EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0023

Direttiva tal-Kunsill 2013/23/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

ĠU L 158, 10.6.2013, p. 362–364 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/23/oj

10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/362


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/23/UE

tat-13 ta' Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti f'dak l-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fassal u adotta t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 73/239/KEE (1), 2002/83/KE (2), 2005/68/KE (3) u 2009/138/KE (4) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 73/239/KEE, 2002/83/KE, 2005/68/KE u 2009/138/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 01 p. 14).

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 06 Vol. 06 p. 3).

(3)  Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.)

(4)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.)


ANNESS

1.

Fl-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, jiżdied dan li ġej:

“—

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’, ‘društvo za uzajamno osiguranje’.”

2.

Id-Direttiva 2002/83/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 6(1)(a), dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

“—

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’, ‘društvo za uzajamno osiguranje’,”;

(b)

fl-Artikolu 18(3), dan li ġej jiddaħħal wara l-ħames inċiż:

“—

l-1 ta’ Lulju 2013 għal impriżi awtorizzati fil-Kroazja u,”.

3.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2005/68/KE dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

“—

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’.”.

4.

Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

l-1 ta’ Lulju 2013 għal impriżi awtorizzati fil-Kroazja;”

(b)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(10a)

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’, ‘društvo za uzajamno osiguranje’;”;

(ii)

fil-Parti B, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(10a)

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’, ‘društvo za uzajamno osiguranje’;”;

(iii)

fil-Parti C, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(10a)

fil-każ tar-Repubblika tal-Kroazja: ‘dioničko društvo’;”.


Top