Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0661

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 661/2011 tat- 8 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn pajjiżi li mhumiex fl-OECD Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 181, 9.7.2011, p. 22–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/661/oj

    9.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 181/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 661/2011

    tat-8 ta’ Lulju 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn pajjiżi li mhumiex fl-OECD

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,

    Wara konsultazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati,

    Billi:

    Il-Kummissjoni rċeviet aktar tagħrif li jikkonċerna lill-Bosnja-Ħerzegovina u lill-Malasja. L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 (2) għandu għalhekk jiġi emendat biex dan jikkunsidrah,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 hu emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.


    ANNESS

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjoni għall-Bosnja-Ħerzegovina tinbidel b’dan li ġej:

    Il-Bosnja-Ħerzegovina

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

     

     

     

    Minn B1010:

    Ruttam tal-ħadid u tal-azzar

    Ruttam tar-Ram

    Ruttam tal-Aluminju

    Ruttam taż-Żingu

    Ruttam tal-Landa

     

     

     

    Minn B1020:

    Ruttam taċ-ċomb (imma li jeskludi l-batteriji tal-aċidu taċ-ċomb)

     

     

     

    B1050

     

     

     

    B1090

     

     

     

    B1100:

    Fdalijiet ta’ landa imdewba li fiha t-tantalu li jkun fihom inqas minn 0,5 % landa

     

     

     

    Minn B1120:

    Metalli ta’ Transizzjoni, minbarra katalisti ta’ skart (katalisti eżawriti, katalisti likwidi u katalisti oħra) li huma fil-lista A

    Skandju

    Vanadju

    Manganiż

    Kobalt

    Ramm

    Ittriju

    Nijobju

    Afnju

    Tungstenu

    Titanju

    Kromju

    Ħadid

    Nikil

    Żingu

    Żirkonju

    Molibdenu

    Tantalu

    Renju

     

     

     

    B1130

     

     

     

    B2020

     

     

     

    B3010

     

     

     

    B3020

     

     

     

    B3050

     

     

     

    B3065

     

     

     

    B3140

     

     

     

    GC 020”

    (2)

    L-annotazzjoni għall-Malasja dwar il-kodiċi tal-iskart GH013 tinbidel b’dan li ġej:

    il-Malasja

    (a)

    (b)

    (ċ)

    (d)

     

     

     

    GH013 3915 30

    ex 390410-40”


    Top