Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0113

    2012/113/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ĠU L 52, 24.2.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/113(1)/oj

    Related international agreement

    24.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 52/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta’ Frar 2012

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    (2012/113/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/663/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (2) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat u applikat provviżorjament, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (3) (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LIDEGAARD


    (1)  ĠU L 264, 8.10.2011, p. 1.

    (2)  ĠU L 264, 8.10.2011, p. 2.

    (3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 264, 8.10.2011, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


    Top