EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0939

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2011 tat- 23 ta’ Settembru 2011 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 617/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet

ĠU L 248, 24.9.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 248, 24.9.2011, p. 1–9 (LT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/939/oj

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2011

tat-23 ta’ Settembru 2011

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 617/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 121(f) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Litwana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 (2) fiha ħafna żbalji. Wieħed mill-iżbalji jidher fl-Anness multilingwi Nru II u għalhekk dak l-Anness għandu jiġi kkoreġut fil-verżjonijiet tal-lingwi kollha.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 557/2010 (3). It-titlu l-ġdid tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 617/2008 kif mibdul bir-Regolament (UE) Nru 557/2010 ukoll fih żball fil-verżjoni bil-lingwa Litwana u dan għandu jiġi kkoreġut. L-emendi l-oħra li saru għar-Regolament (KE) Nru 617/2008 permezz tar-Regolament ta' emenda ma fihomx żbalji. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 617/2008 ma għandhomx għalfejn jiġu kkoreġuti.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Litwana.

Artikolu 2

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 617/2008 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5

(3)  ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13.


ANNESS

“ANNESS II

Il-marki msemmija fl-Artikolu 3(4)

:

Bil-Bulgaru

:

яйца за люпене

:

bl-Ispanjol

:

huevos para incubar

:

biċ-Ċek

:

násadová vejce

:

bid-Daniż

:

Rugeæg

:

bil-Ġermaniż

:

Bruteier

:

bl-Estonjan

:

Haudemunad

:

bil-Grieg

:

αυγά προς εκκόλαψιν

:

bl-Ingliż

:

eggs for hatching

:

bil-Franċiż

:

œufs à couver

:

bit-Taljan

:

uova da cova

:

bil-Latvjan

:

inkubējamas olas

:

bil-Litwan

:

perinti skirti kiaušiniai

:

bl-Ungeriż

:

keltetőtojás

:

bil-Malti

:

bajd tat-tifqis

:

bl-Olandiż

:

broedeieren

:

bil-Pollakk

:

jaja wylęgowe

:

bil-Portugiż

:

ovos para incubação

:

bir-Rumen

:

ouă puse la incubat

:

bis-Slovak

:

násadové vajcia

:

bis-Sloven

:

valilna jajca

:

bil-Finlandiż

:

munia haudottavaksi

:

bl-Isvediż

:

kläckägg”


Top