This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0249
2013/249/EU: Commission Implementing Decision of 27 May 2013 amending Decision 2009/852/EC on transitional measures under Regulations (EC) No 852/2004 and (EC) No 853/2004 of the European Parliament and of the Council as regard the processing of non-compliant raw milk in certain milk processing establishments in Romania and the structural requirements of such establishments (notified under document C(2013) 2803) Text with EEA relevance
2013/249/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument C(2013) 2803) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/249/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn (notifikata bid-dokument C(2013) 2803) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 143, 30.5.2013, p. 26–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE dwar miżuri tranżizzjonali skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija u r-rekwiżiti strutturali ta’ stabbilimenti bħal dawn
(notifikata bid-dokument C(2013) 2803)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/249/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE (2) tippermetti li r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, is-Sottokapitoli II u III, ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija elenkati fl-Anness II u l-Anness III ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(2) |
Skont id-Deċiżjoni 2009/852/KE, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jistgħu jipproċessaw ħalib mhux konformi mingħajr linji tal-produzzjoni separati. |
(3) |
Fl-15 ta’ Frar 2013 ir-Rumanija bagħtet lista riveduta u aġġornata ta’ dawk l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lill-Kummissjoni. |
(4) |
F’dik il-lista riveduta u aġġornata, in-numru tal-istabbiliment L35 SC DANONE PDPA ROMANIA SRL tneħħa mill-Anness II u ġie awtorizzat li jipproċessa biss ħalib konformi li jitqiegħed fis-suq tal-UE. |
(5) |
In-numru tal-istabbiliment MM 1795 SC CALITATEA SRL ġie awtorizzat li jipproċessa ħalib nej konformi u mhux konformi mingħajr separazzjoni u, konsegwentement, għandu jitneħħa mill-Anness II u jiġi trasferit għall-Anness III tal-istess Deċiżjoni. |
(6) |
Sbatax-il stabbiliment attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE tħassru peress li huma awtorizzati li jqiegħdu prodotti tal-ħalib fis-suq intra-Unjoni, peress li dawn qed jużaw biss ħalib konformi. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE Nru 1 (AB 641 SC BIOMILK SRL); 6 (L78 SC ROMFULDA PROD SRL) 9 (BN 2399 SC CARMO-LACT PROD SRL) 13(L140 S.C. CARMOLACT SRL) 29 (CT 30 EASTERN EUROPEAN FOODS SRL) 40 (L124 SC PRIMULACT SRL, l-isem tiegħu nbidel: SC LACTATE HARGHITA SA) 41(HR119 BOMILACT SRL) 42 (HR 625 LACTIS SRL) 43 (HR 213 PAULACT SA) 45 (IS 1540 PROMILCH SRL) 46 (L18 S.C. EUROCHEESE SRL) 56 (L121 SC MIRDATOD PROD SRL) 69 (SM 4189 PRIMALACT SRL) 70 (L5 SC NIRO SERV COM SRL) 74 (SV 1562 BUCOVINA SA SUCEAVA) 81 (L80 SC INDUSTRIAL MARIAN SRL) 82 (VN 231 VRANLACT SA). |
(7) |
Barra minn hekk, seba’ stabbilimenti attwalment elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE ngħalqu u, konsegwentement, dawn għandhom jitneħħew mil-lista. Dawk l-istabbilimenti kienu elenkati fit-tabella fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE fi N 26 (CT 225 MIH PROD SRL) 28 (CT 258 BINCO LACT SRL) 30 (CT 15 SC NIC COSTI TRADE SRL) 32 (L82 SC TOTALLACT GROUP SA) 33 (DJ80 SC DUVADI PROD COM SRL) 75 (SV 1888 SC TOCAR PROD SRL) 76 (SV 4909 SC ZADA PROD SRL). |
(8) |
Sitt stabbilimenti fir-Rumanija talbu li jiġu elenkati għall-ewwel darba fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE. Dawk l-istabbilimenti ddaħħlu fil-lista f’numru 8 (L 185 SC SIMCODRIN COM SRL) 17 (L 83 SC KAZAL SRL) 45 (L169 SC DOBREAN SRL) 46 (L152 AGROTRANSCOMEX SRL) 61 (L199 SC LACTO-BOROAIA SRL) 40 (L 189 SC CALITATEA SRL). |
(9) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/852/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 312, 27.11.2009, p. 59.
