This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0359
Commission Implementing Regulation (EU) No 359/2012 of 25 April 2012 approving the active substance metam, in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending the Annex to Commission Implementing Regulation (EU) No 540/2011 Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal- 25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 359/2012 tal- 25 ta’ April 2012 li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 114, 26.4.2012, p. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
26.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 359/2012
tal-25 ta’ April 2012
li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Il-metam hija sustanza attiva li l-kompletezza tagħha ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-metam. Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/562/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar in-noninklużjoni tal-metam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (6) ġie deċiż li l-metam ma jiġix inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, in-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(4) |
L-applikazzjoni tressqet lill-Belġju, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2009/562/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. |
(5) |
Il-Belġju vvaluta d-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Huwa bagħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-31 ta’ Awwissu 2010. |
(6) |
L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-metam lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Awwissu 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fid-9 ta’ Marzu 2012 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metam. |
(7) |
Ir-rapport addizzjonali tal-Istat Membru relatur u l-konklużjonijiet il-ġodda tal-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li kien wassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien partikolarment li ma setax jiġi muri li l-esponiment tal-konsumatur kienet aċċettabbli u li kien hemm nuqqas ta’ dejta dwar l-imġiba fl-ambjent tal-impurità N,N-dimetiltijourea (DMTU). |
(8) |
L-informazzjoni l-ġdida mibgħuta mill-applikant turi li l-esponiment tal-konsumaturi jista’ jitqies aċċettabbli u l-imġiba tad-DMTU fl-ambjent mhux se tirriżulta f’effetti mhux aċċettabbli. |
(9) |
Konsegwentement, id-dejta addizzjonali li pprovda l-applikant tippermetti li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta’ tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. |
(10) |
Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-metam jiġi approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(11) |
Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, tinħtieġ l-inklużjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. |
(12) |
Bla ħsara għall-konklużjoni li l-metam għandu jiġi approvat, jixraq partikolarment li tintalab iktar informazzjoni ta’ konferma. |
(13) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel l-approvazzjoni biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-approvazzjoni. |
(14) |
Bla ħsara għall-obbligi ddefiniti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b’konsegwenza tal-approvazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu, madankollu, japplika dan li ġej. L-Istati Membri għandu jingħatalhom perjodu ta’ żmien wara l-approvazzjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-metam u li jkunu ġew miżmuma għal ċerti użi skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/562/KE. Għall-kalkolu ta’ dak il-perjodu, għandha titqies dik id-dispożizzjoni. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti skont kif ikun xieraq. |
(15) |
Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jitqies l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/562/KE għall-kalkolu ta’ dan il-perjodu. Għaldaqstant, dan il-perjodu ta’ konċessjoni għandu jiskadi qabel il-31 ta’ Diċembru 2014. |
(16) |
L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jitratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8), uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, speċjalment l-obbligu li jkun ivverifikat li d-detentur tal-awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbel mad-direttivi li ġew adottati s’issa għall-emendar tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva jew ta’ dawk ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi. |
(17) |
Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (9), għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(18) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2009/562/KE għandha tiġi revokata. |
(19) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva, metam, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metam bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Sa dik id-data għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu dossier, jew ikollu aċċess għal wieħed, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metam bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, li kollha jinsabu elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-Istati Membri, qabel it-30 ta’ Ġunju 2012, għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE u b’kunsiderazzjoni tal-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
Wara li dan jiġi stabbilit, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-metam bħala l-unika sustanza attiva, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2016, fejn meħtieġ. |
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-metam bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2016 jew sad-data stabbilita għal tali emenda jew irtirar fl-att jew fl-atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew approvaw dik is-sustanza jew dawk is-sustanzi, skont liema minnhom ikun l-aktar riċenti. |
Artikolu 3
Perjodu ta’ konċessjoni
Meta Stati Membri jirtiraw jew jemendaw awtorizzazzjoni eżistenti skont l-Artikolu 2(1), kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun kemm jista’ jkun qasir u għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Revoka
Id-Deċiżjoni 2009/562/KE hija revokata.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(5) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(6) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 22.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva metam. EFSA Journal 2011;9(9):2334.[97 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2334. Jinstab fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
(8) ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.
(9) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
ANNESS I
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||
Metam Nru tal-CAS 144-54-7 Nru ta’ CIPAC 20 |
Aċidu metilditijokarbamiku |
≥ 965 g/kg Espress bħala metam-sodju fuq bażi ta’ piż xott ≥ 990 g/kg Espress bħala metam-potassju fuq bażi ta’ piż xott Impuritajiet rilevanti:
|
fl-1 ta’ Lulju 2012 |
fit-30 ta’ Ġunju 2022 |
PARTI A Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala nematiċida, fungiċida, erbiċida u insettiċida għall-applikazzjoni bħala fumigant tal-ħamrija qabel iż-żriegħ, b’limitu ta’ applikazzjoni waħda kull tliet snin għall-istess għalqa. L-applikazzjoni tista’ tiġi awtorizzata b’injezzjoni fil-ħamrija jew l-irrigazzjoni bil-qtar fl-għelieqi miftuħa, u bl-irrigazzjoni bil-qtar biss fis-serer. Għandu jkun preskritt l-użu ta’ folja tal-plastik li ma jgħaddix minnha l-gass għall-irrigazzjoni bil-qtar. Ir-rata massima tal-applikazzjoni għandha tkun ta’ 153 kg/ha (li tikkorrispondi għal 86,3 kg/ha ta’ MITC) fil-każ ta’ applikazzjonijiet f’għelieqi miftuħa. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-metam u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-9 ta’ Marzu 2012. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom:
L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar il-metilisotijoċjanat dwar:
L-applikant għandu jissottometti dan it-tagħrif lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità qabel il-31 ta’ Mejju 2014. |
(1) Fir-rapport tar-reviżjoni jinstabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied din l-entrata:
Nru |
Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||
“22 |
Metam Nru tal-CAS 144-54-7 Nru ta’ CIPAC 20 |
Aċidu metilditijokarbamiku |
≥ 965 g/kg Espress bħala metam-sodju fuq bażi ta’ piż xott ≥ 990 g/kg Espress bħala metam-potassju fuq bażi ta’ piż xott Impuritajiet rilevanti:
|
fl-1 ta’ Lulju 2012 |
fit-30 ta’ Ġunju 2022 |
PARTI A Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala nematiċida, fungiċida, erbiċida u insettiċida għall-applikazzjoni bħala fumigant tal-ħamrija qabel iż-żriegħ, b’limitu ta’ applikazzjoni waħda kull tliet snin għall-istess għalqa. L-applikazzjoni tista’ tiġi awtorizzata b’injezzjoni fil-ħamrija jew l-irrigazzjoni bil-qtar fl-għelieqi miftuħa, u bl-irrigazzjoni bil-qtar biss fis-serer. Għandu jkun preskritt l-użu ta’ folja tal-plastik li ma jgħaddix minnha l-gass għall-irrigazzjoni bil-qtar. Ir-rata massima tal-applikazzjoni għandha tkun ta’ 153 kg/ha (li tikkorrispondi għal 86,3 kg/ha ta’ MITC) fil-każ ta’ applikazzjonijiet f’għelieqi miftuħa. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-metam u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-9 ta’ Marzu 2012. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom:
L-applikant għandu jressaq informazzjoni ta’ konferma dwar il-metilisotijoċjanat dwar:
L-applikant għandu jissottometti dan it-tagħrif lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità qabel il-31 ta’ Mejju 2014.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.