-esperjenza wriet li tfittxija bl-idejn ta’ passiġġieri u persuni għajr il-passiġġieri ma tkunx dejjem l-aktar mod effiċjenti ta’ skrinjar ta’ ċerti partijiet tal-persuna, b’mod partikolari meta dawk il-partijiet ma jkunux faċilment aċċessibbli bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi.

(3)

F’każijiet bħal dawn il-provi wrew l-effikaċja tal-użu flimkien tal-ETD u l-HHMD. Barra minn hekk, l-użu tal-ETD u l-HHMD jista’ jħaffef il-proċess ta’ skrinjar u jkun esperjenzat bħala mezz inqas intrużiv ta’ skrinjar minn tfittxija bl-idejn, u b’hekk jikkostitwixxi titjib fl-esperjenza tal-persuni skrinjati.

(4)

Għalhekk huwa utli u ġġustifikat li jkunu permessi dawn il-metodi għall-iskrinjar ta’ dawk il-partijiet tal-persuna fejn tfittxija bl-idejn titqies ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa bħal ċerti lbies għar-ras, forom tal-ġibs jew proteżi.

(5)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dinjità tal-bniedem, il-libertà tar-reliġjon, in-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, u d-dritt għal-libertà u għas-sigurtà. Safejn dan jillimita dawk id-drittijiet u l-prinċipji, din il-limitazzjoni hija magħmula ġenwinament biex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali u tal-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, filwaqt li tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 (3) għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

1.

L-ittra (f) għandha tiżdied mal-punt 1.3.1.1 kif ġej:

“(f)

tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).”

2.

Il-punt 1.3.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.3.1.2.

Il-punti 4.1.1.3 – 4.1.1.6 u 4.1.1.10 – 4.1.1.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar ta’ persuni oħra għajr il-passiġġieri.”

3.

L-ittra (e) għandha tiżdied mal-punt 4.1.1.2 kif ġej:

“(e)

tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).”

4.

Jiżdied il-punt ġdid 4.1.1.11 bil-kliem li ġej:

“4.1.1.11.

Tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) jistgħu jintużaw biss f’każijiet meta l-persunal tal-iskrinjar iqis li tfittxija bl-idejn ta’ ċerta parti tal-persuna hija ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa.”


Top