ANNESS
L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni 2009/852/KE qed jinbidlu b’dan li ġej:
ANNESS II
LISTA TAL-ISTABBILIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
Nru |
In-numru tal-approvazzjoni veterinarja |
Isem l-istabbiliment |
Indirizz (belt/raħal/pajjiż) |
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS III
LISTA TAL-ISTABBILIMENTI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
Nru |
In-numru tal-approvazzjoni veterinarja |
Isem l-istabbiliment |
Indirizz (belt/raħal/pajjiż) |
1 |
L 175 |
SC LACTATE C.H. SRL |
Sânmiclăuș, județul Alba, 517761 |
2 |
L 172 |
SC MOISI SERV COM SRL |
Borșa, nr. 8, județul Bihor, 417431 |
3 |
L 136 |
SC CÂMPANEII PREST SRL |
Hidișelul de Sus, județul Bihor, 417277 |
4 |
L72 |
SC LACTOMUNTEAN SRL |
Teaca, județul Bistrița-Năsăud, 427345 |
5 |
L107 |
SC BENDEAR CRIS PROD COM SRL |
Șieu Măgheruș, județul Bistrița-Năsăud, 427295 |
6 |
L110 |
SC LECH LACTO SRL |
Lechința, județul Bistrița-Năsăud, 427105 |
7 |
L 171 |
SC ELIEZER SRL |
Lunca Ilvei, județul Bistrița-Năsăud, 427125 |
8 |
L 185 |
SC SIMCODRIN COM SRL |
Budești-Fânațe, județul Bistrița-Năsăud, 427374 |
9 |
L3 |
SC ABY IMPEX SRL |
Șendriceni, județul Botoșani, 717380 |
10 |
L116 |
SC RAM SRL |
Ibănești, județul Botoșani, 717215 |
11 |
L154 |
S.C. CAS SRL |
Braila, judetul Braila, 810224 |
12 |
L148 |
S.C. LACTAS S.R.L. |
Ianca, judetul Braila, 815200 |
13 |
L 177 |
SC IANIS DIM SRL |
Lehliu Gară, județul Călărași, 915300 |
14 |
L129 |
SC BONAS IMPORT EXPORT SRL |
Dezmir, județul Cluj, 407039 |
15 |
L84 |
SC PICOLACT PRODCOM SRL |
Iclod, județul Cluj, 407335 |
16 |
L149 |
S.C. COMLACT SRL |
Corusu, judetul Cluj, 407056 |
17 |
L 83 |
SC KAZAL SRL |
Dej, județul Cluj, 405200 |
18 |
L43 |
SC DTM MILK LOGISTIC SRL |
Ion Corvin, județul Constanța, 907150 |
19 |
L40 |
SC BETINA IMPEX SRL |
Ovidiu, județul Constanța, 905900 |
20 |
L41 |
SC ELDA MEC SRL |
Topraisar, județul Constanța, 907210 |
21 |
L87 |
SC NICULESCU PROD SRL |
Cumpăna, județul Constanța, 907105 |
22 |
L118 |
SC ASSLA KAR SRL |
Medgidia, județul Constanța, 905600 |
23 |
L130 |
SC MUNTINA PROD SRL |
Constanța, județul Constanța, 900735 |
24 |
L 173 |
SC IAN PROD SRL |
Târgușor, județul Constanța, 90727 |
25 |
L 181 |
SC LACTO GENIMICO SRL |
Hârșova, județul Constanța, 905400 |
26 |
L 180 |
SC LACTIDO SA |
Craiova, județul Dolj, 200378 |
27 |
L91 |
SC COSMILACT SRL |
Schela, județul Galați, 807265 |
28 |
L 113 |
SC LACTA SA |
Giurgiu, județul Giurgiu, 080556 |
29 |
L 179 |
SC SEKAM PROD SRL |
Novaci, județul Gorj, 215300 |
30 |
L49 |
SC ARTEGO SA |
