This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1245
Council Regulation (EU) No 1245/2012 of 20 December 2012 amending Regulation (EU) No 359/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2012 tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2012 tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1245/2012
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
B’reazzjoni għad-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 (2), impona ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi, b’konformità mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK. |
(2) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/810/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri relatati ma’ tagħmir li jista’jintuża għal repressjoni interna. |
(3) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(5) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1a tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa b’dan emendat kif gej:
(1) |
il-paragrafu eżistenti jingħata n-numru ta’ paragrafu 1; |
(2) |
jiżdied il-paragrafu li ġej: “2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III sakemm dan ikun maħsub biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Iran, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija jew ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) relatati ma’ tali tagħmir.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.
(2) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.
(3) Ara l-paġna 49 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.