Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0544

    2011/544/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6422)

    ĠU L 241, 17.9.2011, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2016; Imħassar b' 32017D0074

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/544/oj

    17.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 241/31


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta’ Settembru 2011

    li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6422)

    (2011/544/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tal-gażolji u l-kerosin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Biex is-suq intern jiffunzjona sewwa, u b’mod partikolari biex ma jkunx hemm evażjoni ta’ taxxa, id-Direttiva 95/60/KE tipprovdi għal sistema komuni ta’ immarkar għall-identifikazzjoni tal-gażolji, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 00 69, u l-kerosin, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2710 00 55, li nħarġu għall-konsum eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa. Mill-2002, l-ewwel kodiċi nqasam fil-kodiċijiet NM 2710 19 41, 2710 19 45 u 2710 19 49, sabeix jittieħed kont tal-kontenut ta’ sulfat fil-gażolju, u t-tieni kodiċi ġie traspost bħala kodiċi NM 2710 19 25.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/428/KE tat-22 ta’ Ġunju 2006 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin (2) stabbiliet il-prodott identifikat bl-isem xjentifiku ta’ N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline (Solvent Yellow 124) bħala l-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji u l-kerosin li ma ġewx intaxxati bir-rata sħiħa applikabbli għal prodotti tal-enerġija li jintużaw bħala fjuwil ta’ tagħmir tal-ġarr.

    (3)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/428/KE jitlob li d-Deċiżjoni 2006/428/KE tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta’ mmarkar u billi titqies il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-frodi ta’ żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa.

    (4)

    Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni saret konsultazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri huma ġeneralment sodisfatti li Solvent Yellow 124 leħaq l-objettivi tiegħu li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta’ żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa.

    (5)

    Ma ġewx irrappurtati problemi fir-rigward tal-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent bl-użu ta’ Solvent Yellow 124.

    (6)

    Ma ġie ppreżentat s’issa ebda prodott alternattiv, bħala sostitut potenzjali għal Solvent Yellow 124, li jissodisfa l-kriterji kollha li fuqhom intgħażel Solvent Yellow 124 bħala l-indikatur fiskali komuni, bl-appoġġ tal-informazzjoni xjentifika rilevanti.

    (7)

    Solvent Yellow 124 għandu jibqa’ jiġi użat bħala l-indikatur fiskali komuni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 95/60/KE u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva.

    (8)

    Din id-Deċiżjoni ma tħoll lill-ebda impriża mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 102 tat-Trattat.

    (9)

    L-opportunitajiet offruti mill-iżviluppi futuri fix-xjenza għandhom jiġu kkunsidrati billi jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (10)

    Iżda, reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha ssir f’kull ħin qabel dan il-limitu ta’ żmien jekk Solvent Yellow 124 jinstab li qed jikkawża żieda fl-evażjoni fiskali jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent.

    (11)

    Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni 2006/428/KE għandha tiġi sostitwita.

    (12)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41, 2710 19 45, u 2710 19 49, kif ukoll tal-kerosin li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2710 19 25, għandu jkun Solvent Yellow 124, kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Istati Membri għandhom jiffissaw livell ta’ immarkar ta’ mill-anqas 6 mg u mhux aktar minn 9 mg ta’ indikatur għal kull litru ta’ żejt minerali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li jitqiesu żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta’ immarkar u l-ħtieġa li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta’ prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa jew suġġetti għal rata ta’ sisa mnaqqsa.

    Se ssir reviżjoni qabel il-waqt jekk jinstab li Solvent Yellow 124 qed jikkawża żieda fl-evażjoni tat-taxxa jew ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 2006/428/KE hija rrevokata.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46.

    (2)  ĠU L 172, 24.6.2006, p. 15.


    ANNESS

    1.

    Identifikazzjoni skont l-Indiċi tal-Kulur: Solvent Yellow 124

    2.

    L-isem xjentifiku: N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline.


    Top