Târgu Jiu, Gorj, 210257 |
31 |
L65 |
SC KARPATEN MILK |
Suseni, județul Harghita, 537305 |
32 |
L99 |
SC VALIZVI PROD COM SRL |
Gârbovi, județul Ialomița, 927120 |
33 |
L47 |
SC OBLAZA SRL |
Bârsana, județul Maramureș, 437035 |
34 |
L85 |
SC AVI-SEB IMPEX SRL |
Copalnic Mănăștur, județul Maramureș, 437103 |
35 |
L86 |
SC ZEA SRL |
Boiu Mare, județul Maramureș, 437060 |
36 |
L16 |
SC ROXAR PROD COM SRL |
Cernești, județul Maramureș, 437085 |
37 |
L134 |
SC MULTILACT SRL |
Baia Mare, județul Maramureș, 430015 |
38 |
L 191 |
SC WROMSAL SRL |
Satulung, județul Maramureș, 437270 |
39 |
L190 |
SC ONY SRL |
Larga, județul Maramureș, 437317 |
40 |
L189 |
SC CALITATEA SRL |
Tăuții Măgherăuș, județul Maramureș, 437349 |
41 |
L54 |
SC RODLACTA SRL |
Fărăgău, județul Mureș, 547225 |
42 |
L108 |
SC LACTEX REGHIN SRL |
Solovăstru, județul Mureș, 547571 |
43 |
L 29 |
SC HELIANTUS PROD |
Reghin, județul Mureș, 545300 |
44 |
L 176 |
SC GLOBIVET PHARM SRL |
Batoș, județul Mureș, 547085 |
45 |
L 169 |
SC DOBREAN SRL |
Ideciu de Sus, județul Mureș, 547362 |
46 |
L 152 |
SC AGROTRANSCOMEX SRL |
Miercurea Nirajului, județul Mureș, 547410 |
47 |
L 184 |
SC COMPLEX AGROALIMENTAR SRL |
Bicaz, județul Neamț, 615100 |
48 |
L96 |
SC PROD A.B.C. COMPANY SRL |
Grumăzești, județul Neamț, 617235 |
49 |
L101 |
SC 1 DECEMBRIE SRL |
Târgu Neamț, județul Neamț, 615235 |
50 |
L106 |
SC RAPANU SR. COM SRL |
Petricani, județul Neamț, 617315 |
51 |
L6 |
SC LACTA HAN PROD SRL |
Urecheni, județul Neamt, 617490 |
52 |
L123 |
SC PROCOM PASCAL SRL |
Păstrăveni, județul Neamț, 617300 |
53 |
L100 |
SC ALTO IMPEX SRL |
Provița de Jos, județul Prahova, 107477 |
54 |
L88 |
SC AGROMEC CRASNA SA |
Crasna, județul Sălaj, 457085 |
55 |
L89 |
SC OVINEX SRL |
Sărmășag, județul Sălaj, 457330 |
56 |
L71 |
SC LACTO SIBIANA SA |
Șura Mică, județul Sibiu, 557270 |
57 |
L36 |
SC PROLACT PROD COM SRL |
Vicovu de Sus, județul Suceava, 727610 |
58 |
L81 |
SC RARAUL SA |
Câmpulung Moldovenesc, județul Suceava, 727100 |
59 |
L166 |
SC BUCOVINA SA FALTICENI |
Fălticeni, județul Suceava, 725200 |
60 |
L 167 |
SC ECOLACT SRL |
Milișăuți, județul Suceava, 727360 |
61 |
L 199 |
SC LACTO-BOROAIA SRL |
Boroaia, jud. Suceava, 727040 |
62 |
L 168 |
SC VIOLACT SRL |
Putineiu, județul Teleorman, 147285 |
63 |
L 186 |
SC MADIS BIG COM SRL |
Videle, județul Teleorman, 145300 |
64 |
L 163 |
SC COMALACT SRL |
Nanov, județul Teleorman, 147215 |
L 43 – SC LACTOCORV SRL, judetul Constanta - isimha nbidel għal: SC DTM MILK LOGISTIC SRL
L 186 - SC BIG FAMILY SRL judetul Teleorman, isimha nbidel għal: SC MADIS BIG COM SRL